Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2708 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1180, jista’ l-Ministru jagħti l-ħinijiet li ħarġu l-bastimenti tas-sajjieda u xħin daħlu u kemm għamlu ħin fuq il-baħar biex inqabad dan il-ħut? F’kemm żmien u ħin inqabdet il-bycatch kollha u x’temp kien dakinhar li nqabdet? Jista’ jagħti wkoll iż-żona permezz tal-GPRS jew il-VMS, li l-bastimenti huma obbligati li jkollhom u li jkunu mixgħulin, speċifikament għas-sajd tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet li ħareġ u daħal kull bastiment imsemmi huma kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkata bħala “Anness A”. Bħala ħin fuq il-baħar, is-sajjieda li ħattew it-tonn (Bluefin Tuna) bħala qabda inċidentali, ħadu bejn 4 sigħat u 33 minuta u 131 siegħa u 50 minuta. Il-bycatch setgħat tibda tiddaħħal fl-20 ta’ Mejju 2022 u nqabdet kollha sal-21 ta’ Mejju 2022. It-temp f’dawn il-ġranet kien bnazzi b’riħ forza 2 għal 3.
Ta’ min jgħid ukoll li minn dawn il-bastimenti msemmija hemm wieħed li huwa obbligat bil-liġi biex jiġi trekkjat, peress li dan li il-bastiment huwa 'l fuq minn 12-il metru. Il-bqija tal-bastimenti tas-sajd imsemmija mhumiex obbligati bil-liġi li jkollhom VMS/GPRS jitrasmetti jekk m’għandhomx l-Awtorizzazzjoni tat-Tonn. Infakkar lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija hija fuq bastimenti bl-awtorizzajjoni tal-pixxispad fejn it-tonn inqabad bħala by-catch.
Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretatrju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2752 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 sal-lum tħallsu €106980.4.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħaż-Żebbuġ, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi indirizzata l-problema minħabba l-bagħal taż-żunżan f'pajjiżna?
Response (REFALO, ANTON)
Id-Direttorat tal-Agrikoltura qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ din is-sitwazzjoni. Konxji li dan is-sajf il-popolazzjoni ta’ dan l-insett żdiedet b’mod esponenzjali u kien hemm impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta. Għaldaqstant il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed f’taħdidiet ma’ esperti fil-Mediterran u l-informazzjoni hi li s-sitwazzjoni hija allarmanti fil-baċir Mediterranju kollu, mill-Greċja sal-Marokk. Qegħdin f’diskussjoni attiva ma’ dawn il-pajjiżi sabiex inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni u fix-xhur li ġejjin il-Ministeru ser ikun qiegħed jikkomunika numru ta’ azzjonijiet sabiex nibdew nikkontrollaw l-impatt ta’ dan l-insett. Ta’ min wieħed jifhem li bħala Ministeru qed niffukaw primarjament fuq l-effett li dan l-insett għandu fuq l-agrikoltura u għalhekk kull azzjoni ser tkun qed tiffoka sabiex jiġi mitigat l-effett ta’ dan l-insett fuq is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati bħala naħħala f'pajjiżna, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati bħala naħħala residenti f’Ħal Qormi full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – Proposta Nru 1 – Assigurazzjoni dwar użu għal skop agrikolu
Question
Jista’ l-Ministru jelabora fuq proposta Nru 1 (ii) tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li tagħmel referenza għall-assigurazzjoni li tinkiseb mill-awtorità li r-raba’ tibqa' tinħadem għall-iskop agrikolu tiegħu? Kif se jsir dan il-monitoraġġ? X'se jiddefinixxi użu għal skop agrikolu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-White Paper hu li tipproponi qafas u tagħti direzzjoni b’viżjoni fit-tul ta’ kif il-pussess tal-art agrikola għandu jkun imħares. Din il-White Paper ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika sabiex naraw kif il-prinċipji u l-proposti jkunu milqugħa minn dawk il-partijiet interessati u niksbu opinjonijiet u suġġerimenti ta’ kif din ir-riforma għandha tiġi implimentata. Niġbed l-attenzjoni li l-ewwel proposta tinkludi t-twaqqif ta’ Awtorità responsabbli minn dan il-qasam u li din ser tkun qed tiġi fdata sabiex timplimenta din ir-riforma billi tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll u inċentivi, inkluż dawk li hemm referenza għalihom fil-White Paper. Għalhekk, huwa prematur li jingħataw dettalji f’dan l-istadju.
Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – Proposta Nru 4 – Kategoriji ta’ Standard Output
Question
Jista' l-Ministru jelabora fuq proposta Nru 4 tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li tgħid li se jinħolqu kategoriji differenti fil-konfront tal-iStandard Output tal-bdiewa? X'se jkunu l-parametri li jiddefinixxu kategorija minn oħra?
Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – proċess ta’ evalwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jindika l-proċess ta' evalwazzjoni li qed jiġi propost biex jintuża mill-Awtorità proposta fil-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’? Min qed jipprepara dan il-proċess ta' evalwazzjoni u x'esperjenza għandu fil-qasam tal-evalwazzjonijiet?
Riforma fil-Qasam tar-Raba’ — xiri ta’ raba’ agrikola mingħand il-privat
Question
B’referenza għall-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-Awtorità mwaqqfa mill-Gvern skont punt 6 tal-imsemmija White Paper tista' tiġi offruta tixtri mingħand il-privat raba’ agrikola?
Jista’ l-Ministru jelabora fuq punt 6 tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’ li jgħid li l-privat jista’ joffri r-raba’ tiegħu għall-bejgħ lill-Awtorità proposta fl-istess White Paper f'punt Nru 1? Dan ifisser li din l-Awtorità se jkollha diskrezzjoni tixtrix l-art jew le? Jekk iva, abbażi ta' xiex tiddeċiedi tixtrix? Biex l-Awtorità tixtri r-rabà minghand il-privat irid ikun hemm kunsens mis-sid ta' dan ir-raba’ li jkun irid ibigħ lill-Awtorità, jew l-Awtorità tista’ tobbliga lis-sid biex ibigħilha r-raba’?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħal Qormi tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti Ħal Luqa tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time, residenti s-Siġġiewi, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu mill-Ministeru tiegħu biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fl-Imġarr, Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.