Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarju tal-Pulizija — Expense Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-Expense Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie ffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizijagawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowancesfost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizijajiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Expense Allowance. Dan hu allowance li jingħata wkoll lill-ogħla ranks tal-Korp, l-Assitenti Kummissarji, Deputat Kummissarjui u Kummissarju, u nfurmat li fil-każ tal-Kummissarju għas-sena 2021 – €7499.96, 2022 – €7499.96, 2023 – €7499.96 u 2024 – €7894.86. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Expense Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-Expense Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie ffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizijagawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-KorpiDixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowancesfost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizijajiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli.L-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Expense Allowance. Infurmat li għas-sena 2013 l-ammont kien ta’ 3692,32, 2014 u 2015 ma kienx hemm, 2016 – 2307.7, 2017– 6000, 2018 - 6000, 2019 – 3054.90 u 2020 dan kien €7500. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21627 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, filwaqt li jispjega l-irwol, fiex jikkonsistu l-konsulenzi tagħhom u kemm dawn jitħallsu fil-perjodu ta' bejn il-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-policy consultants fi ħdan il-Ministeru huma dawn kif gej: Nigel Vella li ġie ngaġġat fis-6 t’April 2022, Larkin Paul Bonnici ġie ngaġġat fl-24 ta’ Mejju 2022 u Claire Azzopardi ġiet ngġġata fid-19 ta’ Settembru 2024. Dan isir skont il-manwal li diġà tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ir-remunerazzjoni tagħhom hija fi skala 3 b’allowances sa massimu ta’ mhux aktar minn €17,363 fis-sena.

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22028 dwar l-għassa tal-pulizija f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex identifkat post alternattiv għal din l-għassa? Jekk iva, meta hemm ħsieb li l-għassa tibda topera minn hemm, flok mill-għassa tal-Qawra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ San Pawl il-Baħar filwaqt li jagħmlu użu mill-għassa tal-istess lokalità fil-Qawra li hija miftuħa 24/7, qegħdin jingħataw ukoll is-servizz tal-Pulizija mill-Kunsill Lokali, dan filwaqt li jgawdu mis-servizz tal-Pulizija tal-Komunità mhux biss fit-toroq tal-lokalità iżda anke minn uffiċċju biswit l-Għassa tal-Qawra.

Għases magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għases madwar il-gżejjer Maltin li huma magħluqa u f’liema lokalitajiet huma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjan biex jinfetħu u meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fi ftit ġimgħat pajjiżna jkun kollu kemm hu kopert mill-pulizija tal-komunità, b’hekk qatt daqs illum ma kellna preżenza ta’ pulizija fil-komunità. Dan ifisser li l-lokalitajiet fil-pajjiż kollha huma koperti mill-preżenza tal-pulizija, fejn naħdmu fuq tliet binarji bil-pulizija tad-distrett, il-pulizija tal-komunità u l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit li jagħmlu rondi kontinwi. Bħala parti minn dan il-pjan postijiet li kienu magħluqa saħansitra nfetħu f’uffiċini tal-komunità jew f’taqsimiet speċjalizzati bħal mhu d-domestic violence hub ta’ Santa Luċija. Illum spiċċa ż-żmien ta’ għases taparsi miftuħa b’pulizija wieħed. Fl-istess ħin għaddej programm qawwi ta’ rinovar ta’ għases, bħal mhuma dawk li ssir referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari 21625, filwaqt li għaddejjin xogħlijiet oħra fosthom fil-Gżira. Fejn għaddejjin ix-xogħlijiet, ic-cittadini ngħataw alternattiva minn fejn jingħataw is-servizz. La jitlesta dan ix-xogħol beħisbna nibdew għases oħra. Għalhekk dawn il-lokalitajiet f’Malta, filwaqt li kollha huma koperti mill-pulizija tal-komunità, qiegħed jingħata s-servizz mill-Għassa: Ħal Balzan, il-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, il-Fgura, Floriana, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Imdina, Mellieħa, tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Mosta, l-Imtarfa, in-Naxxar, Raħal Ġdid, il-Pieta, il-Qawra, Ħal Qormi, il-Qrendi, Santa Venera, is-Siġġiewi, tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Filwaqt li fic-Cirkewwa u Kemmuna qiegħed jingħata s-servizz mill-għassa. F’San Pawl il-Baħar, filwaqt li huwa kopert mis-servizzi tal-Għassa tal-Qawra 24/7, qiegħed jingħata s-servizz tal-Pulizija fil-Kunsill Lokali, l-istess kif qiegħed jingħata f’Ħaż-Żebbuġ. Dawn jingħaqdu mas-servizz tal-Pulizija tal-komunità u mill-għases li qiegħed jingħata f’Għawdex kif spjegat fil-mistoqsija parlamentari 22237.

Kummissarju tal-Pulizija — Project-Based Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-Project-Based Allowances li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Project-Based Allowance. Ninsab infurmat illi l-Project-Based Allowance ġiet introdotta fis-sena 2021. Infurmat li għas-sena 2021 - 20%, 2022 – 19% u 2023 – 19.5% . Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-persuni 'l fuq minn 65 sena huma: 3 fil-Forzi Armati ta' Malta, 1 fl-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, 1 fl-Aġenzija Identità, 1 fl- Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, 45 ma’ Jobsplus, 2 fl-Aġenzija Komunità Malta, 10 fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, 1 mar-Regolatur – Għotja ta’ Ċittadinanza dwar Servizzi Eċċezzjonali u 1 mal-Aġenzija Residenza Malta.

Forzi Armati ta' Malta — Applikazzjonijiet għall-VRF

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex applikazzjonijiet għall-VRF fi ħdan il-Forzi Armati ġew ristretti għall-eks membri tal-Forzi Armati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Forzi Armati ta’ Malta toħroġ is-sejħa għar-riservi skont il-ħtieġa neċessarja tal-Forza. Apparti hekk il-kriterji meħtieġa huma differenti għal dawn is-sejħiet.

Deportazzjoni ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet deportata f'dawn l-aħħar 10 snin, u jaqsam tali ammonti skont is-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed nipprovdi l-informazzjoni mitluba marbuta ma’ immigrazzjoni irregolari lejn pajjiżna. YEAR ARRIVALS RETURNS (Boat arrivals only) Assisted Voluntary Return (Boat arrivals only) Relocations 2011 1579 16 30 164 2012 1890 182 39 105 2013 2008 6 54 16 2014 568 29 63 0 2015 106 11 10 0 2016 25 5 11 0 2017 20 0 15 0 2018 1445 0 13 423 2019 3405 42 11 619 2020 2281 9 3 273 2021 838 263 30 234 2022 444 162 37 14 2023 380 295 8 159 2024 155 110 15 60

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 il-Ministru attenda l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Ġunju fil-Lussemburgu, u l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Ottubru fil-Lussemburgu. Il-Ministru qed jippjana li jattendi l-Kunsill FAC (Difiża) ta’ Novembru fi Brussell u l-Kunsill Formali tal-Affarijiet Interni ta’ Diċembru fi Brussell.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skond il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.