Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15667 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni jew kumpaniji privati mresqin il-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14011 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew kumpaniji privati li l-pulizija ressqet quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex rispettivament, matul l-2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 2,994 persuna fuq reati kriminali punibli b'piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija u 12,532 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' anqas minn 6 xhur priġunerija.
Leg 11 PQ #15726 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Proċessi tal-Qrati komputerizzati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proċessi kollha tal-Qrati f'Malta ġewx kompjuterizzati? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li fil-fatt dawk il-proċessi li s'issa għadhom mhux kompjuterizzati jsiru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett biex gradwalment jiġu kompjuterizzati diversi proċessi fil-Qrati Ċivili ta' Malta miexi kif ippjanat. Fid-Dipartiment tal-Qorti Ċivili u Tribunali (Malta), fil-preżent, qed jiġu komputerizzati verbali, digrieti, differimenti, taxxi u sentenzi. Infurmat ukoll li bħalissa qed isir xogħol bil-ħsieb li jkunu komputerizzazzjoni ukoll proċessi oħra li jinkludu, scanning tal-atti kollha konnessi mal-kawżi.
Leg 11 PQ #16068 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u l-Entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda kuntratti jew direct orders lill-kumpaniji jew jew persuni indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16204 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

verdett tal-ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm saru appelli mill-verdett ta' ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell kolleġġjament preseduta u jgħid kemm minn dawn l-appelli ġew milqugħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2007 sa Marzu 2010 ġew introdotti 41 appell minn verdett ta' ġurija quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali. Minn dawn ġew milqugħa 3 appelli.
Leg 11 PQ #16205 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

priġunieri li ngħataw dritt għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 sena b'sena, kemm-il priġunier ingħata dritt li jattendi għal xogħol u kemm-il priġunier ingħata dritt jattendi korsijiet barra mill-ħabs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien hemm 71 priġunier li ngħataw il-benefiċċju li jattendu xogħol u/jew korsijiet barra mill-Faċilità kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #16206 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vacancies tal-messaġġiera u marixxalli tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments il-ġodda għall-messaġġiera u marixxalli tal-Qorti? Kemm hemm vacancies f'dan is-sens? Jista' jindika jekk f'dan ir-rigward kienx hemm bord tal-għażla?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja hemm 7 postijiet vakanti għal Messaġġiera tal-Qorti, 3 għal Marixall Anzjan u 4 għal Marixall. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Messaġiera tal-Qorti għalqet fit-12 ta' Marzu 2010 u l-eżami hu mistenni li ser isir f'April 2010. Infurmat ukoll illi l-Bord tal-Għażla li ser jagħmel l-intervista lill-kandidati li jkollhom suċċess fl-ewwel parti tal-eżami diġa' ġie appuntat. Fir-rigward tal-postijiet vakanti għall-Marixalli Anzjani u Marixalli ninsab infurmat illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għadha qed tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #16207 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesti maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jindika maġistrat b'maġistrat kemm infetħu inkjesti maġisterjali fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqieghed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16208 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

inkjesti konklużi

Question

Jista' l-Ministru jindika maġistrat b'maġistrat, kemm ġew konklużi inkjesti fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16209 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

