Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karta r-Roża — persuni bid-dijabete

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterja tingħata l-karta r-roża rigward dawk morda bid-dijabete peress li ċertu persuni qed jgħidu li mhux qed tingħatalhom għax huma fuq dieta biss meta xi konsulenti mid-dipartiment qed jgħidu li din xorta tingħata anke jekk mhux qegħdin fuq treatment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Kartuna r-roża tingħata lill-pazjenti kollha li huma dijabetiċi u għandhom bżonn trattament għall-kura tad-dijabete.

Kiri ta' ambulanzi u lifters għal nies bi bzonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fil-qasam tal-anzjani qed jinkrew ambulanzi u lifters għal nies bi bżonnijiet speċjali? Jista jgħid kemm qed jinkrew fis-sena? Jista' l-Ministru jipprovdi dawn id-dettalji għas-sena 2010 u sal-aħħar ta' Awwissu 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tal-kura tal-anzjani — spiza fi fuel għal vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jintefaq fi fuel għal vetturi fil-qasam tal-kura tal-anzjani? Jista' l-Ministru jipprovdi dawn id-dettalji għas-sena 2010 u sal-aħħar ta' Awwissu 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-nefqa ta' fuel mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għas-sena 2010 kienet ta’ €39,442.57, u minn Jannar sa Awwissu 2011 kienet ta’ €29,328.58.

Santa Luċija — berġa aktar attrezzata

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-berġa li hemm f’Santa Luċija, tkun attrezzata kif suppost anki biex taqdi esiġenzi elimentari bħal dak tal-pressjoni, biex jiġi evitat li residenti minn Santa Luċija, fosthom anzjani, jintbagħtu Raħal Ġdid biex jinqdew ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-berġa ta’ Sta Lucija jattendu fiha infermiera u tabib regolari u l-istess berġa hija attrezzata b’kull ma’ hemm bżonn biex taqdi l-pazjent għall-affarijiet bażiċi kollha bħal teħid ta’ pressjoni, riċetti, eċċ. Pazjenti li jirrekjedu testijiet jew konsulti aktar intensivi jew speċjalizzati, jintbatu ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid jew l-isptar.

għoti tad-demm minn persuni gay

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex persuni gay ikunu jistgħu jagħtu d-demm bħal persuni oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm jagħmel mill-aħjar li hu possibbli biex jassigura s-sigurtà (safety) tad-demm li jittieħed biex jingħata lill-morda. Biex dan iseħħ, donaturi li għandhom xi forma ta’ riskju aktar mill-popolazzjoni inġenerali huma mitluba biex ma jagħtux demm. Ma hemm l-ebda diskriminazzjoni fuq orjentażżjoni sesswali imma r-riskju qiegħed fuq prattiċi riskjużi.

Servizzi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li matul is-snin 2010 u 2011 irrikorrew għal servizzi ta' saħħa mentali, kemm minnhom bniet u kemm subien u jindika l-etajiet skont is-servizzi mogħtija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27363 u 27632 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Operazzjonijiet li se jsiru fi sptarijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-operazzjonijiet li mistennija li jsiru lill-pazjenti li huma fuq il-waiting list tal-Isptar Mater Dei fi sptarijiet privati? Kemm se jħallas għal kull operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-operazzjonijiet li qed jsiru fi sptarijiet privati lill-pazjenti fuq il-waiting list ta’ Mater Dei huma tal-katarretti. Peress li l-informazzjoni ulterjuri mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta’ natura kummerċjali u tinvolvi aktar minn sptar privat wiehed, ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie inawgurat l-Isptar Mater Dei, kemm twieldu trabi sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ trabi li twieldu Mater Dei huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Numru ta’ trabi li twieldu Mater Dei Bejn 19 ta’ Novembru u l-aħħar ta’ Diċembru 2007 468 2008 3740 2009 3779 2010 3611 Bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu 2011 2487

Sptar Mater Dei — waiting list - servizz tas-saħħa b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema sptarijiet l-awtoritajiet tas-saħħa ffirmaw biex pazjenti li qegħdin fuq il-waiting list tal-Isptar Mater Dei, jibbenefikaw minn servizz tas-saħħa b'xejn mill-isptarijiet privati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull ftehim li sar ma' dawn l-isptarijiet privati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm operazzjonijiet pendenti fl-Isptar Mater Dei? Liema huma dawn l-operazzjonijiet u kemm hu n-numru ta' kull kategorija li hemm bżonn operazzjoni? Mil-lista ta' kull kategorija, kemm hu n-numru taż-żmien li l-iżjed li pazjent ilu jistenna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Monte Carmli — emergency lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw emergency lights għall-Isptar Monte Carmeli? Kemm ġew jiswew? X'kienet il-proċedura użata biex inxtraw? Minn fejn inxtraw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2011 l-Isptar Monte Karmeli xtara 155 emergency lights. Dawn ġew jiswew €22.50 il waħda għal total ta’ €3487.50. Il-proċedura tax-xiri kienet fuq bażi ta’ quotations kif permess bir-regolamenti applikabbli u nxtraw mingħand SGT Ltd.

