Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post preżenti fejn isiru t-testijiet tal-vetturi taħt il-kategoriija B, huwiex addattat jew le? Il-post ta' fejn isiru dawn it-testijiet se jimxi għal x'imkien ieħor, jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post preżenti fejn jibdew t-testijiet tal-vetturi taħt il-kategorija ‘B’ huwa adekwat. Għalissa m’hemm l-ebda pjan li l-post ta’ fejn isiru dawn it-testijiet se jimxi għal x’imkien ieħor.
nuqqs ta' riżorsi f'dipartiment ta' Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment li jieħu ħsieb it-testijiet tal-karozzi u vetturi oħra għandux nuqqas ta' risorżi umani? Jekk iva, kemm u f'liema gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Unit responsabbli mit-testijiet tal-karozzi u vetturi oħra fi ħdan Transport Malta m’għandu l-ebda nuqqas ta’ riżorsi umani fil-preżent.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30754 u 30480 u jgħid x'ikkawża t-tarmac cracks fil-bypass tal-Imtarfa fuq iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont l-istudji li saru jirriżulta li minħabba l-ġeoloġija tas-sit, hemm ammont konsiderevoli t'ilma ġieri li qed jippenetra minn taħt it-triq, li b'konsegwenza t'hekk, it-tafal qed jixxarrab u jiddeforma ruħu. Dan iċ-ċaqliq fit-tafal qed jiġi rifless fil-wiċċ tat-triq u minħabba f'hekk l-asfalt qed jinqasam.
Is-soluzzjoni li qed tiġi proposta hi li jinbena
French drain
it-tul ta' fejn hemm il-ħsarat biex dan l-ilma ġieri jiġi dirett fl-i
storm water culvert
li hemm eżistenti man-naħa ta' barra tal-imsemmija triq. Dawn ix-xogħlijiet qed jiġu kkordinati biex tinħareġ sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant Transport Malta qed tevalwa
sealing material
biex jiġi wżat fuq dawn il-
cracks
.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi urġenti biex tiġi rranġata Triq Bellavista San Ġwann, in-naħa ta’ fuq, billi ninsab infurmat li hemm partijiet fejn it-triq ċediet bil-kbir anke b’aktar minn pied?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru japporva li jsiru pelican lights jew traffiic lights fi Triq il-Ġdida Ħal Luqa kantuniera ma' Triq id-Dokkiena Ħal Luqa, peress li t-traffiku eċċessiv qed jikkawża periklu għar-residenti u pedestrians?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt li f’Awwissu, l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, il-kap eżekuttiv tal-Grand Harbour Regeneration Project f’intervista fuq il-Public Broadcasting Services kien qal li t-triq ta’ maġenb il-Baċir Nru 1 f’Bormla kienet se titlesta sa tmiem Ottubru, iżda xahrejn wara x-xogħol għadu mhux lest?
Response (GATT, AUSTIN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Triq Santa Tereża, Bormla. Ninsab infurmat li din it-triq tlestiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi qbil biex matul ix-xhur tas-sajf ikun hemm karozza tal-linja li titlaq minn ħdejn il-Knisja tax-Xemxija, biex b'hekk ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar il-ħteġijiet tar-residenti ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Transport Malta.
tibdil fir-rotta li tmur minn San Pawl il-Baħar għal Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-karozza tal-linja li tmur tas-Sliema tibda tgħaddi minn San Pawl il-Baħar minflok ma tgħaddi mill-bypass, bil-konsegwenza li n-nies li joqogħdu San Pawl il-Baħar u li jridu jmorru tas-Sliema mhux qed jinqdew b'dan is-servizz minkejja li jgħaddi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-karozza tal-linja li tgħaddi minn San Pawl il-Baħar, wara li tkun telqet mill-Mellieħa (rotta 232), biex tmur l-Isptar Mater Dei, tibda tieqaf quddiem il-bieb priniċpali tal-isptar, nhux tieqaf ħdejn l-Università?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta
San Pawl il-Baħar — tibdil fir-rotot li jgħaddu minn Triq Ġulju
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma r-rotot tal-karozzi tal-linja li qed jgħaddu minn Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar, billi dawn il-karozzi qed jikkawżaw danni lit-triq tant li partijiet sostanzjali minnha tkissru matul l-aħħar xhur? Jista' l-Ministeru jassigura li din it-triq ma tibqax titkisser b'dan il-mod konsegwenza ta' dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xemxija — limiti tal-Fekruna - tiswija fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-telgħa tax-Xemxija, qabel id-daħla lejn l-inħawi magħrufa bħala tal-Fekruna, issir it-tiswija neċessarja tal-istess triq li ġralha ħafna ħsara matul dawn l-aħħar jiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
rotta għat-trasport pubbliku Birkirkara via Valletta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex possibbli li tinħoloq rotta għat-trasport pubbliku Birkirkara via Valletta u lura li titlaq minn dik li kienet qabel il-venda tal-karozza tal-linja 71 u cioè li tgħaddi minn Birkirkara l-parti ta’ Fleur De Lys, Santa Venera, Ħamrun, Blata l-Bajda u tibqa' sejra l-Belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il zebra crossing hi mdawla? Fl-aħħar spezzjoni kemm minnhom instabu in working condition?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hawn 217-il pelican crossing istallati f'Malta u Għawdex. Mill-aħħar spezzjonijiet li saru jirriżulta li hemm total ta' 6 pelican crossings fejn is-sistema mhux qed taħdem. Qed jittieħdu passi biex dawn jissewew.
