Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2420 Sitting 54 2017-11-20 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourist arrivals

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 678, mit-tagħrif mogħti jidher, li t-tendenza tas-swieq turistiċi tagħna għadha pjuttost l-istess kif kienet f’dawn l-aħħar snin, jiġifieri l-iżjed turisti minn fejn iżuruna għall-btajjel tagħhom huma mir-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja. Għaldaqstant jista’ l-Ministru jindika ftit kif l-Awtorità għat-Turiżmu (MTA) qed tħabbrek biex tattira iżjed turisti minn postijiet u pajjiżi oħrajn differenti minn dawn? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk jistax jindika jekk jiġux organizzati attivitajiet u/jew jeżistux attrazzjonijiet partikolari li jkunu mmirati speċifikament għat-tipi ta’ turisti li jiġu fl-akbar numri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tkabbir li pajjiżna qiegħed jara fin-numru ta’ turisti, fin-numru ta’ ljieli, kif ukoll fin-nefqa turistika, mhux ġej minn xi pajjiż jew tnejn iżda qegħdin naraw żidied tista’ tgħid mill-pajjiżi kollha li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu hija attiva fihom. Wieħed irid iżomm amment li s-swieq prinċipali li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, flimkien ma’ Franza, huma l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea bl-ikbar popolazzjoni. Għaldaqstant l-opportunita’ li dawn joffru hija ferm ikbar minn pajjiżi oħra. Madanakollu l-MTA firxet iżjed l-attivita promozzjonali tagħha u llum qegħdin naraw żidiet sostanzjali fi swieq bħall-Belġju, Danimarka, Ungerija, Olanda, Finlandja, Polonja, Svizzera, Stati Uniti u pajjiżi oħra. Fl-aħħar ġimgħat ġew varati ukoll diversi rotot ġodda kemm mill-Air Malta kif ukoll minn linji tal-ajru barranin fejn se niftħu swieq ġodda bħall-Portugall u l-Ukrajina, waqt li nsaħħu l-konnettivita’ ma’ pajjiżi bħalma huma r-Russja, il-pajjiżi Baltiċi, l-Irlanda ta’ Fuq, Spajna, l-Iskozja u l-pajjiżi Nordiċi. L-attivita’ ta’ marketing hija varjata u tkun immirata lejn niċeċ partikolari fis-suq sabiex nilħqu s-setturi li nimmiraw għalihom. Dan jinkludi reklamar fuq diversi tipi ta’ midja, stampata, elettronika u fuq mezzi tax-xandir, organiżazzjoni ta’ żjarat edukattivi għal ġurnalisti, aġenti tal-ivjaġġar u operaturi turistiċi, kif ukoll parteċipazzjoni f’fieri tat-turiżmu u tal-konsumatur.
Leg 13 PQ #2421 Sitting 54 2017-11-20 Oral · Final From: ALEX MUSCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità għat-Turiżmu – akkomodazzjonijiet privati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 679 dwar akkomodazzjonijiet privati (private accomodations) rreġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jispeċifika wkoll x’inhuma l-livelli stabbiliti mill-MTA għal tali akkomodazzjonijiet privati (private accomodations)? Bil-għan li dan it-tip ta’ turiżmu wkoll ikun ta’ livell u ma jagħtix stampa ħażina ta’ pajjiżna – jekk ikun hemm xi reklam mhux mixtieq – x’inhuma l-passi u/jew proċeduri li jittieħdu mill-istess Awtorità fejn jirriżulta li jkun hemm xi nuqqas? Kif jiġu imposti u esegwiti tali passi u/jew proċeduri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li l-livelli stabbiliti fil-konfront tal-akkomodazzjoni privata huma bbażati fuq: · Leġiżlazzjoni Sussidjarja 409.10 – Regolamenti dwar Akkomodazzjoni ma’ Familji Ospitanti, u · Leġiżlazzjoni Sussidjarja 409.11 – Regolamenti dwar Postijiet għal btala. Iż-żewġ Leġiżlazzjoni Sussidjarji msemmija hawn fuq qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra Kull min jirreklama post għal operazzjoni turistika mingħajr ma jkun fil-pussess ta’ liċenzja, jew saħansitra jirreklama xi servizz/kategorija ogħla minn dak li jkun liċenzjat għalih, ikun ħati ta’ offiża. Fiż-żewġ każijiet il-persuna jew tinħarġilha Multa Amministrattiva min naħa tal-Awtorita’, inkella titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Leg 13 PQ #2044 Sitting 53 2017-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-deskasteru tiegħu/tagħha li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Leg 13 PQ #305 Sitting 52 2017-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 31802 tal-Leġiżlatura preċedenti, għas-sena 2017 l-persuna msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza li jammonta għal €10,265.41.
Leg 13 PQ #2029 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet/dipartimenti fi-dekasteru tiegħi, fil-maġġor parti tagħhom huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità ħlief għal: GHRC Fid-daħla tal-bieb hemm tarġa li se tiġi rranġata biex issir rampa għall-aċċess aħjar. MTA L-uffiċju tal-MTA ġewwa l-Imdina għandu rampa mill-bieb il-ġewwa, iżda fuq barra hemm 2 tarġiet. L-MTA għamlet talba biex isir railing temporanju li jinqala’ filgħaxija iżda peress li l-bini huwa wieħed storiku hemm xi diffikultajiet estetiċi. F’każ ta’ viżitatur li għandu problema ta’ aċċessibilita’, l-istaff tal-MTA joħorġu jaqdu l-klijenti ħdejn il-bieb.
Leg 13 PQ #2272 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – trasferiment lejn faċilità oħra

