Legislature:
Category:
Reset
Active:

Primary Healthcare – Manager Patient Support Services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. Fuq liema kompetenza ġiet magħżula l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala Manager Patient Support Services in Primary Healthcare? b. X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess kariga? ċ. Minn min kien kompost il-bord tal-għażla meta ġiet magħżula għal din l-istess kariga? d. Kemm applikaw kandidati għal din l-istess kariga? e. Xi kwalifiki għandha din il-persuna li jorbtu ma’ din il-kariga? f. Fuq liema skala qiegħda l-persuna indikata? g. X’kienu x-xogħlijiet preċedenti tal-kandidat magħżul? h. Minn meta beda t-terminu ta’ din il-persuna bħala Manager Patient Support Services fil-Primary Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi għal dan l-rwol intagħalbu minimu ta’ sitt (6) snin esperjenza ta’ xogħol fil-Koordinazzjoni tal-Appoġġ tal-Pazjent jew qasam relatat fis-Settur tas-Saħħa, li minnhom erba’ (4) snin iridu jkunu f’Ċentru tas-Saħħa. Jew esperjenza ta' xogħol fi rwol b'superviżjoni minima u esperjenza fit-tmexxija u l-ġestjoni tan-nies titqies bħala vantaġġ. Il-Membri tal-Bord kienu s-Sinjura Stephania Dimec bħala Chairperson, is-Sur Carlos Caruana bħala Membru u s-Sinjura Pamela Ruscio Debattista bħala Membru u Segretarju tal-Bord. Persuna waħda biss applikat għall din il-pużiżżjoni. It-terminu beda minn 30 ta Mejju 2022

Bereġ tal-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema lokalitajiet il-bereġ tas-saħħa jinsabu magħluqa? Għal kull każ, jista’ jgħid kull berġa kemm ilha magħluqa, x'inhi r-raġuni li tinsab magħluqa, x'azzjonijiet se jittieħdu biex terġa’ tinfetaħ u meta hu mistenni li terġa' tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi wara li waqt il-pandemija tal-Covid 19 il- Bereg fil-komunita’ kienu ingħalqu, f’dan l-aħħar xhur reġgħu bdew jinfetħu. Id-Departimenti tas-Saħħa ħa l-opportunita’ sabiex is-servizz li jingħata mill-Bereġ jikber u jsir modernizzar esklussiv fihom. Sa issa ic-Ċentri Komunitarji tas-Saħħa li reġgħu infetħu huma: Community Clinics May 2018 Xewkija (Goz) March 2019 Pietà April 2019 Attard August 2019 Sliema September 2019 Żabbar October 2019 Żejtun December 2019 Mellieħa 2020 Żurrieq September 2020 Fgura November 2020 Għaxaq March 2021 Gudja June 2021 Marsaxlokk August 2021 Kalkara September 2021 Valletta November 2021 Santa Luċija March 2022 Marsaskala March 2022 Tarxien March 2022 Ħamrun Health Centres September 2018 Kirkop Health Centre December 2022 Telemedicine Client Support Centre February 2022 Gzira Health Centre Centres of Excellence April 2019 Primary Eye Screening Centre of Excellence, Floriana HC April 2021 Podiatry Services, Centre of Excellence, B’Kara HC

Birżebbuġa – klinika tal-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra meta se tinfetaħ il-Klinika f'Birżebbuġa? Jekk il-lok diġà ntgħażel, dan huwa tal-Gvern jew tal-Privat u kemm-il post ta' parkeġġ hemm biswitu? Kemm se jkun l-investiment inizjali? Meta se jkunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ u x'servizzi se jingħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Primary HealthCare qiegħed f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia dwar fejn ser tkun il-Klinika fil-Kommunita’ l-ġdida ta’ din il-lokalita’ u d-diskuzzjonijiet għadhom ghaddejjin.

Tħassir ta' interventi, appuntamenti u operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1921 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1366, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti: a. interventi; b. appuntamenti; u ċ. operazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' konsenja tat-tracer li jinġieb minn Ruma biex jintuża fil-PET Scans?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ma tinzammx mill-isptar Mater Dei.

Konferenza dwar il-free screening tal-Abdominal Aortic Aneurysm

Question

B’referenza għall-konferenza li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nhar il-Ġimgħa 10 ta' Ġunju dwar il-free screening tal-Abdominal Aortic Aneurysm, u peress li jidher li dan l-iscreening se jibda jsir fil-Klinika tal-Komunità fil-Ħamrun, għaldaqstant jista’ jgħid jekk dan is-servizz hux se jingħata lill-Għawdxin ukoll f'Għawdex stess? Jekk iva, meta u kif l-Għawdxin se jkunu nformati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsieb hu li l-screening tal-Abdominal Aortic Aneurysm li bħalissa qed isir mill-Klinika Komunitarja tas-Saħħa tal-Hamrun idur għal ġo Kliniċi oħra inkluż Għawdex fuq bażi ta rotation.

Infermiera li telqu mis-Settur tas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid l-ammont ta' infermiera li telqu mis-Settur tas-Saħħa qabel l-età tal-pensjoni bejn l-2017 u d-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onoe. Interpellant illi bejn l-2017 u d-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari telqu medja ta' 77.5 kull sena.

Sptar Mater Dei — Complement ta' personnel

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma bil-complement tal-personnel fid-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija u jaqsam it-tweġiba għal kull sala fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema personnel qiegħed jirreferi.

Sptar Mater Dei — complement ta' personnel

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid l-complement tal-personnel meħtieġ għal kull sala fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għad-domanda Parlamentari numru 415.

