Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jzommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx dizabilità.
Għawdex — Skema tal-ħaddiema tal-komunità - ħaddiema
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19720, jista' l-Ministru jispjega kif qal li s-salarju ta' min hu msieħeb fl-iskema Xogħol fil-Komunità hu ta' € 984.66 fix-xahar meta TVM ħabbar fit-12 ta' Marzu 2021 li dawk li jaħdmu mal-Kunsilli Lokali jirċievu € 1,200 fix-xahar (https://www.tvm.com.mt/mt/news/imhabbra-ghadd-ta-inizjattivi-mahsuba-biex-tinzamm-iktar-indafa-fil-komunitajiet/)? Ġaladarba din l-Iskema issa saret permanenti u l-imsieħba f'din l-iskema qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, kif qed jiġu osservati l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni dwar ir-reklutaġġ fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif indikat fir-risposta parlamentari 19720 il-ħaddiema jitħallsu €984,66 fix-xahar (paga ba¿ika). L-imsieħba f'din l-iskema m’ humiex impjegati tas-settur pubbliku izda tal-Community Work Scheme Enterprise Foundation.
JobsPlus – sejħa għall-offerti fil-ħin għall-ġestjoni tal-Iskema ta’ Xogħol fil-Komunità
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex JobsPlus ma kenitx kapaċi toħroġ sejħa għall-offerti fil-ħin għall-ġestjoni tal-Iskema ta' Xogħol fil-Komunità meta l-konċessjoni ta' ħames snin li ngħatat lill-General Workers’ Union skadiet f'Jannar li għadda u ngħatat estensjoni ta' sitt xhur permezz ta' direct order? Min awtorizza din id-direct order u taħt liema provvediment tal-liġi tax-xiri pubbliku ngħatat din id-direct order? Kien hemm xi bidla fil-kundizzjonijiet u termini tal-konċessjoni oriġinali u l-estensjoni msemmija ta' sitt xhur? Fiex waslu l-preparamenti għas-sejħa għall-offerti ġdida u meta din is-sejħa ser issir?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba ċ-ċirkustanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19 ġie affettwat il-proċess ta’ preparazzjoni neċessarju biex tinħareġ sejħa għall-offerti fil-ħin. ‘Negotiated Procedure’ għal estensjoni ta' sitt xhur ħarġet permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Din il-proċedura hija skont it-termini stabiliti f’artiklu 154 (2) ta’ L.N. 352 ta 2016 li jistabilixxi li skont il-proviżjoni ta’ aritiklu 152 din il-proċedura tista’ tinħareġ mingħajr pubblikazzjoni għal kuntratti għas-servizz pubbliku li jinvolvi repetizzjoni ta’ servizzi simili.
Ma kien hemm l-ebda bidla fil-kundizzjonijiet u termini tal-konċessjoni oriġinali u l-estensjoni msemmija ta' sitt xhur. Is-sejħa għall-offerti ġdida tinsab fl-aħħar fażi tal-assessjar u se tkun ippublikata permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti fil-ġimgħat li ġejjin.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika: Rapport dwar il-Qasam tas-Saħħa Mentali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-qasam tas-saħħa mentali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika aktar dettalji dwar ir-rapport li qed jirreferi għalih, sabiex l-NSO ikun jista’ jistabbilixxi min hu s-sid tat-tali rapport. Il-probabbiltà hija li rapport bħal dan ikun proprjetà tal-Ministeru għas-Saħħa, jew tad-Department of Health Information and Research fi ħdan dan il-ministeru, jew inkella xi entità oħra. Għaldaqstant rikjesti dwar id-disponibbiltà tar-rapport għandhom ikunu indirizzati lil dawn l-entitajiet.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara li tlabna għal diversi quotes minn diversi kumpaniji lokali. Ta’ min jinnota illi mhux kull kumpanija li ġiet ikkuntattata wieġbet jew intrabtet li tagħti servizz fi żmien raġjonevoli fil-każijiet li kellna urġenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qegħdin jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pozittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 47 persuna li jinsabu fi kwarantina.
