Kumpanijiet – notifika ta’ konċentrazzjoni — status
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tan-notifika ta’ konċentrazzjoni li saret miż-żewġ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament f’Ġunju 2017? Saru xi kummenti ossia oġġezzjonijiet a tenur tar-regolament 5 ta’ L.S. 379.08 Dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Jekk saru, kemm kienu u minn min?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif ġie mħabbar fit-12 ta’ Lulju 2017, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien fetaħ l-proċedimenti rigward il-konċentrazzjoni notifikata ai termini tar-regolamenti 6(1)(iii) tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet.
Ninsab infurmat li fil-perijodu kontemplat f’regolament 5 tar- regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rċieva erba’ osservazzjonijiet kif elenkat hawn taht:
· - mingħand kompetitur taż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw parti mill-konċentrazzjoni notifikata,
· - minn għaqda li tirrapreżenta lil-konsumaturi ,
· - minn persuna barranija li toffri konsulenza u
· - mir-regolatur tas-settur koncernat.
Tibdil leġiżlattiv fil-Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux se jsir xi tibdil leġislattiv fir-rigward tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679? Jekk se jsir, x’inhuma l-miżuri kontemplati l-aktar fir-rigward tal-qafas regolatorju?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2016 il-Gvern ifforma grupp strateġiku iffurmat minn rappreżentanti tal-ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Il-mandat ta’ dan il-grupp huwa li jirrevedi u jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Kap.440) skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li jgħidu fejn Stat Membru jista’ jew inkella għandu jilleġisla, kif ukoll jagħmluha ċara illi m’għandux ikun hemm provvedimenti fil-liġi domestika li jirrepplikaw it-test tar-Regolament (UE) 2016/679. Dan minħabba l-fatt illi tali strument legali jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Ix-xogħol ta’ dan il-grupp fuq dan l-abbozz jinstab fi stadju avvanzat ħafna.
Jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li qed jittieħdu mill-Gvern fir-rigward ta’ tħaddim eventwali tar-Regolament (UE) 2016/679 li allura jibda japplika minn Mejju tal-2018, b’mod partikolari biex jassigura li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat jieħu l-miżuri neċessarji f’waqthom u jkunu preparati?
Response (BONNICI, OWEN)
Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qiegħed iqajjem kuxjenza u jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ fuq dan l-istrument legali billi:
- b’mod regolari, jpoġġi fuq sezzjoni dedikata tal-portal (idpc.org.mt), informazzjoni ġenerali u linji gwida maħruġa mill-Article 29 Data Protection Working Party, li l-Kummissarju huwa membru fi ħdanu, fuq il-General Data Protection Regulation;
- jattendi u jagħti preżentazzjonijiet f’diversi konferenzi, fl-laqgħat organiżżati minn korpi kostitwiti, kif ukoll meta jkun mitlub kemm minn dipartimenti/enti pubbliċi kif ukoll minn kumpaniji privati;
- jżomm laqgħat mitluba mill-varji setturi fir-rigward tal-impatt li tali regolament ser ikollu fuq l-operat tagħhom;
- jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet sabiex jiġu żviluppati linji gwida jew inkella jiġu emendati dawk eżistenti;
- jirrispondi domandi li jsiru minn individwi kif ukoll minn kontrolluri tad-data permezz tal-telefon jew tal-posta elettrronika;
- jipparteċipa fuq programmi tar-radju u tat-televiżjoni.
Infurmat ukoll, li s-Servizz Pubbliku għandu Data Protection Unit stabbilit fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li parti mix-xogħol tiegħu huwa li jassisti lid-dipartimeti u ministeri fuq kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data kif ukoll ixerred tagħrif ġenerali fuq din il-liġi kif ikun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġimgħa wara l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju 2017 ġiet trasferita minn Heritage Malta fejn kienet ilha s-snin għal Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija? Min ordna dan it-transfer?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din il-persuna ġiet mgħajta lura minn ma’ Heritage Malta mill-amministrazzjoni ċentrali tas-servizz pubbliku minħabba esiġenzi tas-servizz.
Tal-Pietà – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà qiegħdin jiġu murija fit-tabelli t’hawn taħt.