dewmien fil-proċessar tal-inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maġistrat inkwerenti kitbu lill-Avukat Ġenerali sabiex jiġġustifikaw dewmien fil-proċessar tal-inkjesti għall-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010 maġistrat b'maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmija mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 6 Maġistrati li kitbu lill-Avukat Ġenerali sabiex jiġġustifikaw dewmien fil-proċessar tal-inkjesti:- Fl-2007 kien hemm 3 Maġistrati li kienu l-Maġ. L Quintano, l-Maġ. J Padovani u l-Maġ. C Scerri Herrera. Fl-2008 kien hemm 2 Maġistrati li kienu l-Maġ. J Padovani u l-Maġ. C Scerri Herrera Fl-2009 kien hemm Maġistrat wieħed, li kienet il-Maġistrat C Scerri Herrera Fl-2010, s'issa ma kien hemm kommunikazzjoni mingħand l-ebda Maġistrat.
Leg 11 PQ #16411 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sentenzi diferiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti l-qorti kriminali li ilhom aktar minn ħames snin li bdew jinstemgħu? Jista' jgħid sena b'sena, kull każ, x'inhi l-akkuża? Jista' jgħid każ, b'każ kemm-il darba kien diferit is-smiegħ? Jista' jagħti r-raġuni f'kull każ għalfejn is-smiegħ ġie diferit?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali hemm erba’ (4) atti t’akkuża li ilhom aktar minn ħames snin jistennew li jibda il-ġuri tagħhom. Dawn l-erba’ kawzi għadhom in-numru tal-Att t’Akkuza: 7/02, 21/03, 28/03 u 1/05. Att ta’ Akkuza 7/02: L-akkuża f’dan il-każ hija ta’ Traffikar ta’ droga u jrid jinstema’ wara li jiġi deċiż definitivament l-att ta’ akkuża numru 1/2005 li ukoll għadu pendenti. Att ta’ Akkuzż 21/03: l-Akkuża f’dan il-każ hija omiċidju volontarju u dan il-ġuri dam ma ġiex appuntat għaliex l-ewwel kellu jinstema’ l-ġuri tal-ko-akkużat peress li kien hemm separazzjoni tal-ġudizzju. Dan il-ġuri issa jinsab appuntat għal Ġunju 2010. Att ta’ Akkuża 28/03: L-akkuża f’dan il-każ hija ta’ Traffikar ta’ Droga u dan il-ġuri dam ma ġie appuntat għax kien qed jistenna l-eżitu ta’ kawża oħra li issa ġiet deċiża reċentement. Dan il-ġuri issa jinsab appuntat għal Ottubru, 2010 Att ta’ Akkuża 1/05: L-akkuża f’dan il-każ hija ta’ Traffikar ta’ droga u dan il-ġuri qed jistenna li jiġi deċiż definittivamennt l-att ta’ Akkuża 28/03 li huwa appuntat għal Ottubru, 2010. Fil-Qorti Kriminali il-proċedura hija li wara li jiġi ppreżentat Att ta’ Akkuża u l-istess jiġi notifikat lill-akkużat, l-akkużat jista’ jippreżenta nota ta’ eċċezzjonijiet. Il-Qorti tappuntat l-kawża biex jiġu trattati u deċiżi l-eċċezzjonijiet u jekk ma jsirx appell minn tali deċizjoni, il-ġuri jingħata data meta jsir. Il-ġuri meta jibda, jibqa' għaddej sakemm ikun deċiż finalment u għalhekk ma jkunx hemm differimenti.
Leg 11 PQ #16414 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

priġunieri fil-ħabs ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin fl-20 ta' April 2010? Kemm minn dawn huma nisa u irġiel separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-20 ta' April 2010 in-numru ta' priġunieri li kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 583, (541 rġiel u 42 nisa).
Leg 11 PQ #16415 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — pjan ta' estenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il priġunier huwa maħsub li hemm fil-Ħabs ta' Kordin? Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fejn jeżisti over crowding serju fil-Ħabs ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjan għall-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jekk jeżistu tali pjanijiet, dawn huma għal xi forma ta' estenzjoni jew għall-bini ta' xi faċilitajiet oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, filwaqt li huwa minnu li fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin in-numru ta’ priġunieri huwa akbar sew minn dak li forsi konna mdorrijin bih snin ilu, il-Facilità hija mibnija b’mod li taħseb għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Fil-fatt, il-biċċa l-kbira taċ-ċellel huma disenjati biex jieħdu aktar minn persuna waħda, kif, wara kollox, hija l-prassi f’faċilitajiet oħra madwar id-dinja kollha. Għalhekk, filwaqt li mhux eskluż ebda arranġament jew tibdil li jikkontribwixxi għal użu aħjar tal-faċilitajiet eżistenti, ma tinħass ebda ħtieġa mmedjata għall-bini ta’ xi facilita’ korrettiva oħra. Ma' dan għandu jingħad li tul is-sena li għaddiet, il-Bord immexxi mis-Sur Joe Gerada fir-riforma għall-Ġustizzja Riparatriċi għamel rakkomandazzjoniiet li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Preżentament qed isir xi xogħol marbut mal-implimentazzjoni o meno ta' dawn ir-rakkomandazzjonijet u t-tfassil tal-Abbozz tal-Liġi li jdaħħal is-sistema tal-Parowl.
Leg 11 PQ #16198 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

