Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna mill-Gvern lil tfal taħt is-16-il sena bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8232 u 8477 u jgħid kemm hu n-numru ta' tfal u żgħażagħ li għandhom taħt is-16-il sena li huma intitolati għal għajnuna mill-Gvern minħabba li għandhom bżonnijiet speċjali? Xi skemi ta' għajnuna partikulari hemm f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ tfal taħt is-16-il sena li fis-16 ta’ Marzu 2023 irċevew l-Allowance għal Tfal b’Diżabilità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kien ta’ 2,155. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal informazzjoni dwar ghajnuniet u servizzi addizzjonali għal dawn il-persuni għandha tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

FSWS – servizzi mogħtija fl-2022

Question

Jista' l-Ministru jagħti klassifikazzjoni tas-servizzi li rrikorrew għalihom it-22,007 persuni li talbu l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma ingaġġax persuni full-time jew part-time biex joffru servizzi ta’ fotografija matul l-2022.

Mosta — uffiċini tas-servizzi soċjali - rinnovar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa previst li jitlesta x-xogħol ta’ rinovar li għaddej bħalissa fl-uffiċċji tas-servizzi soċjali l-Mosta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – ftuħ ta’ uffiċċju ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu hux se jkunu qed jiftħu xi uffiċċju ġdid fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, fejn ser ikun qed jinfetaħ dan l-uffiċċju? X'servizzi ser ikunu qed jingħataw minnu? Meta ser jinfetaħ? Il-post li ser jinfetaħ huwa tal-privat jew inkella tal-Gvern?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru tiegħi kif ukoll id-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħti, mhux pjanati li jiftħu xi uffiċċju ġdid fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar.

Tfal adottati jew fostered

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' tfal adottati minn pajjiżi oħra bejn is-snin 2010 sal-2022 maqsuma skont in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tfal adottati bejn l-2010 u l-2022 li ġew rehomed (jew 'fostered' għand familji Maltin oħra) maqsuma skont in-nazzjonalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8339 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Numru ta' Impjegati Attard 2 Balzan 1 Birgu 1 Birkirkara 7 Birżebbuġa 1 Buġibba 1 Dingli 1 Fgura 5 Għargħur 1 Għasri 1 Gudja 1 Gżira 1 Ħamrun 1 Isla 1 Kerċem 1 Marsa 2 Marsaskala 1 Marsaxlokk 2 Mellieħa 3 Mħarr 1 Mosta 9 Mqabba 2 Msida 1 Mtarfa 1 Nadur 1 Naxxar 5 Pembroke 1 Pieta' 2 Qala 1 Qawra 1 Qormi 5 Rabat 4 Safi 1 San Ġiljan 2 San Gwann 4 San Pawl il-Bahar 2 Sannat 2 Santa Lucija 1 Santa Venera 1 Siggiewi 2 Sliema 1 Swieqi 1 Ta' Xbiex 1 Tarxien 5 Xaghra 1 Ħaż-Zebbuġ 1 Iż-Żebbuġ 1 Żejtun 5 Żurrieq 4

Għajnuna mill-Gvern lil tfal ta’ taħt is-16-il sena bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8232 u jgħid kemm hu n-numru ta' tfal u żgħażagħ li għandhom taħt is-16-il sena li huma intitolati għal għajnuna mill-Gvern minħabba li għandhom bżonnijiet speċjali? Xi skemi ta' għajnuna partikulari hemm f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

FSWS – social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers jaħdmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Socjali (FSWS), sena b'sena, mis-sena 2012 sas-sena 2022? Għal kull sena jista’ jgħid: a. kemm minn dawn il-professjonisti telqu mill-FSWS; b. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu transfer fi ħdan l-istess fondazzjoni biex saru Terapisti jew Counsellors; u ċ. kemm minn dawn il-professjonisti ħadu kariga fil-Management fi ħdan l-FSWS?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

FSWS – Social Welfare Professionals

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) sa Marzu 2023? Jista' jispeċifika f'termini ta' numru u kategoriji l-kwalifiki li għandhom dawn is-Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni (FSWS) (ċjoè skont is-suġġett u/jew kategorija tal-kwalifika f'Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija skont kif diġà infurmajta fit-tweġibiet parlamentari numru 5822 u 5795. Fir-rigward tal-kwalifiċi tas-Social Welfare Professionals kollha, ninforma lill-Onor. Interpellanta li nkun qed ngħaddi din l-informazzjoni f’seduta oħra, hekk kif l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Home Help – servizzi mogħtija f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8230 u jgħid kemm hawn persuni li qed jingħataw is-servizz tal-Home Help f'Malta u f’Għawdex? Kif inhuma mqassmin dawn is-servizzi, lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ħlas lil persuni li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8231 u jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw ħlas talli jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom, fid-djar tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li qed jingħataw din l-għajnuna għandhom ’il fuq minn 60 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-riforma fil-Carers Allwoances ġiet imnedija fl-2017 u li permezz tagħha aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. L-informazzjoni li qiegħda ssegwi tirreferi għal statistika ta’ April 2023: Benefiċċjarji tal-Allowance għal Carers: 368 benefiċċjarju - minnhom 48 għandhom jew se jkunu għalqu 60 sena sal-aħħar ta’ Mejju. Benefiċċjarji tal-Allowance Miżjuda għal Carers: 1282 benefiċċjarju - minnhom 386 għandhom jew se jkunu għalqu 60 sena sal-aħħar ta’ Mejju.

FSWS – żjara minn Matteo Renzi – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara ta’ Matteo Renzi għall-konferenza “The Welfare State and Welfare Services: Present Challenges, Future needs” biex tfakkar il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Home Help – servizzi mogħtija f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jingħataw is-servizz tal-Home Help f'Malta u f’Għawdex? Kif inhuma mqassmin dawn is-servizzi, lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħlas lil persuni li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw ħlas talli jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom, fid-djar tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li qed jingħataw din l-għajnuna għandhom ’il fuq minn 60 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Għajnuna mill-Gvern lil tfal ta’ taħt is-16-il sena bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal u żgħażagħ li għandhom taħt is-16-il sena li huma intitolati għal għajnuna mill-Gvern minħabba li għandhom bżonnijiet speċjali? Xi skemi ta' għajnuna partikulari hemm f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5780 u 6788 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella t'hawn taħt b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet; Attard, Balzan, Birgu, Birkirkara, Birżebbuġia, Buġibba, Dingli, Fgura, Għargħur, Għasri, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kerċem, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pembroke, Pieta', Qala, Qawra, Qormi, Rabat, Safi, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sannat, Santa Luċija, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħra, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Entità/Awtorità Ħaddiema ingaġġati Ħaddiema li spiċċaw FSWS 103 85