MRA — tilwina industrijali bejn l-Enemalta u Trade Unions
Question
Irrispettivament mit-tilwima industrijali li teżisti bejn il-Korporazzjoni Enemalta u trade union ewlenija, jista' l-Ministru jgħid x’inhi il-pożizzjoni tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi dwar id-dewmien fl-istallazzjoni tal-export meters fir-residenzi ta' dawk li nvestew f’sistemi fotovoltajiċi parzjalment sponsorjati mill-gvern, aktar u aktar billi diġà jeżisti ftehim bejn il-konsumaturi li stallaw is-sistemi fotovoltajiċi u l-Korporazzjoni Enemalta li aċċettat li tixtri l-enerġija li jipproduċu? F’ċirkustanzi bħal dawn il-Korporazzjoni Enemalta ma tistax unilateralment tabdika mill-obbligi tagħha quddiem dan il-kuntratt? Jekk il-Korporazzjoni Enemalta qed tgħid li mhuwiex taħt il-kontroll tagħha li tħallas kumpens, l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi bħala regolatur kif se tiżgura li kumpens simili se jitħallas u/jew jiġi onorat? Jekk ma tħallasx il-Korporazzjoni Enemalta dan ma jkunx ifisser li se jkollhom jagħmlu tajjeb minflok il-kiljenti l-oħra tal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha permezz ta' xi żidiet fit-tariffi? Ma taħsibx l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li fil-każ ta' dawk li huma diġà connected mal-grid, il-Korporazzjoni aktar milli tħallas kumpens tkun qed tħallas għall-enerġija li qed tirċievi? L-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi x’passi konkreti se tieħu dwar dan kollu, speċjalment meta b’żieda ma' dan l-inkonvenjent tħallew jgħaddu xi tmien xhur sħaħ sakemm ħarġet il-feed in tariff u issa li dawn il-familji stallaw is-sistemi tagħhom fotovoltajiċi jridu jistennew aktar żmien sakemm jitwaħħal il-meter u jibdew jirċievu l-flejjes dovuti lilhom mill-għotja tal-gvern? Kemm jitla' l-kalkolu tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi dwar electricity generation mitlufa meta wieħed iqis il-feed in tariff kif ukoll l-għadd ta' applikanti għas-sistemi fotovoltajiċi? Meta mistennija l-Korporazzjoni Enemalta tiġi ordnata toħroġ ir-refunds konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti d-data meta d-direttiva dwar enerġija rinovabbli saret parti mil-leġislazzjoni nazzjonali? Dan sar qabel id-data stipulata tal-5 ta' Diċembru 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-Direttiva imsemmija kienet trasposta f’fażijiet, permezz tal-Avviż Legali 538 tal-2010, Avviż Legali 553 tal-2010 u l-Avviż Legali 126 tal-2011 rispettivament. L-Avviż Legali 68 ta’ l-2011 daħħal fis-seħħ miżura obligatorja sabiex jintlaħaq l-oġġettiv nazzjonali għar-rigward l-użu ta’ biofuels fit-trasport.
