Legislature:
Category:
Reset
Active:

persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jaħdmu fl-uffiċini u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid meta ġie mġedded l-impjieg u sa meta, kif ukoll tagħti l-grad tal-persuni konċernati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xewkija — proġett għall-upgrading and expansion tal-Istitut tal-MCAST

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta il-proġett għall-upgrading and expansion tal-Istitut tal-MCAST fix-Xewkija f’Għawdex (ERDF 456) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur, u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta id-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min appprova l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST m’għandux proġett bl-isem ERDF 456, Upgrading and expansion tal-Istitut tal-MCAST fix-Xewkija Għawdex. Pero’ għandu proġett bl-isem Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering Malta/Gozo referenza ERDF 056. Parti minn dan il-proġett jinkludi l-armar taż-żewġ laboratorji fix-Xewkija, Għawdex. L-informazzjoni li tikkonċerna x-xogħolijiet li saru f’Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont il- Grant Agreement , il-proġett kellu jibda f’Ġunju tal-2007 u jispiċċa f’Diċembru tal-2009. Għal dan il-proġett il-“Managing Authority” approvat estensjoni ta’ żmien sa April 2011 minħabba ċirkustanzi bħal ma kien il-fatt li rċevejna offerti li ma kienux konformi ma’ dak li ntalab u għalhekk kellha tinbeda proċedura oħra. Dan il-proġett kien maqsum f’numru ta’ tenders . It-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra turi meta kellu jibda kull kuntratt, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il- grant agreement , kif ukoll meta kellu jispiċċa x-xogħol, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il- grant agreement , jekk ġiex rivedut kull kuntratt partikulari, kif ukoll kummenti oħra. Mhux ser jintilfu flus minħabba d-dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett għaliex il-“Managing Authority” approvat estensjoni tal-ERDF 056 minħabba ċirkustanzi bħal ma kien il-fatt li rċevejna offerti li ma kienux konformi ma dak li ntalab u għalhekk kellha tinbeda proċedura oħra. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-aħħar t’April. Qed nistennew l-approvazzjoni għal xi rati ġodda li ġew inklużi fit-tender tal- works mid-dipartiment tal-kuntratti; il-pagamenti jistgħu jgħaddu immedjatament wara.

Aġenzija Sapport — waiting list - residential services

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-klijenti tar-residential services tal-Aġenzija Sapport u kemm hi l-waiting list għal kull servizz u kemm hi l-istennija fuq din il-lista?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

applikazzjoni għal work permit għal footballer barrani

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk meta ssir talba għall-applikazzjoni għall-work permit minn club tal-football Malti għal player barrani partikolari, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toħroġx sejħa għal din il-vakanza? Kemm-il dabra saret matul dawn l-aħħar snin, din l-inizjattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tikkonferma li meta jkun hemm talba għall-ħaddiema li mhux ċittadin tal-Unjoni Ewropea inklużi footballers, l-Korporazzjoni tpoġġi din it-talba għall-ħruġ ta’ liċenzja fil-Vacancies database tagħha – dan b’osservazzjoni għal Regulation (EEC) 1612/68, u biex iċ-ċittadini Ewropej jingħataw iċ-ċans japplikaw u jiġu kkonsidrati għal dan ix-xogħol. Dan l-obbligu ilu jiġi osservat minn mindu l-funzjoni tal-ħruġ ta’ liċenzji ingħatat lill-Korporazzjoni, bid-differenza li f’dawn l-aħħar ġimgħat dawn it-tip ta’ vakanzi issa qed jidhru wkoll fuq is-sit tal-EURES.

footballers — applikazzjonijiet għal work permit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet għal work permit minn footballers sabiex jilagħbu l-football matul is-sena 2010 u fl-ewwel xhur tas-sena 2011? Kemm minnhom ġew rifjutati, x'kienet ir-raġuni u minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ Liċenzji tax-Xogħol għal nies li mhumiex ċittadini ta’ Malta ma jsirux mill-individwi nfushom imma jridu jsiru minn min se jħaddimhom. In-numru ta’ applikazzjonijiet li rċiviet il-korporazzjoni għal ħruġ ta’ liċenzji għal- footballers fl-2010 kien ta' 67 filwaqt li s’issa fl-2011 irċiviet 14. S’issa għall-applikazzjonijiet li saru fl-2011 ma kien ebda applikazzjoni rifjutata. Mill-applikazzjonijiet li saru fl-2010 ġew rifjutati 5. Il-persuni li kellhom jiġu ngaġġati kienu 3 min-Nigerja, 1 mill-Brazil u ieħor mis-Serbia u Montenegro. Tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet ġew irrifjutati wara oggezzjoni min-naħa tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni. Applikazzjoni oħra ġiet irrifjutata għaliex l-applikant ma għadhiex informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Korporazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-ħames rifjut kien abbażi ta’ ngaġġ illegali qabel il-ħruġ tal-Liċenzja.