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) hux se jiġi trasferit lejn il-faċilità tal-catering il-qadima, ġo Ħal Luqa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qegħdin fl-aħħar fażi ta’ diskussjonijiet ma’ Smart City dwar l-art fejn ser ikollna l-kampus tal-ITS. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed inħabbru dettalji dwar dan, kif ukoll l-istrateġija u l-pjan li ser naddottaw.
Leg 13 PQ #1957 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 95 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.
Leg 13 PQ #2182 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – investiment fuq il-bajjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-bajjiet li wara l-investiment li sar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żdiditilhom l-aċċessibilità fihom? Kemm ammonta dan l-investiment u fiex sarraf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li l-bajjiet li żdiditilhom l-aċċessiblità fihom huma dawn: • Little Armier – rampi tal-injam • Armier Bay – Tapit sintetiku • Golden Sands – Tapit sintetiku u rampi tal-injam • Ġnejna Bay – Rampi tal-injam • Ta’ Fajtata M’Scala – Rampi tal-injam • Pretty Bay B’Buġa – Tapit sintetiku. Barra minn hekk, l-Awtorita’ tat-Turiżmu pprovdiet ukoll żewġ hoists fil-lokalitajiet tal-Għadira u tal-Fajtata f’M’Scala . B’kollox l-MTA investiet aktar minn €43,500.
Leg 13 PQ #2174 Sitting 49 2017-11-07 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għall-Turiżmu – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna/id-ditta msemmija ingħatat xogħol relatat ma’ servizzi legali b’direct order hekk kif ġej: Mediterranean Conference Centre 3 direct orders bejn l-2006 u 2012 Malta Air Traffic Services 8 direct orders bejn l-2006 u 2013 Malta Tourism Authority 6 direct orders bejn l-2009 u 2013 Air Malta Retainer fee fis-sena bejn l-2000 u 2013
Leg 13 PQ #2014 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 13 PQ #1942 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 65 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor, Interpellant illi fiż-żmien imsemmi ngħata direct order wieħed: Projects Malta Business case justification and programme blue print
Leg 13 PQ #269 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fl-entitajiet li jaqgħu taħti li għandhom kuntratt definit ta’ xogħol huwa ta’ 8.
Leg 13 PQ #2000 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru hemm total ta’ 488 il-first aiders iċċertifikati.
Leg 13 PQ #1928 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 50 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet li ingħataw fil-perjodi msemmijin kienu fil-Malta Freeport Corporation, 6 u 4 promozzjonijiet rispettivament. Matul il-perjodu Mejju/Ġunju 2017 ingħatat promozzjoni lill-persuna fiċ-ċivil li laħqet Assistent Direttur wara sejħa li kienet ħarġet fid-9 ta’ Frar 2017 u li għaliha kienu applikaw 13-il persuna.
Leg 13 PQ #1913 Sitting 42 2017-10-24 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #246 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-nefqa fuq promotions li saru fuq Twitter, Facebook u social media oħra, minn Marzu 2013 ’l hawn, huwa: · ITS - €1873.50 biex tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha; · MCC - €154 biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha; · MTA - €1,340,046 biex timmarkitja lil Malta bħala destinazzjoni. L-użu tas- social media huwa parti mill-istrateġija tal-marketing tal-Awtorita’; · Il-Ministeru - €14,265.72 biex iwassal informazzjoni ta’ interess għall-pubbliku dwar xogħol/attivitajiet li jkun qed isiru fil-qasam tat-turiżmu; · L-Air Malta qed tagħmel użu modern ta’ komunikazzjoni skont l-istrateġija tal-Kumpanija. L-infieq huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #898 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li dawn l-entitajiet għandhom Defibrillator: · Mediterranean Conference Centre – 1 · Malta Tourism Authority – 8* · Air Malta – 17 + 1 training kit · Malta Freeport Corporation Ltd – 1 Id-defibrillators tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jinstabu fil-kliniċi fuq il-bajjiet u jkunu miftuħin bejn 1000hrs u 1800 hrs kuljum bejn Ġunju u Settembru.
Leg 13 PQ #1754 Sitting 29 2017-10-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #1613 Sitting 28 2017-10-17 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt – proġett ta’ tisbiħ fil-foss

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf f’liema stadju wasal il-proġett ta’ tisbiħ fil-foss fid-daħla tal-Belt, kif ukoll jekk dan il-proġett hux maħsub li jinkorpora t-tħawwil ta’ siġar u pjanti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Foss fid-daħla tal-Belt tlesta ħafna mix-xogħol relatat mas-servizzi u l-konkos tal-art biex wara jkun jista’ jitpoġġa l-madum. Għall-pavimentar qed jintużaw madwar 2500 metri kwadri ta’ ġebla tal-Qawwi ta’ Għawdex. Ser jinżergħu ukoll 42 siġra u 4400 pjanta, kolla indiġeni. Ta’ min wieħed isemmi li l-proġett ittardja xi ftit minħabba kumplikazzjonijiet fis-servizzi ta’ taħt l-art, sejbiet arkeoloġiċi u sigurta’ ta’ saħħa waqt ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #1614 Sitting 28 2017-10-17 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Nefqa fuq il-proġett ta’ gallariji u aperturi fil-blokk residenzjali fid-daħla tal-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf kemm hu maħsub li jiswa l-proġett tal-galleriji u aperturi fil-blokk residenzjali fid-daħla tal-Belt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-GHRC li l-proġett ta’ gallariji u aperturi fil-blokk residenzjali fid-daħla tal-Belt jinsab imqassam fuq erba’ toroq – Triq ir-Repubblika, Triq il-Papa Piju, Triq l-Ordinanza u Triq il-Kavalleiri. Il-proġett jinkludi 24 gallarija, 67 tieqa u 18-il bieb. In-nefqa hija mistennija li tiswa €225,725, dan wara li ħarġet sejħa kompetittiva/tender.