Huwa maħsub li iktar miżuri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva se jiġu adottati għar-rigward tas-suq tal-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ħsad tal-ħaxix ħażin li jikber fl-isqaqien tal-villaġġi antiki tagħna hux qed tittieħed attenzjoni biex il-flora indiġena bħal-lellux u l-garni ma tiġix maħsuda fiż-żminijiet tar-rebbiegħa stante li dan hu l-perjodu ta' riproduzzjoni għall-flora indiġena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà għat-tindif fil-lokalitajiet kienet ġiet devoluta lill-kunsilli lokali.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-2008 sal-lum minn uffiċjali li jaqgħu fi ħdan ir-responsabiltà tiegħu, jiġifieri minn uffiċjali fl-awtoritajiet, dipartimenti governattivi u oħrajn? Jista' jagħti d-destinazzjoni u l-iskop tas-safra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Abbozz dwar ir-rapport dwar l-addattazzjoni tat-tibdil tal-klima
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kien mistenni jagħlaq iż-żmien ta’ konsultazzjoni tal-abbozz dwar ir-rapport dwar l-addattazzjoni tat-tibdil tal-klima? Meta mistenni jiġi finalizzat u propost lill-Ministru għall-Affarijiet Parlamentari sabiex jiġi diskuss fil-parlament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perjodu ta’ konsultazzjoni għalaq fl-aħħar ta’Jannar ta’ din is-sena. Ir-rapport issa qiegħed jkun revedut abbażi tal-feedback riċevut u għaldaqstant r-rapport mistenni li jkun finalizzat f’Lulju ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' konformità (energy performance) għal bini residenzjali mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Marzu 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li bejn 1 ta’ Jannar 2011 u 31 ta’ Marzu 2011 ġew irreġistrati 10 ċertifikati dwar l-energy performance għal bini residenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jintbagħtu l-ħlasijiet tar-refunds tal-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ipproċessar tal-ħlasijiet tar-refunds tal-iskema tal-pannelli fotovoltaiċi ilu li beda. Il-ħlasijiet qed jinħarġu fuq bażi regolari.
L-azzjoni industrijali fil-Korporazzjoni Enemalta tellfet lill-familji minn ħlasijiet għall-enerġijia li tkun esportata ġol-grid tal-elettriku. Il-ħlasijiet tar-refunds isir wara li jitwaħħlu s-sistemi, għaldaqstant mhux qed ifixkel li tiġi ġġenerata enerġija li tiġġedded.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħlasijiet tar-refunds dwar il-pannelli fotovoltajiċi qed jigi ttardjat wara li familji applikaw f'Jannar li għadda għand l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi u dawn qed jgħidulhom li għandhom x'jistennew minn tal-inqas tliet xhur oħra biex jingħataw ir-refund? Jista' jikkonferma li f'waħda mill-mistoqsijiet parlamentari kien iddikjara li l-ħlas kellu jdum biss madwar tliet xhur? Ma jaħsibx li d-dewmien li hemm fit-twaħħil tal-meters fil-Korporazzjoni Enemalta fejn dawn il-familji qed jitilfu flus dovuti lilhom u d-dewmien fil-ħlasijiet tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi qed ixekklu din l-iskema li hija daqstant importanti għall-enerġija alternattiva ta' pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 25185, niġbidlu l-attenzjoni li dan l-ipproċessar jirrikjedi iċċekkjar dettaljat sabiex jassigura li l-ħlasijiet ikunu korretti. Il-ħlasijiet tar-refunds jkun jista' jsir wara li jitwaħħlu s-sistemi, għaldaqstant mhux qed ifixkel li tiġi ġġenerata enerġija li tiġġedded.
Kien għalhekk li l-Gvern ikkundanna pubblikament diversi drabi l-azzjoni industrijali meħuda mill-General Workers' Union fil-Korporazzjoni Enemalta u li waslet biex ħolqot inkonvenjent lill-dawk li għażlu li jinvestu f'enerġija nadifa.
Sajjieda full-time u part-time — liċenzja MFA u MFB
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala full-time fishermen li għandhom il-liċenjza MFA u kemm hawn persuni reġistrati bħala part-time fishermen bil-liċenja MFB? Hemm xi limitu impost bir-regoli tal-Unjoni Ewropeja dwar kemm għandu jkun hawn reġistrati persuni bħala sajjied kemm full-time kif ukoll part-time?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10183.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop li għalih persuni bil-liċenzja MFA u MFB li uħud minnhom għandhom snin ta’ esperjenza fuq il-baħar, qed jiġu mġiegħla jagħmlu l-korsijiet f’ċentru Ħal Far? Min hija l-kumpanija li qed tagħmel dawn il-korsijiet? Hemm xi ħlas għalihom li jrid isir mis-sajjieda? X’inhuma l-kredenzjali tal-kumpanija li qed tagħmel il-korsijiet fil-qasam tas-sajd? Kien hemm xi sejħa għal offerti biex ġiet magħżula din il-kumpanija u kien x’kien il-każ, din qed titħallas mill-Gvern b’xi fondi Ewropej u jekk fl-affermattiv, jista’ tgħid kemm hu t-total tal-kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-taħriġ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa programm ta’ taħriġ bażiku dwar saħħa u sigurtà fuq il-baħar. Dan it-taħriġ għalhekk jinkudi komponenti kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi u jkopru taħriġ dwar salvataġġ bażiku fuq il-baħar, first aid, tifi tan-nar, saħħa u sigurta, diversifikazzjoni u promozzjoni t’ugwaljanza bejn is-sessi.
