Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trattati jew ftehim iffirmati mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u/jew il-Ġnus Magħquda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tat-trattati jew ftehim oħra li ffirmat Malta mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u/jew il-Ġnus Magħquda li għandhom x'jaqsmu ma' policies, linji gwida u struzzjonijiet konessi mas-saħħa? Jista' jikkonferma jekk Malta ffirmatx xi trattat jew trattati, jew ftehim ieħor mal-WHO jew ma’ xi aġenzija barranija oħra li tirrigwarda l-maniġġar ta' saħħa f'każ ta' pandemija, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim iffirmat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-ftehim ffirmat bejn Malta u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO- Malta Biennial Collaborative Agreement 2020-2021) għall-perjodu 2020/2021. Dan il-ftehim gie ffirmat fil-qafas tal-istrategija ta’ kooperazzjoni (CCS 2016-2021) li ffirmat Malta mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-2016., liema kopja ukoll qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Tul il-Pandemija, Malta kompliet issaħħaħ il-kollaborazzjoni tajba li għandha mal- Organizzazzjonijiet u Istituzzjonijiet Internazzjonali u Ewropej inklu¿ l- ECDC (European Centre for Disease Prevention and Control) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Vaċċin tal-Influwenza

Question

Fiċ-ċirkostanzi tal-fatt li huwa magħruf li mill-inqas 55% tal-persuni li rriżultaw pożittivi għall-COVID-19 kienu ħadu l-vaċċin tal-influwenza s-sena l-oħra, u in vista tad-dikjarazzjoni tad-Direttur tas-Saħħa Pubblika li l-Gvern fassal policy sabiex iħeġġeġ jew anke jobbliga lin-nies jew xi settur tal-pubbliku biex jieħdu l-vaċċin tal-influwenza għall-istaġun li ġej bħala mod biex inaqqas iċ-ċans li jiżviluppa l-COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra studji li saru li jiffurmaw il-bażi u l-ġustifikazzjoni ta' dan il-policy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal kuntrarju ta’ dak li qed jindika hu, issa ma hemm ebda evidenza illi l-vaċċin tal-influwenza inaqqas iċ-ċans li jiżviluppa l-COVID-19.