tribunal amministrattiv il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jiffunzjona t-tribunal amministrattiv il-ġdid u x-xogħol ta' liema bordijiet u tribunal assuma s'issa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiv ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009. Sa issa ġew imwaqqfa dawn l-Elenki:- 1 L-Elenku tal-Agrikoltura 2 L-Elenku tas-Saħħa 3 L-Elenku ta’ Ġurisdizzjoni Ġenerali 4 L-Elenku ta’ Prodotti u Servizzi 5 L-Elenku fit-Trasport 6 L-Elenku dwar il-Media u l-Arti 7 L-Elenku Fiskali Taħt dawn il-varji Elenki tat-Tribunal Amministrattiv ġew inklużi dawn it-Tribunali ta’ Appelli minn deċiżjonijiet Amministrattiv:- 1. L-Elenku dwar is-saħħa jittratta kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Ordinanza dwar il-Lebrużi (Kap 45). 2. L-Elenku dwar l-Agrikoltura jittratta kwistjonijiet taħt: a L-ordinanza dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-biedja (Kap85) b L-Att dwar it-trattament xieraq ta’ l-annimali (Kap 439) c Ir-Regolamenti dwar l-importazzjoni ta’ klieb u qtates (L.S.36.42) 3. L-Elenku dwar Prodotti u Servizzi jittratta ilmenti li jaqgħu taħt: a L-ordinanza dwar l-ispirti (Kap 41) b L-Att dwar l-Inbid (Kap 436) c L-Airport ( groundhandling services) Regulations (L.S. 232.15) 4. L-Elenku dwar it-Trasport jittratta kwistjonijiet li jaqgħu taħt:- a Regolamenti dwar il-ġarr stradali ta’ merkanzija b’vetturi bil-mutur (L.S. 65.19) b Regoli dwar Eżenzjoni mit-taxxi tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S.368.01) c Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 369.02) 5. L-Elenku dwar Ġurisdizzjoni Ġenerali jittratta ilmenti li jaqgħu taħt: a Att dwar is-socjetajiet Koperattivi (Kap 442) b Regolamenti dwar Esplożivi Ċivili (L.S. 33.04) c Regolamenti dwar il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta (L.S. 92.03) d Regolamenti dwar il-Bibljoteka Pubblika ta’ Malta (L.S. 92.06) 6. L-Elenku Fiskali assorbixxa l-kwistjonijiet kollha pendenti u futuri li jaqgħu taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364). 7. L-Elenku dwar il-Media u l-Arti jittratta appelli li jaqgħu taħt ir-Regolamenti dwar il-Pellikoli u l-Palk (L.S. 10.17)
Leg 11 PQ #16199 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