Infermiera, qwiebel u carers — medja ta' sigħat ta' ħidma

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers sena b'sena bejn l-2013 u l-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor, Interpellant biex jispeċifika għal liema entità qed jirreferi.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 11 (ħdax)-il persuna li jagħmlu remote working (teleworking) f’entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.

Customer Care – każijiet ta’ ilmenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1443, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm daħlu każijiet ta’ lmenti matul is-sena l-oħra dwar: a) is-servizzi mogħtija mill-konsulenti; b) is-servizzi mogħtija mill-infermiera; ċ) is-servizzi mogħtija mis-social workers; u d) is-servizzi mogħtija fil-qasam tas-saħħa mentali? Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk ittiħdux passi dwar dawn l-ilmenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal- liema entità qed tirreferi.

Servizzi ta’ Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’għamel il-Gvern sabiex matul din is-sena jkompli jespandi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern · Beda tim multidixxiplinarju ġdid 'Crisis Resolution and Home Treatment Team' biex jagħti kura u appoġġ lil nies għaddejjin minn fażi akuta ta' saħħithom, kemm biex jgħin lill-persuni biex jilqħu difffikultajiet minn kmieni u ma jiddeterjorawx, kif ukoll biex inaqqas bżonn ta' dħul l-isptar · Beda servizz ġdid għal persuni bi problemi ta' sustanzi, flimkien mal-Caritas · Estenda s-servizz tal-Community Mental Health Teams għal nies bi problemi ta' saħħa mentali, biex jagħtu servizz aħjar · Estenda s-servizz tal-Community Outreach Teams għal nies bi problemi serji fit-tul ta' saħħa mentali, biex jagħti servizz aħjar · Estenda s-servizz ta' Perinatal Mental Health Care għal nisa tqal u wara t-twelid, biex wieħed jidentifika aħjar problemi f'relazzjonijiet bejn ommijiet u trabi u jilqa' minn kmieni Ipprovda taħriġ f'diversi oqsma ta' kura ta' saħħa mentali inkluż fuq prevenzjoni ta' suwiċidju lill-ħaddiema kollha fil-komunità.

Tħassir ta' interventi, appuntamenti u operazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1366, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti: a. interventi; b. appuntamenti; u ċ. operazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' konsenja tat-tracer li jinġieb minn Ruma biex jintuża fil-PET Scans?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bereġ/ċentri tas-saħħa – appuntamenti għal servizz ta’ podjatrija u fiżjoterapija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif jiġi deċiż jekk pazjent jingħatax appuntament f'berġa jew ċentru tas-saħħa għall-appuntament tal-Podjatrija u Fiżjoterapija? Liema mekkaniżmu jitħaddem u hemm proċeduri bil-miktub?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi appuntamenti għas-sevizz tal-Podjatrija jew Fiżjoterapija jingħata skont il-kundizzjoni medika individwali, waqt li jibqa' jsir l-aħjar użu tar-riżiorsi tad-dipartiment.

Allied Health Professionals – uniformijiet tal-impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid wara r-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 1649 u 1041, meta l-Allied Health Professionals se jingħataw l-uniformijiet li huma intitolati għalihom (żewġ settijiet ta’ tunic u qliezet, u cardigan fis-sena) li ma ngħatawx fl-2021 u fl-2022 s’issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa d-Direttorat ikkonċernat jinsab fil-proċess biex joħroġ is-sejħa għall-offerti.

Ingaġġ ta' infermiera ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera ġodda mas-settur tas-saħħa bejn l-2017 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' infermiera ġodda reklutati mill-2017 sal-lum huwa medja ta 167.4 fis-sena b’total ta’ 837 infermiera ġodda.

Ċentri tas-Saħħa – psikoloġisti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikoloġisti jaħdmu, fuq bażi full-time u part-time, fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ kemm hemm psikoloġisti jaħdmu f’kull Ċentru tas-Saħħa rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 138 psikoloġisti li jagħtu kura għas-saħħa mentali fil-komunitá ma' Malta kollha u dawn ma jaħdmux miċ-ċentri tas-Saħħa.

Ċentri tas-Saħħa – podjatristi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm podjatristi jaħdmu, fuq bażi full-time u part-time, fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ kemm hemm podjatristi jaħdmu f’kull Ċentru tas-Saħħa rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Primary HealthCare timpjega total ta’ 43 Podjatra. 30 minnhom jaħdmu fuq bażi Full-Time, 7 fuq bażi Full-Time - Reduced Hours, 3 fuq bażi Part Time, u 3 li bħalissa jinsabu fuq unpaid leave. Il-podjatri kollha huma mqassma biex jipprovdu s-servizz tagħhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll fil-Kliniċi tal-Komunita.

Ċentri tas-Saħħa – fiżjoterapisti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm fiżjoterapisti jaħdmu, fuq bażi full-time u part-time, fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ kemm hemm fiżjoterapisti jaħdmu f’kull Ċentru tas-Saħħa rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kura Primarja timpjega total ta’ 23 Fiżjoterapista. 21 minnhom fuq bażi Full-Time u 2 fuq bażi Full-Time - Reduced Hours. Tlett (3) fiżjoterapisti jagħmlu kemm xogħol kliniku u amministrattiv. Il-fiżjoterapisti kollha huma mqassma biex jipprovdu s-servizz tagħhom fiċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll fil-Kliniċi tal-Komunita.

Ċentri tas-Saħħa – Occupational Therapists

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Occupational Therapists jaħdmu, fuq bażi full-time u part-time, fiċ-Ċentri tas-Saħħa f’pajjiżna? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ kemm hemm Occupational Therapists jaħdmu f’kull Ċentru tas-Saħħa rispettiv?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 121 full time Occupational Therapists li jagħtu servizz fil-komunita ma Malta kollha u dawn ma jaħdmux miċ-ċentri tas-Saħħa.