Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Chief Executive Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid wkoll: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22677.

CDAU — Servizz ta' Psikologu - Lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 u jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizz ta' psikologu fi ħdan iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-lista ta' stennija għas-servizz ta' psikologu fi ħdan iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), hi ta’ 351. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li każijiet urġenti jiġu deċiżi ‘on a case-by-case basis’. Ġeneralment nitrattaw mill-ewwel każijiet soċjali jew umanitarji. Dan jiġi deċiż fl-istadju tar-referral.

EMT — Talbiet għall-mediċini li mhumiex fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lill-Exceptional Medicinal Treatment (EMT) Unit għall-mediċini li mhumiex fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Operazzjonijiet tal-katarretti — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-interventi tal-katarretti u kemm minn dawn huma każ ta’ emerġenza? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija għall-interventi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

B’riżultat tal-inizjattivi li qed jittieħdu, fosthom operazzjonijiet extra kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 123 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm raġunijiet mediċi għala dan jiġri. Ninsab infurmat li minn Frar 2025, il-lista ta’ stennija niżlet b’318. Qed nagħmlu minn kollox biex il-perjodu ta’ stennija dejjem jonqos. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm każ urġenti, din l-operazzjoni ssir fi żmien qasir.

San Ġwann — Żona Industrijali - Ilmenti ta’ irwejjaħ ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid x’passi ser jittieħdu fuq ilmenti dwar irwejjaħ ta’ ikel tal-annimali li ġejjin minn fejn hemm iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26076.

Sptar Mater Dei — Costings - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25351 u 26085 u jgħid kemm tħallset id-ditta u / jew l-individwu għall-konsulenza dwar il-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif jinqasam il-ħlas bejn id-dipartimenti u l-entitajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Saħħa mentali — Żgħażagħ li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li talbu l-għajnuna fuq mard relatat mas-saħħa mentali f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ’Attard — Klinika tal-Komunità - Servizz ta’ Nutritionist

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25097, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' Nutritionist fil-Klinika tal-Komunità ta' Ħ'Attard bediex u jekk le, meta ser jibda?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz ta' Nutritionist fil-Klinika tal-Komunita' ta' Ħ'Attard beda mill-bieraħ.

Pinnoli Cenobamate

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Cenobamate humiex fis-suq f'pajjiżna? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn il-pilloli jibdew ikunu disponibbli u jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Il-mediċina ‘cenobamate’ hija reġistrata permezz ta’ proċedura ċentrali mill-Aġenzjia Ewropea dwar il-Mediċini. Allura tista' tiġi akkwistata minn kull pajjiż Ewropew.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25503.

2025-2030 — Strateġija annwali tas-saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25456 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid min ġie kkonsultat rigward l-istrateġija annwali tas-saħħa sesswali 2025-2030 u kemm se jiswa biex jitwettaq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-fażi ta’ żvilupp tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Sesswali, ġew ikkonsultati l-entitajiet konċernati fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attivà, nklużi speċjalisti f’mard infettiv, mediċina ġenito-urinarja, uroloġija u ġinekoloġija. Kellna wkoll laqgħat ma’ partijiet interessati esterni ewlenin qabel l-abbozzi inizjali tal-Istrateġija. Riċerka nazzjonali tas-Saħħa Sesswali ġiet ikkummissjonata bħala parti mill-proġett *ESF 02.065 dwar ‘It-Twaqqif ta’ Pjattaforma Nazzjonali biex tindirizza d-Determinanti Soċjali tas-Saħħa’. Dan kien stħarriġ komprensiv u rappreżentattiv fuq bażi nazzjonali bl-għan li evalwa l-Għarfien, l-Attitudnijiet u l-Imġieba tal-popolazzjoni residenti Maltija f’termini ta’ saħħa sesswali u riproduttiva. L-abbozz inizjali tad-dokument ġie ċċirkolat lil xi entitajiet matul il-fażi tal- pre-consultation li jinkludu l-Unità SOGIGESC (Orjentazzjoni Sesswali, Identità tal-Ġeneru u Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess) u Taqsima GEMSAP (Gender Mainstreaming) fi ħdan id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza flimkien ma’ feedback mid-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (DDI) tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, flimkien mal-Aġenzija Sapport u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) It-tnedija tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Sesswali pprovdiet opportunità għal diskussjoni waqt workshops tematiċi waqt tat-tnedija tal-Istrateġija fejn ġew mistiedna NGOs, partijiet interessati tal-gvern u speċjalisti li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan kien ukoll il-ftuħ tat-tnedija għall-konsultazzjoni pubblika ta’ dan id-dokument għall-perjodu ta’ xahrejn fejn numru ta’ NGOs u membri tal-pubbliku pprovdew feedback. Dwar l-ispiża relatata ma’ din l-Istrateġija, kif inhi il-prassi mal-prezentazzjoni ta’ Strateġija għall approvazzjoni tal-Kabinett, ikun hemm costings indikativi ppreżentati; iżda dawn jiġu msaħħa u ffinalizzati fil-fażi tal-implimentazzjoni ta’ kull miżura.

Mediċina Peginterferon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun disponibbli l-mediċina Peginterferon peress li ilha out of stock għal ġimgħat sħaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-każ tal-mediċina Peginterferon, din qegħda fil-lista fejn hemm problemi ta’ sors internazzjonali. Id-dipartiment qiegħed jiċċekkja kull ħin u mument fuq is-sitwazzjoni. Infurmat li l-kliniċi huma avżati.

Ċimiterju tal-Addolorata – Aċċessibiltà

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-parti l-ġdida taċ-Ċimiterju tal-Addolorata tkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għall-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti? Jista’ l-Ministru jinforma x’miżuri ser jittieħdu biex l-aċċessibiltà tkun garantita hawnhekk?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi hemm parti sostanzjali taċ-ċimiterju li hi diġà aċċessibli għall-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. Il-kumplament, għandu jkun aċċessibli aktar ’il quddiem mal-kors tax-xogħlijiet li għad baqa’ xi jsir.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225, 25555 u 25859, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26846 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa u kemm minnhom għamlu l-Kors tal-Mental Health First Aid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 26843, 26844 u 26845. Barra minn hekk, ninsab infurmat li hemm 39 persuna oħra fil-Ministeru għas-Saħħa li attendew il-kors tal Mental Health First Aid.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Rigali u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.