membri tal-ġudikaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ġudikatura li qed jippresjedu dan it-tribunal il-ġdid u kemm ġew allokati kawżi quddiemu? Jista' jagħti dettalji mil-liema bord jew tribunal antik ġew assenjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Membru tal-Ġudikatura li tippresjedi t-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva hija l-Maġistrat Doreen Clarke. Infurmat ukoll li ġew allokati 99 kawża quddiem dan it-Tribunal.
Leg 11 PQ #16200 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet — akkużati liberati jew misjuba ħatja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ġurijiet fis-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jindika kemm-il akkużat ġie liberat, kemm ġew misjuba ħatja u kemm minn dawn l-akkużati ammettew? Jista' jindika kemm mill-akkużati misjuba ħatja ngħataw pieni karċerarji u kemm ngħataw pieni alternattivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar il-Ġurijiet li saru fis-snin imsemmiija huwa kif ġej:- 2007 2008 2009 Jan-Marzu 2010 Ġurijiet Maqtugħa*+ 20 25 28 13 Akkużati Liberati 0 1 2 0 Akkużati Misjuba Ħatja 18 22 24 15 Akkużati li Ammettew** 9 5 10 8 Piena Karċerarja 17 20 23 15 Piena Alternattiva (1 sentenza ) (3 sentenzi) (1 sentenza) 0 (sospiża) (sospiżi) (sospiża) * Mill-Ġurijiet maqtugħa kien hemm 6 ġurijiet li reġgħu ntbagħtu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali peress li kien hemm kontro-ordni mill-Avukat Ġenerali. + Mill-Ġurijiet maqtugħa kien hemm żewġ ġurijiet li ġew dikjarati proċediment eżawrit. ** In-numru ta’ akkużati li ammettew huwa inkluż fit-total ta’ akkużati misjuba ħatja.
Leg 11 PQ #16201 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-Avukat Ġenerali matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew deċiżi u kemm appelli tal-Avukat Ġenerali ġew milqugħa għall-istess perjodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' appelli li saru quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-Avukat Ġenerali matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll dawk li ġew deċiżi huwa kif ġej:- Sena Introdotti Deċiżi 2007 77 75 2008 79 77 2009 91 65 2010 (sa Marzu) 20 2 Rigward it-tieni parti tal-aħħar domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ma jżommx tali statistika.
Leg 11 PQ #16202 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-akkużat matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew deċiżi u kemm appelli tal-akkużat ġew milqugħa għall-istess perjodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' appelli li saru quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali mill-akkużat matul is-snin imsemmija mill-Onorevili Interpellant, kif ukoll dawk li ġew deċiżi huwa kif ġej:- Sena Introdotti Deċiżi 2007 346 332 2008 328 311 2009 407 303 2010 (sa Marzu) 135 19 Rigward it-tieni parti tal-aħħar domanda ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ma jżommx tali statistika.
Leg 11 PQ #16203 Sitting 208 2010-04-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

individwi li ntbagħtu l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm-il individwu intbagħat il-ħabs u kemm hija l-popolazzjoni tal-ħabs preżentament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni li ntbagħtu l-ħabs matul is-snin imsemmija kien kif ġej:- Sena Numru 2007 508 2008 573 2009 637 2010 _206 (sas-7 ta' April) 1,924 Infurmat ukoll illi sas-7 ta' April 2010 kien hemm 582 priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.

Sezzjoni tal-ALE — persuni taħt arrest

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema jedd il-pulizija tas-sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement qegħdin iżommu persuni taħt arrest sabiex iġiegħluhom jagħtu dikjarazzjonjiet sabiex jikxfu nies li setgħu kienu għall-kaċċa? Jista' jgħid x'passi se jieħu sabiex jinqata' dan l-abbuż ta' poter li għalih jistgħu jiġu fornuti anke l-ismijiet tal-uffiċjali involuti? Jista' jgħid din l-investigazzjoni that duressb'liema liġi hi sanzjonata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija m'aġġixitx bil-mod kif interpretat mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #15955 Sitting 207 2010-04-20 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemmx Awtoritajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. Għar-rigward ta' Aġenziji hemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Aġenzija għall-Ħarsien ta' Persuni li qegħdin ifittxu l-Ażil, però mhumiex immexxija minn Chairman jew Kap Eżekuttiv.