Ilbies ta’ Maskri

Question

Fid-dawl tal-opinjoni medika ta' ħafna tobba li l-użu ta' maskra tista' tikkostitwixxi periklu għas-saħħa għal min jilbisha, għaliex jista' jnaqqas l-ammont adegwat ta' ossiġenu u jikkaġuna stress fuq is-sistema respiratorja tal-individwu, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji xjentifiċi li jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex tobbliga jew tħeġġeġ lin-nies sabiex jilbsu maskra fil-pubbliku f'xi fażi jew perjodu tal-pandemija ddikjarata mill-WHO jew dikjarazzjoni ta' emerġenza maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tad-dokument ta’ linji gwida għall-użu tal-maskri lejn it-tnaqqis tat-trażmissjoni tal-virus COVID-19, Guidance on the Use of Face Masks for Decreasing Covid-19 Virus Transmission, li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, diversi studji juru li l-użu tal-maskri tal-wiċċ jew ‘visors’ jgħin inaqqas it-tixrid tal-virus fil-komunità billi jillimita tixrid ta 'infezzjoni minn individwi infettati li jistgħu ma jafux li huma infettati, li għandhom sintomi, li għadhom ma żviluppawx jew li jibqgħu bla sintomi. L-ilbies ta’maskri jew ‘visors’ jikkumplimenta l-effetti tad-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn u iġene respiratorja. Kif imsemmi wkoll f’paġna 3 tad-dokument, maskri tal-wiċċ m’għandhomx jitqegħdu fuq tfal żgħar taħt it-3 snin; kull min għandu problemi biex jieħu n-nifs; jew li huwa mitluf minn sensih, persuna b’diżabilità jew inkella ma jistax ineħħi l-maskra mingħajr għajnuna. Il-maskri tal-wiċċ m'għandhomx jintużaw meta jiġi pprattikat eżerċizzju strenuż jew vigoruż. Maskri jew ‘visors’ huma rakkomandati biss li jintlibsu jekk sport li ma jinvolvix eżerċizzju vigoruż huwa pprattikat fil-viċinanza ta ' nies oħra. L-istudji xjentifici li saru referenza għalihom huma: Centre for Disease Control (CDC) https://www.cdc.gov/coronavirus/2019-ncov/preventgetting-sick/diy-cloth-face-coverings.html [accessed 10 April 2020]. Centre for Disease Control. Page last reviewed: March 17, 2020 National Center for Immunization and Respiratory Diseases (NCIRD), Division of Viral Diseases https://www.cdc.gov/coronavirus/2019-ncov/hcp/ppe-strategy/face-masks.html. Accessed 13 April 2020. Davies Anna, Thompson Katy Anne, Giri Karthika, Kafatos George, Walker Jimmy and Bennett Allan. Testing the Efficacy of Homemade Masks: Would They Protect in an Influenza Pandemic? Disaster Medicine and Public Health Preparedness, Available on CJO 2013 doi:10.1017/dmp.2013.43 European Centre for Disease Prevention and Control. Using face masks in the community - Reducing COVID-19 transmission from potentially asymptomatic or pre-symptomatic people through the use of face masks. Stockholm: ECDC; 2020: https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/using-face-masks-community-reducingcovid-19-transmission European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC). Safe use of personal protective equipment in the treatment of infectious diseases of high consequence. Stockholm: ECDC; 2014. Available from: https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/media/en/publications/Publications/safeuse-of-ppe.pdf Government of Belgium. Coronavirus COVID-19. Fabric face masks. I protect you, you protect me. https://www.info-coronavirus.be/en/facemask/ [accessed 02 May 2020] Greenhalgh Trisha, Schmid Manuel B, Czypionka Thomas, Bassler Dirk, Gruer Laurence. Face masks for the public during the covid-19 crisis BMJ 2020 Lopalco Pier Luigi. Universita di Pisa. Coronavirus e mascherine: quante ne esistono, come funzionano e come usarle. 10 Aprile 2020 https://www.medicalfacts.it/2020/04/10/coronavirus-le-mascherine-e-la-nuova-normalita/ National Academies of Sciences, Engineering, and Medicine. 2020. Rapid Expert Consultation on the Effectiveness of Fabric Masks for the COVID-19 Pandemic (April 8, 2020). Washington, DC: The National Academies Press. https://doi.org/10.17226/25776

It-Trattat ta’ Oviedo

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti spegazzjoni għalfejn Malta ma ffirmatx it-Trattat ta’ Oviedo fuq drittijiet umani u biomediċina? Jista' jgħid jekk hiex l-intenzjoni tal-Gvern li jiffirma u jgħaddi għar-ratifika bla dewmien tal-istess Trattat ta' Oviedo, u f'każ affermattiv, jagħti indikazzjoni ċara ta' meta biħsiebu jiffirma l-istess Trattat u jressaq it-trattat għar-ratifika minn dan il-Parlament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentement qegħdha ssir analiżi teknika tal-Konvenzjoni ta’ Oviedo.

Persuni li nqabdu bil-COVID-19

Question

Fid-dawl tal-istudju maħruġ mill-Università Amerikana ta' Penn State, li kkalkola li n-numru tal-popolazzjoni Amerikana li nqabdu bil-COVID-19 huwa xi 80 darba iktar min-numri reġistrati li ttestjaw pożittiv għall-COVID-19, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hemmx indikazzjonijiet li n-numru ta’ nies f'Malta li nqabdu bil-COVID-19 huwa iktar min-numru reġistrat ta' testijiet pożittivi, u f'każ li ma jirriżultax li hemm dan il-kalkolu, jista' jgħid hemmx ħsieb sabiex isir studju biex jiġi kalkolat in-numru ta' nies jew perċentwali ta' popolazzjoni li x'aktarx ġew diġà infettati bil-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi studju biex tiġi kkalkulata r-rata ta’ persuni b’immunita’ għal COVID-19 f’Malta qed isir.

