Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa miġbura fuq il-kirjiet tal-proprjetà, mill-2008 ’l hawn, maqsuma sena b'sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-sistema tat-TA24 bdiet mis-sena bażi 2014 għaldaqstant ma tezistix informazzjoni qabel din id-data. Il-valur li jidher fl-2018 huwa temporanju peress li jinkludi biss pagamenti mill-1 ta’ Jannar s’issa.
Peress li statistika uffiċjali tindika li fl-aħħar kwart tas-sena 2018, kien hemm current account surplus fit-transazzjonijiet bejn Malta u pajjiżi oħra, jista’ l-Ministru jindika liema kienu dawk il-fatturi li wasslu għal dawn ir-riżultati u liema oqsma jara li hemm bżonn jissaħħu biex nibqgħu niksbu riżultati bħal dawn?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-current account surplus fl-aħħar kwart tas-sena 2018, kien primarjament rizultat ta’ bilanċ nett pozittiv fil-kont tas-servizzi. Il-kontributur ewlieni kienet il-Kategorija Personal, Cultural and Recreation activities li tinkludi l-industrija tar-remote gaming.
Ministeru għall-Finanzi – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet tiegħu m'għandhom ebda ftehim jew kuntratt ta' servizz ta konsulenza mal-individwu kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta'deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9101 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9055 dwar kopja tal-kuntratt li jirrigwarda r-rating agency li qed titħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li bagħat il-Ministeru lir-rating agency li permezz tagħha, talab il-permess tal-aġenzija sabiex jiġi ppubblikat il-kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 9055, irċevejna l-kunsens mill-Fitch Rating Agency, u allura qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ kuntratti – dak iffirmat mal-istess Aġenzija fis-sena 2005, u l-aħħar kuntratt iffirmat fis-sena 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn il-45 u 61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?
Ministeru għall-Finanzi – Bank Ċentrali – nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9102, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom f’din l-iskala dawn in-nisa? Jista’ jgħid f’liema sena ġew promossi għal din l-iskala?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:
a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa;
b) tal-inqas 50% tal-persuni f’
advisory groups
ikunu nisa; u
c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.
Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor.i Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità maqsuma f’age groups ta’ taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u ‘l fuq minn 65 sena, skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2011, kien hemm 30,183 persuna li rrappurtaw li kellhom mill-inqas waħda minn dawn it-tipi ta’ diżabilità jew diffikultà:
· kundizzjoni ta’ saħħa mentali,
· nuqqas ta’smigħ jew telf parzjali tas-smigħ,
· nuqqas ta’ vista jew telf parzjali tal-vista,
· dizabilità intelletwali,
· diffikultà fit-tagħlim,
· diffikultà ta’ zvilupp,
· dizabilità fizika u dizabilità jew diffikultà oħra.
It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi breakdown ta’ dawn il-persuni skont l-età.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa ta' Tv Advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti ‘CT2263/2018 Tender for the pavement and embellishment works at St. Francis Square Victoria Gozo' ġiet irrakkomandata għall-award mat-tieni Evaluation Round? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-raġuni li r-Recommended Bidder ġie rrakkomandat bi prezz ta’ €150,000 iktar mill-prezz li oriġinarjament kien tefa’ t-tender?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender CT 2263/2018 – ‘Tender for the pavement and embellishment works at St. Francis Square Victoria Gozo' ġiet pubblikata fis-17 ta’ Settembru 2018.
Għal din it-tender kien hemm tlett offerti. Fir-rapport tiegħu, il-Board tal-Evalwazzjoni irrakommanda li t-tender jiġi mogħti lill-irħas offerent, li kien ukoll amministrattivament u teknikment jilħaq il-kriterji ippubblikati fit-tender.
Wara l-ewwel prezentazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni lill-General Contracts Committee (GCC), l-istess GCC talab xi kjarifiki dwar l-aspett amministrattiv tal-proċess ta’ evalwazzjoni – u għalhekk ir-rapport intbagħat lura biex jiġi ċċarat. Dawn il-kjarifiki ma kellhom ebda effett fuq ir-rakkomandazzjoni.
Fil-konkluzjoni tiegħu, il-Board tal-Kuntratti, kiteb l-ammont differenti minn dak imnizzel fl-offerta finanzjarja, u din is-somma ġiet ripetuta fl-ittra li ntbgħatet lill-istess offerent.
Għalhekk id-Dipartiment ħa mizuri sabiex dan l-izball amministrattiv jiġi rettifikat billi l-‘award’ ġie rtirat permezz ta’ ittra lill-offerenti kollha, fejn dawn ġew infurmati li se jkun hemm rakkomandazzjoni ġdida, u se jkollhom iċ-ċans li jappellaw.
Billi d-Dipartiment tal-Kuntratti ma jistax jikkoreġi l-valur zbaljat, irid jistenna r-rakkomandazzjoni korretta mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni biex ikun jista’ jerġa’ jippubblikka l-‘award’ bl-ammont korrett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2018?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar valur disponibbli mill-NSO tal-paga medja hu dak ta’ l-ewwel 3 xhur tas-sena 2018. Il-paga medja f’Malta kienet ta’ €19,083, filwaqt dik f’Għawdex kienet ta’ €16,977.
Dawn l-ammonti ikopru l-paga bazika ta’ impjegat u ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Labour Force Survey), ippubblikat mill-NSO.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda u huwa previst li jattendi tul din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġa saru s’issa matul is-sena 2019 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għall-bqija tas-sena, il-Ministru ser jattendi kull laqgħa li titqies ta’ mportanza għal pajji¿na u l-finanzi tiegħu, inklu¿ dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta’ Banek Internazzjonali għall-I¿vilupp.
Ministeru għall-Finanzi — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta'deċiżjonijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta’ bonds mill-privat f’Malta? Jista’ jagħti d-dettalji f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8312 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.