Marsa — Triq l-Għassara tal-Għeneb - kumpens lin-negozjanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozju u l-ħwienet fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa li ilhom bit-triq ta' quddiemhom magħluqa għal ħafna xhur, ingħatawx xi kumpens tan-negozju li tilfu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-negozji u ħwienet li hemm f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb ġew ikkonsultati qabel ma beda ix-xogħol dwar il-fażijiet differenti tal-proġett u kif se jiġu affettwati. Saru l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex dawn in-negozji u ħwienet xorta setgħu jibqgħu joperaw waqt ix-xogħlijiet. Wieħed jifhem li kull meta jkun qed isir proġett ta' kostruzzjoni ta' triq jinħoloq ċertu nkonvenjent, madankollu ir-riżultat finali jkun ta' titjib fl-infrastruttura għall-istess negozji. Għaldaqstant m’hemmx lok għal kumpens għan-negozji msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pjanti li saru b’rabta mal-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa mill-1998 sal-lum, u kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda minn dawn il-pjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif jista’ jifhem l-Onor. Interpellant, fuq proġett bħal dan ikun hemm numru ta’ pjanti konsiderevoli u jien infurmat li Transport Malta m’għandhiex informazzjoni dwar l-ispejjeż ta’ kull pjanta li saret mill-1998 sal-lum.
L-informazzjoni li għandha Transport Malta hija dwar l-ispiża tad-disinn tal-proġett, liema disinn kien maqsum fi tliet fazijiet:
Id-disinn sa qabel l-2003, li kien jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ estensjoni u ameljorment tal-
breakwater
, bini ta’ mollijiet u reklamazzjoni, u li sewa €385,118;
Id-disinn sa qabel l-2008, li kien jikkonsisti f’xogħlijiet tal-bini tat-terminal u
gangway
tal-passiġġieri, toroq, parkeġġ, bini anċillari u moll nru 3, u li sewa €505,062;
Id-disinn mill-2008 sal-2011, li kien jikkonsisti fid-disinn ġdid u dak attwali tal-bini tat-terminal u
gangway
tal-passiġġieri, toroq, parkeġġ, bini anċillari, moll nru 3 u faċilitajiet temporanji, li b’dan id-disinn se jiġu ffrankati madwar €4 miljun fuq id-disinn preċedenti. Dan sewa €356,672.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq il-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa fl-2009, 2010 u 2011 u kemm kienet in-nefqa fuq dan il-progett s’issa? Meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol li jonqos isir? Kemm huwa stmat li se jiswa x-xogħol li jonqos isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar fuq il-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa kien dan:
· 2009 - Applikazzjoni tal-MEPA, investigazzjonijiet tekniċi, disinji, xogħol fuq tenders;
· 2010 - Applikazzjoni għall-fondi tal-UE, xogħol fuq tenders, aktar investigazzjonijiet tekniċi, xogħljiet temporanji;
· 2011 - Bdew jintużaw il-faċilitajiet temporanji, bdew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, mekkanika u elettriku, u ġew mogħtija t-tenders għat-trasportazzjoni vertikali, enerġija renovabbli,
finishes
, u preparazzjoni tat-tender għal
-linkspans
.
In-nefqa fuq din l-aħħar fażi tal-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa kienet ta' €3,132,392. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-aħħar ta' din is-sena kif ippjanat. Ix-xogħol li jonqos isir huwa stmat li ser ikun ta' madwar €8.9miljun.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwra safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali kienet ta’ €71,398.62 u l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru kienu dawn: Head of Secretariat, Private Secretary, Chief Officer Transport Malta, Policy Managers u ċ-Chairman tal-MITA.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali kient ta’ € 72,786.72 u l-uffiċjali li akkumpanjaw lill-Ministru kienu dawn: Head of Secretariat, Private Secretary, Policy Managers, Chief Officer Transport Malta, Head Air Navigation Services u l-Permanent Secretary fil-Ministeru.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-2009 inxtrat karozza għall-Acting Director General Civil Aviation tal-għamla Renault Megane għall-prezz ta' €15,370. L-ispiża tal-fuel fl-2009 kienet ta' €394.01, fl-2010 kienet ta' €643.39 u fl-2011 kienet ta' €542.41.