Sptar Monte Carmeli — kiri ta' ġeneratur tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena, kemm swiet il-kirja ta' ġeneratur tad-dawl biex jintuża fl-Isptar Monte Carmeli fl-okkażjoni tal-ħaddiem tas-sena u minn fejn inkera kull darba?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Isptar Monte Karmeli għandu ftehim ma’ Twilight Sound Systems sabiex jipprovdi l-generator għall-okkazjoni madankollu l-isptar iħallas biss jekk dan jintuża. S’issa dan qatt ma ntuża u għaldaqstant l-isptar qatt ma kellu għalfejn iħallas xejn għal dan il-generator.

Sptar Monte Carmeli — ġeneratur tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi stallat il-ġeneratur tad-dawl fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ippubblika sejħa għall-offerti għal ġeneratur tad-dawl fl-Isptar Monte Carmeli u t-tali sejħa għall-offerti biex jinxtraw l-ewwel grupp ta’ ġeneraturi qed tiġi aġġudikata.

Dipartiment tas-Saħħa — impjegati - buying of service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq bażi buying of service fl-aħħar erba' snin fid-Dipartiment tas-Saħħa? Fejn huma impjegati? Kemm għandhom età? Kemm ilhom impjegati? X'inhu l-job description tagħhom? Min approva tali impjieg?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara xi jrid ifisser bit-terminoloġija buying of service.

Sptar Monte Carmeli — impjegati bil-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar tliet snin, l-impjegati mħaddma bil-kuntratt fl-Isptar Monte Carmeli humiex impjegati tal-FMS jew humiex impjegati mid-Dipartiment tas-Saħħa jew b'xi mod ieħor? Kemm ġew impjegati persuni b'din is-sistema? X'kien il-grad tagħhom u f'kull każ, għal liema perjodu ta' żmien kien il-kuntratt, u jekk kien imġedded kemm-il darba ġie mġedded u għal kemm żmien? Min awtorizza dawn l-impjiegi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — survey fuq l-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li se jsir survey tal-istaff fl-Isptar Mater Dei? Jista' jikkonferma jekk dan hux se jsir minn entità barranija? Jista' jgħid min hi l-kumpanija, kemm se jiswa dan is-survey u x'inhu l-għan preċiż ta' dan is-survey? Hawn xi kumpanija lokali li kapaċi tagħmel l-istess survey?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat illi qed jsir survey fid-Dipartiment tal-Outpatient’s li jikkonċerna l-pazjenti li jattendu fid-dipartiment kif ukoll l-istaff li jaħdem hemm. L-għan ta’ dan is-survey huwa li jirrakkomanda fejn jista jitjieb is-servizz lejn il-pazjenti. Dan is-survey qed isir minn riżorsi fi ħdan Mater Dei u m'hemm l-ebda entità barranija involuta.

Ambulanzi — kiri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' kemm intnefaq f'kiri t'ambulanzi, liema ambulanzi ġew replaced u għal liema raġuni qed jiġu replaced? Jista' jagħti rendikont ta' kemm ilhom bil-ħsara l-ambulanzi u x'tip ta' ħsara għandhom? X'inhi l-ispiża ta' kull waħda sabiex tissewwa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — tnaqqis ta' nofs siegħa mill-ħin tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni veritarja wara l-fatt li l-cleaners tal-Isptar Mater Dei tnaqqsitilhom nofs siegħa kuljum mix-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk hux ippjanat l-istess ideal fuq is-securities, nursing aides, nurses u staff mediku?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li b’effett mill-1 ta’ Settembru 2011 u bħala parti minn eżerċizzju ta’ monitoraġġ kontinwu, il-cleaners tal-kuntrattur li jagħtu servizz fis-swali bdew jaħdmu nofs siegħa inqas kuljum. Dan it-tibdil minimu sar biex inkunu konformi mal-esiġenzi tas-servizz. Dan m’għandux ixekkel il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u s-servizz li jingħata lill-pazjenti. Il-Management tal-Isptar Mater Dei għandu d-dmir li jagħmel monitoring tal-kuntratti kollha li hemm fis-seħħ. Madanakollu, m’hemm l-ebda ħsieb jew pjan biex jitnaqqsu xi sigħat ta’ xogħol tal-persuni mpjegati.