Awtorità tad-Djar — Talba għal sussidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24191, tista' l-Ministru tara li kemm jista' jkun malajr tingħata l-konferma biex ikun jista' jitmexxa l-każ peress li hemm persuna b'diżabilità ħalli jkun jista' jitlesta x-xogħol qabel tibda x-xitwa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għada qed tistenna dokumenti minn xi entitajiet sabiex tkun inġabret l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-assi u d-dħul tal-applikanti u b’hekk jiġi stabbilit jekk jikkwalifikawx taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaġġ tal-għajnuna li jikkwalifikaw għaliha.

Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W129, tista' l-Ministru tgħid meta l-Liġi tar-Regolatur se tiġi fis-seħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa d-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali qed jaħdem fuq abbozz tal-liġi dwar ir-Regolatur. Meta jintemm dan il-proċess huwa ppjanat li jitressaq l-abbozz ta’ din il-liġi fil-Parlament.

Servizz ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob is-servizz ta' facilitator?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u qiegħda tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Panel għamel kuntatt mal-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġà hemm fl-iskola, sakemm ikun imissu skont il-lista tar-reġistrazzjoni. Fil-fatt dan it-tifel qed jingħata għajnuna minn complementary teacher u qed jingħata ukoll xogħol adattat speċifikament għalih.

Kors ta' Aircraft Maintenance Technician — on the job training

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kors ta’ Aircraft Maintenance Technician (leading to part 66 CAT B1.1 Examination) 2009 – 2011 li m’għandux on the job training bħalma għandhom il-korsijiet kollha ta’ dan it-tip, hux se jkollu dan it-taħriġ? Minn meta se jingħataw dan it-taħriġ, meta se jibda u min se jkun jista' jipparteċipa fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Prospectus li jippublika l-MCAST ta’ kull sena, l-kors ta’ Aircraft Maintenance Technician huwa reklamant bħala wieħed full-time u għalhekk l- on the job training (OJT) ma jiffurmax parti minnu.

informazzjoni dwar part-time u full-time jobs

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif inhi magħmula u kemm għandha kategoriji l-work force f'Malta u Għawdex? Kemm hemm persuni minn kull kategorija li għandhom iktar minn xogħol wieħed u kemm hemm li l-uniku xogħol tagħhom huwa part-time? Tista' tgħid kemm hemm ħaddiema li għandhom iktar minn part-time job wieħed u m'għandhom l-ebda full-time job u kemm hemm ħaddiema li għandhom full-time job u iktar minn part-time job wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-work force f’Malta u Għawdex hija maqsuma: a) F’nies jaħdmu full-time jew part-time bħala impjieg ewlieni li jistgħu jkunu mpjegati kemm fis-settur privat u kemm fis-settur pubbliku, u b) Nies li jirreġistraw għax-xogħol. Skond l-informazzjoni li għandha l- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, fl-aħħar ta’ Settembru 2010, in-numru ta’ persuni li għandhom iktar minn xogħol wieħed (full-time u part-time) hu ta’ 8,373 fis-settur pubbliku u 14,250 fis-settur privat, filwaqt li numru ta’ persuni li xogħol ewlieni tagħhom huwa part-time hu ta’ 3,132 persuna fis-settur pubbliku u 26, 548 persuna fis-settur privat. In-numru ta’ ħaddiema li għandhom iktar minn part-time job wieħed u m’għandhom l-ebda full-time job hu ta’ 3,475 persuna. In-numru ta’ ħaddiema li għandhom full-time job u iktar minn part tim e wieħed hu ta 3,652 persuna.

l-inqas pagi aċċettati f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-inqas pagi aċċettati f'Malta u Għawdex għal kull siegħa li ħaddiem jaħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Prim Ministru.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, b'liema mod l-Awtorità tad-Djar se tagħmel kuntatt ma' kull kunsill lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Awtorità tad-Djar iltaqgħat ma’ kull Kunsill Lokali, kien hemm diversi laqgħat oħra mal-kunsilli lokali li ser jibbenefikaw mill-iskema biex l-Awtorita’ Tad-Djar tisma’ lil kull kunsill lokali. Fil-jiem li ġejjin ser isir il-ftehim uffiċjali ma’ kull kunsill lokali.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, f'liema sena nbnew il-binjiet kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għal risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 24265 tas-Seduta 327.

