Jista’ l-Ministru jgħid kif LSEs Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f'Malta, jintgħażlu biex jingħataw trasferiment għal Għawdex? Jista’ jgħid jekk LSEs Għawdxin li qegħdin jistennew tali trasferiment, għandhomx viżibiltà tal-lista biex ikunu jafu meta jmisshom imorru Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' trasferiment waħda jew aktar minn waħda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li LSEs Għawdxin li qed jagħtu servizz fl-iskejjel f’Malta jintgħażlu skond il-grad u s-seniority. Informazzjoni ulterjuri mhux ser tiġi ppubblikata minħabba privatezza u sigurata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24482.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li din is-sena skolastika li għadha kemm bdiet qegħdin jibbenefikaw minn Skema 9? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti meta tqabblu man-numru tal-istudenti kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika hemm 2,877 student li jfisser 8.24% tal-istudenti li qed jibbenefikaw minn din l-iskema.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Kulleġġ San Benedittu — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kulleġġ San Ġorġ Preca — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kulleġġ Santa Tereża — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kulleġġ San Thomas More — Erasmus+ - Fondi utilizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Thomas More li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Intperpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
L-Università ta’ Malta – BA (Hons) in Social Work u BA (Hons) in Social Policy — Studenti li bdew il-kors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew il-korsijiet tal-BA (Hons) in Social Work u BA (Hons) in Social Policy fl-Università ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul dawn l-aħħar għaxar snin irreġistraw 302 studenti għall-kors imsemmi.
Studenti tal-korsijiet tas-Social Work — Żieda fl-istipendju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li ż-żieda fl-istipendju li ngħatat lill-istudenti tas-social work kinitx inċentiv effettiv biex jattira studenti ġodda lejn is-social work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Kindergarten u Primarja - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ tfal li qed jattendu bħalissa fl-iskola Primarja u Kindergarten f’San Pawl il-Baħar hu ta’ 660.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24777, 25206 u 25404 u jgħid jekk is-software Clicker għadux jintuża għat-tagħlim ġewwa pajjiżna? Jekk iva, fejn jintuża? Jekk le, għala twaqqaf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Software Clicker qed jintuża f’San Miguel, Guardian Angel, Helen Keller u Ta’ Sannat Għawdex.