Legislature:
Category:
Reset
Active:

Travel — Vot 28 - Estimi 2009 Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq travel minn €49,000 fl-2008 se jitla' għal €83,000 fis-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li iż-żieda fil-Vot fuq Travel għas-sena 2009 hija dovuta primarjament għall-inklużjoni ta’ Cost Centre għas-Segretarjat Parlamentari għaz-Żgħażagħ u Sport.

Skejjel tal-Knisja — Vot 5024 - Programmes and Initiatives

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot għas-sena 2009 għall-iskejjel tal-Knisja tela' għal €33 miljun meta fis-sena 2008 kien ta' €29,816,000? Għaliex ġew ivvutati €3,184,000 iżjed? Hemm xi arretrati li jridu jitħallsu lill-iskejjel tal-Knisja? Jekk iva, kemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-vot tela’ għal €33 miljun wara li ttieħdu in konsiderazzjoni: 1. iż-żieda fil-pagi skond il-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Gvern għall-perjodu 2005-2010; 2. l- increments dovuti lill-i staff ; 3. iż-żieda ta’ staff skond il-ftehim mal-Knisja; 4. l-ispejjeż ġenerali minn sena għal oħra. Kontinwament issir rikonċiljazzjoni ta’ l-ammonti dovuti kontra l-pagamenti li jkunu saru biex l-aġġustamenti neċessarji isiru fis-snin ta’ wara.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — xiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk Sena 2008 Nru. Ta' Karozzi Marka Tip Ammont April 1 Ford Focus Hatchback € 10,831.46 April 1 Mazda 2 Hatchback € 12,142.75 Gunju 1 Toyota Yaris MPV € 12,202.00 Awissu 1 Toyota Dyna Truck € 12,239.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Fiat Panda € 9,919.00 Settembru 1 Kia Cerato Saloon € 18,650.00 Diċembru 1 Seat Cordoba € 1.00 Diċembru 1 Seat Cordoba € 1.00

Studenti li jattendu l-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li jattendu l-MCAST u li ġejjin minn lokalitajiet li jinsabu fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali lokal, lokal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Distrett Lokalita’ Numru ta’ Studenti Seba’ Żebbuġ 140 Dingli 56 Mġarr 51 Mtarfa 26 Rabat 144 Ħdax Mdina 1 Attard 136 Balzan 36 Mosta 284 Tnax Mellieħa 93 Naxxar 142 San Pawl il-Baħar 53

Skejjel primarji u sekondarji — konnettività tal-internet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel primarji u skejjel sekondarji li għandhom il-konnettività tal-internet? F'dawk l-iskejjel li hemm il-konnettività tal-internet, tista' tgħid jekk din hix lokalizzata f'xi computer lab partikolari jew jekk hix mifruxa madwar l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kapijiet, Assistenti Kapijiet ta’ l-iskejjel u segretarji ta’ l-iskejjel kollha ġew provduti bl-internet account. L-iskejjel kollha għandhom il-konnettivita’ bl-internet. • 72 skola primarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-klassijiet mill-ewwel sas-sitt sena. • 6 skejjel speċjali għandhom Internet Broadband. Żewġ skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-klassijiet kollha. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Skola waħda għandha l-Internet fl-uffiċini u fi kmamar oħra. • 32 skola Sekondarja għandhom Internet Broadband. In-network huwa mifrux fl-uffiċċji u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Tliet skejjel għandhom aċċess għall-Internet fl-uffiċini, staff-rooms, u l-klassijiet kollha. • 2 skejjel Higher Secondary għandhom Internet Broadband. Fi skola waħda l-aċċess huwa mifrux fl-uffiċini u l-kmamar dedikati għall-kompjuter. Fl-iskola l-oħra għandhom l-istess ħaġa ħlief li fi blokk wieħed hemm aċċess għall-Internet f’kull kamra. Għar-rigward l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti il-konnettivita’ ta’ l-internet hija hekk: 24 skola primarja tal-Knisja kollha għandhom il-konnettivita’ ta’ l- internet , 5 lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 19 mifruxa madwar l-iskola. 22 skola sekondarja tal-Knisja għandhom wkoll il-konnettivita’ ta’ l- internet kollha, 2 minnhom lokalizzata f’kompjuter lab partikulari u 20 mifruxa madwar l-iskola. F’14-il skola primarji indipendenti, 13 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 6 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola. F’10 skejjel sekondarji indipendenti, 9 minnhom hemm konnettivita’ tal- internet , 2 lokalizzati f’kompjuter lab partikulari u 7 mifruxa madwar l-iskola.