Il-Kumpanija li qed tgħati dan it-taħriġ ġiet mogħtija l-kuntratt wara sejħa għal
tenders
maħruġ mid-Dipartimenti tal-Kuntratti (Sejħa numru CT 3084/2010) b’valur ta’ €231,029. L-ispiża għal dan it-taħriġ huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill- Fisheries Operational Programme 2007-2013 (75% mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u 25% minn fondi nazzjonali).
Din il-kumpanija hija l-International Safety Training Centre, Ħal Far, Malta li hija ċċertifikata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, mill-Malta Transport, mill-Bureaue Veritas u mill- Offshore Petroleum Industry Training Organisation (IPTO). It- taħrig qiegħed isir kif stipulat mill-Standards of Training, Certification and Watchkeeping (STCW) kompilati mill-International Maritime Organization (IMO).
Jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol ta' ħasil tal-kaxxi l-ħodor tal-Pitkalija qed isir wara sejħa għall-offerti jew minħabba xi tip ta' arranġament ieħor?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24242 u jgħid min kienu c-chairmen tal-BICC sa minn meta twaqqaf, x’kien it-terminu taż-żmien ta’ kull wieħed/waħda minnhom u x’kien il-pakkett finanzjarju tagħhom ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi skont newsletter tal-ENDS l-Ministru ġie rrappurtat li sejjaħ għall-roadmap speċifika for cooling in southern europe because it is more important than heating, jista' l-Ministru jikkonferma speċifikament x’kienet il-proposta Maltija li tqajmet waqt ministers-only closed lunch? Meta ġie rrappurtat li Malta se tiżviluppa il-low carbon strategy tagħha biss? Wara li tanalizza l-istrateġiji settorali kollha tal-Kummissjoni Ewropea, jista' jagħti data indikattiva sa meta mistenni jsir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kuntrarju għal dak li kien irrappurtat fin-newsletter Ends il-pożizzjoni ta’ Malta ma kienetx li għanda ssir roadmap speċifika fuq cooling għax din l-issue hija aktar importanti mill-issue ta’heating. L-argument li għamilt waqt il-laqgħa nformali tal-Ministri tal-Ambjent kien li filwaqt huwa tajjeb li jkun hemm enfasi fuq l-issue ta’ heating u passive measures fid-djar għal dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea trid tapprezza wkoll li għal istati Membri li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa t-talba għal elettriku tkun l-aktar għolja fis-sajf milli fix-xitwa. Għaldaqstant cooling huwa mportanti ferm ghal dawk l-istati Membri u għandha tingħata mportanza wkoll mill-Kummissjoni Ewropea. Dan għidtu għax fl-opinjoni tiegħi d-dokument imqassam mill-KE jonqos milli jagħti l-importanza dovuta lil dan il-fatt.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor Interpellant li l-pajjiżi żviluppati kollha qablu li flimkien inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’aktar minn 80% fil-mija sas-sena 2050 mqabla mal-livell ta’emissjonijiet tas-sena 1990. Bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropeja, Malta għandha tagħti s-sehem tagħha ukoll. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li dwarha kienu qed jiddiskutu l-ministri titkellem dwar roadmap dwar kif l-UE tista’ tilħaq dan l-oġġettiv; iżda għadha biss komunikazzjoni u allura għadu prematur biex wieħed jispekula x’forma jista’ jieħu l-isforz Ewropew. Kif fissret l-istess kummissjoni meta ppubblikat ir-roadmap din għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti simili settorjali. Fl-istess ħin, biex kull pajjiż jkun jista’ jikkontribwixxi b’mod proattiv għal dan l-isforz, jkun jeħtieġlu jiżviluppa politika nazzjonali dwar dan.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - tneħħija ta' ħmieġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tal-wied li jiġi fl-aħħar parti tat-Triq Amleto Spiteri u dan għaliex il-ħmieġ akkumulat qed jippreżenta riskju kull meta tagħmel ix-xita għaliex ifixkel il-mixja tal-ilma?
