Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għal spjegazzjoni għal fatt li 17-il sena ilu għamel konvenju fuq post sabiex jinxtara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-art li fuqha hemm mibnija d-dar illi, d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, għadha m’għaddietx għand l-Awtorita` tad-Djar mingħand l-Awtorita` tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kienu jirrigwardaw proprjetajiet f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ requisition orders sal-aħħar tas-sena 2017 kien jammonta għal 164 li jinkludu dawn li ġejjin:
Raħal Gdid
9
Hal Tarxien
3
Gudja
0
Santa Luċija
0
Fgura
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu msemmi, l-Ministeru inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi, ma għamlu l-ebda trasferiment u/jew pagamenti f’kontijiet illi jinsabu fil-bank li għalih qed issir referenza.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol ta' katusi fil-flat, peress li ma sarx ix-xogħol fuq apramorta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ġie infurmat dwar l-istess każ f'mistoqsija parlamentari 3553, ix-xogħol mitlub huwa kkunsidrat bħala manutenzjoni ordinarja. Ir-residenti ġew infurmati li huma responsabbli biex jagħmlu tali manutenzjoni regolarment u ma jħallux il-propjeta' taqa' fi stat ta' negliġenza.
Spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq gallarija perikoluża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nifnorma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanat li jsir proġett li jinkludi tiswijiet, manutenzjoni u tisbieħ ġenerali fil-blokk imsemmi kif ukoll blokki oħra tal-madwar. Diġà saret spezzjoni fuq il-każ imsemmi u t-tiswijiet meħtieġa għandhom isiru f'dan l-istess proġett li mistenni jingħata bidu f'qasir żmien. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar ser tieħu passi mmedjati biex, f'każ li hemm xi periklu, dan ser jitneħħa immedjatament.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq flat peress li mix-xaft dieħel ħafna ilma u minkejja li saru diversi talbiet, ma tieħdet l-ebda azzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, instab li l-ħsara msemmija ta' leakage ta' ilma kienet issewwiet. Ix-xogħol mitlub mill-inkwilin jikkonsisti f'manutenzjoni ordinarja fix-xaft li taqa' taħt ir-responsabbilità tal-inkwilin stess.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ €1,400 u jixtiequ li japplikaw għal għajnuna biex tiġi rranġata d-dar fejn jgħixu mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza m'għanda l-ebda applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar, għalhekk hija mitluba biex tiġi fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar sabiex tara hijiex eleġibbli li tibbenefika taħt l-iskema Irranġar u Titjieb,
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għamlet xogħol fid-dar minn skema tal-housing, u minkejja li għaddiet l-irċevuti, il-ħlas għadu ma sarx?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mas-sinjuri li għalihom qed issir referenza, fejn dawn ġew infurmati li ser issir spezzjoni llum sabiex jiġi kkonfermat ix-xogħol li sar u li b'hekk wara jkun jista' jinħareġ il-pagament.
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1685 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu minn Jannar 2011 sa Settembru 2016 ma kinitx tinżamm mill-Maltese Cross Corps.
L-informazzjoni mitluba lokalita, b’lokalita` minn Ottubru 2016 sa Settembru 2017 inkluż ukoll l-2018 sal-ġurnata li fiha qed inwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, hija kif ġej :
Sena
Mellieħa
Naxxar
San Pawl il-Baħar
2016
\
2
1
2017
3
10
7
2018
3
10
18
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tħaffir għall-istallazzjoni tal-lift u issa x-xogħol jidher li waqaf? Jista' jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol imsemmi minnu ta' skavar qiegħed isir f'sit Arcaeologically Sensitive. Sa issa tneħħa biss il-madum u pjanat li jitkompla dan ix-xogħol fil-ġranet li ġejjin taħt is-superviżjoni obbligatorja,
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li waqa' xi konkos fil-komun tal-appartament u għadu ma ġie ħadd jara din il-problema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet rapport dwar il-każ imawmmi fil- 11 ta' Jannar u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi fid-29 ta' Jannar. Il-persuna msemmija diġa' ġiet imfurmata bid-data tal-ispezzjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing peress li minkejja li qalulu li se jiġi kkuntattjat, dan għadu mingħajr risposta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li għaddew sar kuntatt mal-applikant. L-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le, jekk l-Aġenzija Appoġġ kenitx infurmata minn jiem/ġimgħat qabel li t-tifla Niġerjana li mietet fl-aħħar jiem, ma kenitx qed tattendi l-iskola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-aħħar ġimgħat/xhur mill-Aġenzija Appoġġ mal-familja tat-tifla Niġerjana inkwistjoni u x’tip ta’ pjan kien tħejja fl-interess tal-ulied ta’ din il-familja mill-istess Aġenzija Appoġġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Pembroke rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 106 persuna, fl-2016 kien hemm 93 persuna u fl-2017 kien hemm 87 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.