Tagħmir tat-Tekonoloġija tal-Informatika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar investiment f'akkwist ta' tagħmir (hardware) tat-Teknoloġija tal-Informatika fl-iskejjel primarji tul dawn l-aħħar għaxar snin? Tista' tgħid x'kienet in-nefqa komplimentari f'manutenzjoni ta' dan it-tagħmir? Tista' tgħid x'inhi l-età medja tal-computers fl-iskejjel primarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Berġa ta' Provenza — swali għall-esibizzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm swali fil-Berġa ta' Provenza li jistgħu jintużaw bħala swali għall-esibizzjoni permanenti ta' oġġetti arkeoloġiċi? Tista' tgħid kemm minn dawn is-swali qed ikunu wżati u miftuħa għall-pubbliku? Kemm hemm swali li qed isir xogħol fuqhom sabiex jitqiegħdu għall-esibizzjoni permanenti u meta hu skedat li jitlesta dan ix-xogħol? X'se tkun in-nefqa għal dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija hemm tlettax-il sala li jistgħu jintużaw għall-wirja permanenti. Sitta jinsabu fis-sular t’isfel u jintużaw għall-wirja permanenti fuq il-preistorja, u huma miftuħin għall-pubbliku. Ħames swali oħra jinsabu fis-sular ta’ fuq. Bħalissa qed isir xogħol fuqhom sabiex tiżdied il-wirja permanenti. Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fl-2010. L-ispiża totali għal dan il-proġett hija ta’ 400,000 Ewro. Intefqu wkoll 200,000 Ewro għar-restawr tal-faċċati li jagħtu għal Triq Melita u Triq il-Karru sabiex dawn is-swali jkunu jistgħu jilqgħu fihom il-wirja permanenti.

Oġġetti storiċi tal-età punika

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu oġġetti storiċi tal-età punika il-mużew tal-arkeoloġija jew Heritage Malta taħt il-kustodju tagħha? Kemm minn dawn qedgħin Għawdex u kemm minnhom huma f'Malta? Kemm mill-kollezzjoni t'oġġetti huma dawk li qedgħin jiġu esebiti b'mod permanenti u kemm hemm fil-kollezzjoni riserva? Tista' tgħid fejn tinżamm din il-kollezzjoni riserva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-oġġetti arkeoloġiċi tal-perjodu Puniku fil-kollezzjoni nazzjonali jammontaw għal madwar 6730. Madwar 1150 jinsabu Għawdex u minn dawn hemm 150 li huma esibiti fil-Mużew tal-Arkeoloġija ta’ Għawdex. Barra minn dawn hemm ammonti konsiderevoli ta’ oġġetti tal-perjodu Puniku li ġew skavati mill-Missione Arkeologika Taljana li għadhom fil-kustodja tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Bħalissa m’hemm xejn minn dawn l-oġġetti għall-wiri iżda ladarba jitlesta x-xogħol fis-swali tal-Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija se jkun hemm madwar 150 oġġett Puniku esibit. L-oġġetti kollha msemmija jinsabu maħżuna f’għadd ta’ binjiet ta’ Heritage Malta.

Child Care Centres — Vot 5474 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif huwa ppjanat li jintnefqu l-€438,000 ivvutati għal Child Care Centres tul is-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-somma ta’ €438,000 ivvutati għal Childcare Centres tul is-sena 2009 hija maħsuba sabiex tkopri r-rikurrent tal-iSmart Kids fil-Kottonera u f’B’Kara u l-iSmart Kids il-ġdid li se jibda jopera fil -Qawra inkluż il-pagi tal-impjegati f’dawn iċ-Ċentri. Minn dan il-vot jiġu koperti wkoll xi spejjeż rikorrenti fiċ- Childcare Centres ta’ Ħal-Luqa, il-Għargħur u Raħal Ġdid. Fondi oħra jridu jintefqu sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa sabiex jitlestew childcare centres ġodda li ser jinfetħu matul is-sena li ġejja, fosthom dak li ġie identifikat fis-Siġġiewi.

Restructuring — Public Broadcasting Services - Vot 5438 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex huwa ppjanat li jintnefqu l-€747,000 ivvutati għal restructuring of Public Broadcasting Servicesgħas-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammont ta’ €747,000 ivvutati għar-restructuring tal-Public Broadcasting Services Ltd. għall-2009 huwa kontinwazzjoni ta’ pagamenti mis-sena 2004 kif ġej: Salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u bonuses ta’ impjegati redeployed . Skemi A u B ta’ irtirar kmieni – pagamenti ta’ żewġ terzi tas-salarji, kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali u bonuses lil dawk l-impjegati li ħadu l-imsemmija skemi fl-2004.

Inizjattivi edukattivi — Vot 5434 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema inizjattivi edukattivi ġew finanzjati min dan il-vot tul is-sena 2008? Kemm ingħatat flus kull inizjattiva u xi kriterji ntużaw biex jingħataw dawn il-fondi? Liema inizjattivi se jiġu finanzjati tul is-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Contractual Services — Vot 30 - Estimi 2009 Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-vot fuq Contractual Services għas-sena 2009 iżjed minn irdoppja mis-sena 2008? Min qed jitħallas minn dan il-vot u kemm qed jitħallas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ż-żieda fil-vot tal-Contractual Services hija prinċipalment dovuta għall-inklużjoni ta’ Cost Centre għas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pagamenti li saru minn dan il-vot matul l-2008.