latrini pubbliċi — offerta lil xi kuntrattur - impjegati tas-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15439 u jgħid x'qed isir mill-impjegati tas-servizz pubbliku u li ħafna minnhom huma persuni b'diżabilità li jieħdu ħsieb il-latrini meta dawn l-istess latrini pubbliċi jingħataw b'offerta lil xi kuntrattur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kull meta l-lattrini pubbliċi jiġu mgħoddija lil-kunsill lokali, l-impjegati tal-Cleansing Directorate (CSD) jiġu redployed f’latrini pubbliċi oħra li jaqgħu taħt dan id-direttorat bl-istess doveri li kellhom qabel.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - inġenji mitluqin
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed l-azzjoni biex inġenji li ilhom is-snin mitluqin u bla liċenzja fil-parti t'isfel ta' Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi u li huma ta' periklu minn diversi lati, bħal per eżempju qed joffru kenn biex isir abbuż mid-droga u attentati ta' serq, qed jimblukkaw il-mixja tal-ilma tax-xita u bl-ilmijiet kbar ta' xita li jgħaddu minn din l-parti li hija wied, dawn l-inġenji jistgħu jimblukkaw din il-bokka tal-wied? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex dan il-periklu jingħeleb u meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru mhuwiex responsabbli għat-tneħħija ta' vetturi abbandunati. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' boreholes reġistrati f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid fuq kemm boreholes twaħħlu meters s'issa kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — tbattil ta' ġibjun
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ingħatat ordni mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jitbattal mill-ilma l-ġibjun tad-diviżjoni fl-Imrieħel u jekk hux se jiġi mirdum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma inghatat l-ebda ordni biex jitbattal l-imsemmi ġibjun u wisq anqas li jintradam.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jikkordina mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, biex xi blat li waqa' l-baħar fl-inħawi tal-lukanda Dolmen, f'Buġibba donnu wara li sfronda xi għar, fil-fatt jitneħħa minn fejn waqa' għaliex dan jista' jkun ta' periklu għal dawk li jkunu fl-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li se jitneħħa il-blat li huwa ta' periklu fiwaqt li l-blat l-kbir li ma joffri ebda periklu se jitħalla.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni (bdiewa) li ngħataw iċ-ċertifikat ta' tkabbir ta' prodotti agrikoli b'mod organiku? Fejn jinsabu l-għelieqi li huma hekk ċertifikati? Xi prodotti huma ċertifikati bħala organiċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentement hemm seba’ produtturi rċċertifikati bħala Organic Farmers filwaqt li hemm ħamsa oħra fil-fażi ta’ konverżjoni. L-għelieqi ċċertifikati jinsabu:
Malta:
· Ħad Dinġli
· Rabat
· Fawwara – Limiti tas-Siġġiewi
· Tal-Plieri – Limiti ta’ Ħaż Żebbuġ
· Mellieħa
· Għajn Tuffieħa
· Marsa – Farm tal-Gvern
· Ħal Għaxaq
Għawdex
· Xagħra
· Qala
Il-Prodotti kkultivati huma:
·
Ċerejali:
o Sorghum,
o Qamgħ
o Xgħir
o Sulla
·
Root crops
o Patata
o Zunnarija
o Artiċoks
·
Ħxejjex aromatiċi
o Ħabaq
o Rand
o Kamumilla
o Tursin
o Nagħniegħ
o Bużbież
o Salvja
·
Ħaxix Frisk – Brassicae
:
o Pastard u Brokkoli
o Kaboċċi
o Ħass
o Ġdur
o Karfus
o Qaqoċċ
·
Ħxejjex Oħra:
o Tadam
o Ħjar
o Twem
o Basal
o Piżelli
o Fażola