binjiet residenzjali tal-gvern, — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet ta' kull binja magħmula mill-Awtorità tad-Djar? Kemm se jintefqu flus f'kull binja? Kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal kull binja? Kemm se joħroġ flus il-kunsilli lokali għal kull binja? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-survey li sar fuq kull binja u x-xogħol li jrid isir f'kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

binjiet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern , liema huma l-kunsilli lokali li ġew ikkuntatjati mill-Awtorità tad-Djar biex isir il-kuntratt? Liema huma l-kunsilli li s'issa iffirmaw il-kuntratt? Tista' tpoġġi kopja ta' kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern u kopja tal-kuntratt. L-Awtorità tad-Djar daħlet f’’kuntatt ma’ dawk il-kunsilli li se jibbenifikaw għal din is-sena skond it-tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari 24283.

Kunsilli lokali — binjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal program ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet residenzjali tal-gvern, kif wasal il-gvern għal budgetannwali ta' €1,000,000 jew aħjar ta' €5,000 għal kull binja meta f'dan ir-rigward il-gvern talab lill-perit tal-kunsilli biex jagħmel l-istima tax-xogħol meħtieġ f'kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità Tad-Djar għandha vot kapitali ta’ miljun Euro fis-sena għal manutenzjoni fil-binjiet tal-Gvern. Biex l-Awortità tad-Djar tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa, kien hemm bżonn ta’ pjan mifrux fuq 6 snin. Dan ifisser li ser ikun hemm manutenzjoni f’medja ta’ 200 binja. Mill-stimi tal-Awtorità tad-Djar għal kull binja qed tiġi mogħtija €5000. Il-kunsilli lokali qed jiġu mitluba jidħlu f’aktar dettal għal kull binja peress li mhux kull binja jista’ ikollha bżonn manutenzjoni daqs oħra. Kif inhu stipulat fil-kundizzjonijiet maħruġa flimkien mal-kunsilli lokali, kull binja se tagħmel tajjeb għal oħra.

Xogħol illegali f'xi binja tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema il-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binjiet, fejn ikun hemm xi illegalità f'xi waħda minn dawn il-binijiet, min hu mitlub li ikellem lil dawk l-inkwilini li ikunu għamlu dan ix-xogħol, l-Awtorità ta' Djar jew il-kunsilli lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu mniżżel fil-kundizzjonijiet l-Awtorità tad-Djar u Kunsill Lokali flimkien ser jiltaqgħu mar-residenti ta’ kull binja. Dan ser jsir peress li l-kunsilli huma dawk li jafu aħjar il-bżonnijiet ta’ kull binja. F’każ ta’ illegalità li jista’ ikun hemm f’kull binja, L-Awtorità tad-Djar waqt li ser timxi kif hemm miktub fil-kundizzjonijiet, se titkellem mar-residenti biex huma stess ineħħu dawn l-illegalitajiet kif titlob il-liġi.

gym ta’ Tal-Qroqq — estensjoni taċ-changing rooms

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta inbdew ix-xogħlijiet dwar l-estensjoni taċ-changing rooms il-ġodda fil-gym f’Tal-Qroqq? Meta mistennija li jitlestew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ix-xogħol relatat mal-estensjoni taċ- changing rooms il-ġodda fil- Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq kien pjanat li jsir f’żewg fażijiet. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fil-bini ta’ faċilitajiet sanitarji għall-uzu tal-ispettaturi li jattendu l-attivitajiet organizzati mill-Aquatic Sports Association. Dan ix-xogħol beda f’Novembru 2009 u tlesta f’Ġunju 2010. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi li jikkonsisti fl-estensjoni taċ- changing rooms tal- fitness centre li huwa mistenni li jibda fis-sajf li ġej, biex ikun tal-anqas inkonvenjent possibbli fuq dawk li jużaw din il-faċilità, hu ttamat li dan ix-xogħol jitlesta sal-aħħar tas-sena.

ICT — impjiegi ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid bejn l-2008 u l-2010 kemm inħolqu impjiegi ġodda relatati mal-ICT f’Malta u f’Għawdex rispettivament, sena b’sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

pensjoni ta' inqas minn €700 fix-xahar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti f'pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Kemm minnhom huma romol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tammonta għal inqas minn €700 kull erba’ ġimgħat hu ta’ 60,295. Minn din iċ-ċifra, 13,718 qegħdin jirċievu pensjoni għar-romol.