Ministeru tal-edukazzjoni — Vot 24 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif għas-sena 2009 il-vot għall-kera tal-Ministeru qabeż għal €404,0000 meta s-sena li għaddiet kien ta' €2000?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ż-żieda fil-vot għall-kera tal-Ministeru tirrifletti primarjament l-apportionment tal-kera ta’ l-uffiċċini wżati mill-istaff tal-Ministru u d-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.fil-Floriana bħala parti mill-eżerċizzju ta’ l-Accrual Accounting.

Għawdex — tfal jistennew deċiżjoni tal-Istatementing Board

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew id-deċiżjoni tal-Istatementing Board dwar l-eliġibilità tagħhom għal facilitator? Tista’ tgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha li għamlet l-applikazzjoni għal dan is-servizz? Tista tgħid kemm-il darba dan il-Bord iltaqa’ f’Għawdex kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm 46 tifel u tifla fl-iskejjel f’Għawdex li qed jistennew li jiġu quddiem l-iStatementing Board. SENA XAHAR APPLIKAZZJONIJIET 2006 Lulju 2 2007 Mejju 1 Ġunju 1 Settembru 2 Novembru 1 2008 Frar 2 Marzu 2 April 7 Mejju 4 Ġunju 9 Lulju 8 Awissu 3 Settembru 2 Ottubru 1 Novembru 1 Il-Bord iltaqa’ f’Għawdex ħdax-il darba mis-sena 2003 sal-lum. Id-Dati ta’ dawn il-laqgħat huma hekk: 04/09/2003, 11/08/2004, 06/04/2005, 25/08/2005, 27/03/2006, 24/11/2006, 18/06/2007, 20/11/2007, 29/04/2008, 04/08/2008, 29/08/2008.

Għawdex — Tagħlim għal adulti

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'Għawdex x'opportunitajiet jeżistu għal dawk l-adulti li jixtiequ jieħdu tagħlim bażiku tal-Malti, Ingliż u Matematika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-prospett ‘Tagħlim Tul il-Ħajja’ 2008/2009 (paġna 42), ġew offruti dawn il-korsijiet fil-Basic Literacy: Malti Bażiku, Ingliż Bażiku u Malti għal min hu barrani. Noffru wkoll Matematika f’livell Ordinarju, Intermedjarju u Avvanzat.

Banjijiet Rumani — Restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi restawr tal-fdalijiet tal-Banjijiet Rumani ġewwa Għajn Tuffieħa? Meta ser jibda dan ix-xogħol jekk inhu l-każ u meta huwa maħsub li jitlesta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Heritage Malta rebħet fondi mill-UNESCO sabiex tagħmel rapport intensiv fuq il-qagħda tal-konservazzjoni tal-mużajċi kollha ta’ Malta li ftit minnhom jinsabu ukoll fuq dan is-sit Ruman. Sa llum diġa’ tlestiet id-dokumentazzjoni fotografika (Rectified Photography) tas-sit kollu u beda x-xogħol ta’ conservation mapping tal-istat tal-mużajċi tad-Domus Romana fir-Rabat. Wara li dan jitlesta x-xogħol se jkompli fuq il-banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn l-istudji wara jridu jiġu studjati mill-esperta Taljana li tqabbdet apposta sabiex jitnieda pjan ta’ xogħol li jiddetermina x’hemm bżonn bħala riżorsi sabiex il-proġett jkun jista’ jiġi ffinanzjat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Nefqa globali fuq Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtha matul is-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tweġiba tingħata f’seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pubblikazzjoni ta' kotba bil-Malti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ippubblikati kotba bil-Malti sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-kotba bil-Malti ppubblikati f’dawn l-aħħar għaxar snin huma kif ġej: SENA NRU. TA’ KOTBA BIL-MALTI 1999 218 2000 210 2001 251 2002 281 2003 286 2004 250 2005 295 2006 291 2007 232 2008 158 L-ammont ta’ kotba għas-sena 2008 għad irid jiżdied peress li skond il-liġi tad-Depożitu Legali hemm żmien ta’ 3 xhur biex ktieb jiġi depożitat fil-Biblijoteka Nazzjonali u għaldaqstant għad iridu jidħlu diversi kotba li ġew ippubblikati fl-aħħar 3 xhur tas-sena 2008.

MCAST — Certificate in construction in stone - studenti li għaddew

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-istudenti tal-MCAST li għamlu l-kors certificate in construction in stone kemm għaddew studenti minn kemm ilu li beda dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

l-informazzjoni mitluba hi din: Sena Akkademika Studenti li għaddew 2002 – 2003 8 2003 – 2004 1 2004 – 2005 0 2005 – 2006 2 2006 – 2007 1 2007 – 2008 0