Persuni li naqsu li jdaħħlu dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni li bejn l-2010 u l-2020 naqsu milli jdaħħlu d-dikjarazzjoni tat-taxxa tad-dħul kif kien dovut minnhom? Minn dan l-ammont ta’ persuni li naqsu milli jiddikjaraw it-taxxa, jista’ l-Ministru jagħti stima ta’ kemm kien l-ammont globali ta’ taxxa li ma kenitx iddikjarata sena b’sena, għas-snin iċċitati aktar ‘il fuq? (2010-2020)
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Persuni li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul – passi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta’ persuni li peress li kisru l-liġi dwar it-taxxa tad-dħul ittieħdu passi kontra tagħhom sena b’sena għas-snin 2010-2020? Jista’ jindika wkoll x’kienu l-passi li ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Dħul tat-taxxa skont il-liġi tat-taxxa tad-dħul — investigazzjoni
Question
Meta jkun hemm persuna li tonqos milli tiddikjara d-dħul tagħha skont l-liġi tat-taxxa tad-dħul, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investigazzjoni jagħmel id-Dipartiment? U jekk sussegwentement jirriżulta li tkun saret dikjarazzjoni falza, x’setgħa għandu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u jew il-Pulizija biex jittieħdu passi kontra individwi li jonqsu milli jottempraw ruħhom mal-liġi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta persuna tonqos milli tiddikjara d-dħul kollu tagħha għall-finijiet ta’ Taxxa fuq id-Dħul, id-Direttorat tal-Osservanza u Investigazzjonijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jista’ jagħmel tliet tipi ta’ investigazzjoni. It-tip ta’ investigazzjoni tvarja skont il-gravità ta’ kull każ, jiġifieri jew isir Limited Scope Audit / Aspect Audit, inkella jekk il-ka¿ ikun jirrigwarda riskju għoli ta’ telf ta’ taxxa, issir a fully fledged investigation.
Il-Kummissarju tat-Taxxi għandu wkoll il-poter li jitlob lill-Pulizija sabiex tinvestiga u tressaq ka¿i ta’ eva¿joni ta’ taxxa quddiem il-Qorti.
Madankollu, persuna tista’ minn jeddha titlob li taġġusta d-dikjarazzjoni tagħha dwar dħul għall-finijiet ta’ taxxa qabel kwalunkwe investigazzjoni, u b’hekk tirrendi ruħha suġġetta għal multi u interessi, fejn dawn ikunu applikabbli.
Ksur fil-liġi tal-VAT – persuni li spiċċaw il-ħabs
Question
Billi taħt l-amministrazzjoni preċedenti persuni li kienu jiksru l-liġi tal-VAT kienu jiffaċċjaw piena karċerarja, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li spiċċaw il-ħabs bejn l-1995 u 2013 minħabba ksur fil-liġi tal-VAT?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-perjodu ndikat minnu, persuna waħda rċeviet sentenza ta’ ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati għal ksur fil-liġi tal-VAT, liema sentenza kienet konfermata fl-appell.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma jirċevix informazzjoni mill-Qorti dwar il-proċess ta’ multi mhux imħallsa li jkunu konvertiti f’piena ta’ ħabs.
COVID-19 – koppji li kellhom imexxu d-data tat-tieġ — għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jserraħ ras dawk il-koppji li kellhom imexxu d-data tat-tieġ tagħhom minħabba l-aħħar miżuri mħabbra b’rabta mal-imxija tal-COVID-19 u jaċċertahom li ser ikun hemm xi forma ta’ għajnuna għalihom li tagħmel tajjeb għall-flus/depożiti li setgħu jew jistgħu jitilfu jew minħabba spejjeż addizzjonali li qed ikollhom jidħlu fihom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li l-obbligu legali fuq min iħaddem u li joħroġ mill-Employment Relations Act huwa li l-employer ma jistax inaqqas xejn mill-paga dovuta lil ħaddiem/impjegat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li Jobsplus hija konxja li skont kif joħroġ mit-Temporary Agency Workers Regulations huwa illegali li temporary agency titlob ħlas mill-paga dovuta lil temporary agency worker?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata u minn min, għal kull sena, mill-2013 sal-lum sena b’sena? Jista’ jgħid kull tilwima meta ngħalqet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il konċessjoni għat-tiftix u t-tħaffir taż-żejt ingħatat mill-2013 sal-lum, x'tip ta' konċessjoni ngħatat, lil min, u fejn ingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi forma ta’ għajnuna lid-diversi barklori li jservu fil-portijiet tagħna tul dan il-perjodu ta’ pandemija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.