Regolamenti għat-tnaqqis tal-impatt tal-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hemmx strateġija ppjanata sabiex mat-tfassil tar-regolamenti sabiex jitnaqqas l-impatt tal-COVID-19, ġewx imqabbdin, jew ser jiġu mqabbdin esperti tad-drittijiet tal-bniedem biex ilestu rapport li jirrakkomanda l-linji gwida sabiex jaċċerta l-Gvern li kwalunkwe regola ma tmurx oltre dak li jitqies bħala raġjonevoli f’soċjetà demokratika, kif ċitat fil-Kostituzzjoni ta' Malta, kull meta jkun hemm xi eċċezzjoni fil-godiment ta' kwalunkwe dritt fundamentali, u d-dritt ta' kull ċittadin li jeżerċita x-xogħol tiegħu? Jista' jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hux ser tobbliga bilfors liċ-ċittadini u residenti Maltin u Għawdxin, jew settur minnhom biex jieħdu Vaccine kontra l-COVID-19, jew jimponu fuqhom xi restrizzjonijiet ta' moviment f'każ li ma jieħdux, ġaladarba jiġi prodott u introdott il-vaccine?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull meta nħarġu ordnijiet skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika jiġi wkoll aċċertat illi jinżamm il-bilanċ ġjust bejn id-drittijiet fundamentali kollha nvoluti f’kuntest ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika fejn fuq naħa l-waħda hemm l-obbligu pożittiv tal-Istat li tiġi salvagwardjata u protetta l-ħajja u fuq in-naħa l-oħra r-rispett għad-drittijiet fundamentali ta’ kull individwu.

Mediċina Xarelto — POYC

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Pillola Xarelto hux ħa tibda tingħata b'xejn mill-Gvern taħt il-POYC? Jekk iva meta ħa tibda tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-approvazzjoni biex jinxtara, Xarelto jew wieħed mill-mediċini li jaqgħu fil-klassi ta’ Novel Oral Anticoagulant (NOACs) beda’.

Ministeru għas-Saħħa – Chief of Staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu ċ-Chief of Staff il-ġdid tiegħu jekk hemm xi ħadd? Jekk fin-negattiv meta se jaħtar xi ħadd?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddej proċess biex timtela l-kariga li semma hu.

Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux veru li anke jekk il-Genitourinary Clinic tagħti preskrizzjoni għall-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), il-pazjent irid iħallas €600 sabiex jingħatalu t-trattament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15651.

Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux veru li jekk il-pazjent ma jkunx jista’ jħallas l-ammont ta' €600 sabiex jixtri l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), anke jekk ikollu preskrizzjoni mill-Genitourinary Clinic, dan jintbagħat lura mingħajr trattament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15651.

Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk teżistix statistika dwar kemm-il persuna talbet il-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE), u minħabba li ma kenitx kapaċi tħallas, intbagħtet lura bla trattament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-istatistika ma tinżammx.

Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure – ħlas

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid huwiex veru li jekk persuna ma jirnexxilix tixtri l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE) mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei fi żmien 72 siegħa, hemm riskju li sseħħ seroconversion, jiġifieri l-persuna issir HIV positive avolja kien hemm opportunità biex dan ma jseħħx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15388.

Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali tal-Ombudsman 2019, il-Kummissarju tas-Saħħa jiġbed l-attenzjoni li hemm erba’ rakkomandazzjonijiet li qed jistennew li jiġu implimentati mill-Ministeru għas-Saħħa, għaldaqstant jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jiġu injorati jew x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministru għas-Saħħa dejjem jieħu nota, u ma jonjora qatt ir-rapporti kollha maħruġa mill-Ombudsman. Ta’ min isemmi li għaddiet komunikazzjoni regolari bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Kummissarju għas-Saħħa, fejn dan tal-aħħar ġie nfurmat, bosta drabi, li l-intitolament għall-mediċini bla ħlas huwa rregolat mill-protokolli, hekk kif stabbiliti mill-Awtoritajiet kompetenti tal-istess Ministeru għas-Saħħa, bis-setgħat mogħtija lilhom mill-liġi. Il-Ministeru kien żied jinforma lill-Kummissarju għas-Saħħa li b’riżultat tal-emendi f’Artiklu 23 tal-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap. 318.), l-intitolament għall-mediċini bla ħlas kien ġie suġġett ukoll għall-provvediment tal-Att Dwar is-Saħħa (Kap. 528). Artiklu 22 (5) tal-Att Dwar is-Saħħa jagħti l-poter lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa li jżomm id-dritt li jagħti l-parir lill-Ministru sabiex jirrestrinġi kull forma ta’ benefiċċju abbażi ta’ protokolli.

Mediċina Venlafaxine 75 mg

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentri 14736, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar ir-recall tal-mediċina Venlafaxine 75 mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni interna ġiet iffinalizzata.

Dħul ta’ jottijiet privati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħidilna x’inhi l-proċedura tad-dħul għall-jottijiet privati li jirritornaw lejn Malta minn Sqallija, il-Greċja jew kwalunkwe pajjiż ieħor li għalih huwa permess l-ivvjaġġar, meta jerġgħu jiftħu l-portijiet fl-ewwel ta’ Lulju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-istess proċedura adottata qabel ittieħdu l-mi¿uri ta’ emerġenza u/jew prekawzjoni minħabba l-pandemija, se jibqgħu jintu¿aw mill-1 ta’ Lulju ’l quddiem.

Ċentri ta’ Matul il-Jum/Rehab Centres tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jattendu b’mod regolari kull ġimgħa fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali? Kemm hija l-ispiża għal kull persuna li tattendi kuljum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u l-25 ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 1072 persuna li attendiet b’mod regolari kull ġimgħa fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Matul l-istess żmien saru madwar 8,000 il-sezzjoni. Tajjeb li ngħidu li matul il-pandemija tal-Covid-19 dawn is-sessjonijiet baqgħu xorta jsiru b’mod regolari permezz ta diversi modi ta’ komunikazzjoni. L-ispiża taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum matul iż-żmien imsemmi kienet ta € 131,133.

Sptar Mater Dei – spiża ta’ Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15388 u 15414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm tiswa l-Post Exposure Prophylaxis after Sexual Exposure (PEPSE) meta tintalab mill-ispiżerija fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PEP tingħata mingħajr ħlas lill-pazjenti li jkunu intitolati għaliha. F’kas li tinxtara minn pazjenti oħra bi ħlas, il-prezz ivarja skont liema mediċina tingħata mill-konsulent kliniku.

Mwiet ta' anzjani

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-imwiet li ġew irreġistrati bejn Jannar u Mejju maqsuma għal kull sena mill-2015 sal-2020 ta' anzjani minn 65 sena 'il fuq li kienu rikoverati fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani, kemm dawk pubbliċi u privati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta' persuni li mietu bejn Jannar u Mejju maqsuma għal kull sena mill-2015 sal-2020 ta' anzjani minn 65 sena 'il fuq li kienu rikoverati fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani, kemm dawk pubbliċi u privati hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Jannar Frar Marzu April Mejju 2015 295 269 272 205 194 2016 268 223 189 194 190 2017 342 254 223 210 208 2018 294 284 251 226 222 2019 338 261 272 226 222 2020 288 227 267 223 195

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mid-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru għas-Saħħa ma taw l-ebda flus għal-programm msemmi minnu.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Ingaġġ ta' nurses barranin

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif f'dawn il-ġranet Steward ser jimpjegaw nurses barranin fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex meta f'Malta hemm mijiet ta' nurses Għawdxin li jixtiequ jmorru jaħdmu Għawdex? Jista' jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex dan ma jseħħx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin sabiex tinstab soluzzjoni ġusta għal dan.