2016
XogħolTriq / ToroqResponsabbli minnu€
Sistema ġdida ta’ dawlĠnien Sa MaisonMica Med47,328
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
XogħolTriq / ToroqResponsabbli minnu€
Tibdil ta' lamp postsĠnien Marina (Torpedo Depot)Mica Med 73,750
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq safar mill-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà li n-nefqa tiegħu fuq safar matul is-sena 2016 kienet ta’ €1,466.80 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru kienet ta’ €772.42
Santa Venera – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera qed tiġi murija fit-tabelli t’hawn taħt.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq ¯onqor
Central Asphalt Ltd
75,116.85
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Parti minn Triq Misraħ il-Barrieri
Central Asphalt Ltd
187,656.42
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Marzu - Lulju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq Qormi
Central Asphalt Ltd
82,686.15
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq il-Kbira San Ġu¿epp
Central Asphalt Ltd
92,215.13
Kunsilli Lokali taż-Żejtun, Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk – inizjattivi rigward faqar u esklużjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ħadu l-Kunsilli Lokali taż-Żejtun, Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk sabiex itaffu l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali f’dawn il-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li wettaq diversi ħidmiet u inizjattivi bl-iskop li jtaffi l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Fost dawn kollaborazzjoni mal-Istitut Paolo Freire sabiex jgħin tfal jgħelbu l-illitteriżmu, sostenn lid-djar li jospitaw persuni b’diżabilità, fetaħ Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal matul il-jum, u nieda taħriġ bl-isem Għaqal id-Dar b’taħriġ dwar maniġġjar tal-ħin fost l-oħrajn. Dan waqt li jagħti sostenn fil-komunità fuq bazi individwali meta dan jintalab jew meta jiġi nnuntat li hemm il-bżonn.
Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li jipprovdi servizzi ta counsellor b’xejn li jiltaqa’ kull ġimgħa ma residenti fil-bżonn.
Filwaqt li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq tennew li għalkemm mhux konxji ta’ esklużjoni soċjali fil-lokalitàjiet madankollu dawn il-Kunsilli Lokali jorganizzaw diversi korsijiet li jgħinu sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni fil-komunità lokali, fosthom korsijiet fl-użu tal-computer u artiġġjanat b’konkorrenza tajba u attendenza varjata.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija liema lista normalment tiġi ppubblikata sa Awwissu ta’ kull sena? Jista’ jgħid għaliex, din is-sena, il-lista damet daqstant biex tiġi ppubblikata u filfatt għadha mhix pubblika? Jista’ jgħid meta se tiġi ppubblikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjonijiet dwar l-operat tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż rapporti tal-Bord ta’ Governanza, matul din il-Leġiżlatura tal-Kunsill? X’irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kull rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sar rapport mill-Bord tal-Governanza dwar il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, liema rapport kien ippublikat f’Settembru ta’ din is-sena u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ukoll wettaq xi stħarriġ dwar il-ħidma tal-istess Kunsill Lokali. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dan l-istħarriġ mill-Monitoring Unit.
Attachments:PQ 2572 Paper Laid.pdf2572 Paper Laid.docx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Kumitat Amministrattiv ta’ Burmarrad matul din il-Leġiżlatura u d-dati ta’ meta saru dawn il-laqgħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul din il-leġislatura, , issejħet laqgħa waħda tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Burmarrd. Din il-laqgħa ssejħet għall-Ħamis 12 ta’ Ottubru 2017, madankollu ma saritx peress li ma ntlaħaqx quorom. Intant infurmat li ssejħet laqgħa oħra għat-Tlieta 28 ta’ Novembru 2017.
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ilu jwissi lil dan il-Kumitat Amministrattiv, tramite il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, dwar dan in-nuqqas għal xhur sħaħ sa minn meta kien kostitwit permezz tal-elezzjonijiet lokali li kienu saru fl-24 ta’ Mejju 2014.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir sabiex individwu li tkeċċa 'l barra mid-dar b'sentenza tal-Qorti tal-Familja u li issa qed jgħix fil-karozza jkollu saqaf fejn joqgħod peress li f'din iċ-ċirkostanza, dan l-individwu qed iħallas il-manteniment u fl-istess waqt ma jistax jidħol id-dar għal ebda raġuni? Jista' jgħid kemm hemm persuni li ngħatat sentenza fejn dawn il-persuni ma jistgħux jidħlu aktar f'darhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda statistika ta’ kemm persuni jiġu ordnati mill-Qorti biex jallontanaw mid-dar konjogali. Rigward l-individwu msemmi fil-mistoqsija naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li l-Onorabbli Qorti hija indipendenti u awtonoma u f'dan il-każ ir-responsabilità tagħha hi li tagħti sentenza li jidhrilha xierqa skont il-ligi.
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, matul is-sena 2016 u s-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Furjana – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Furjana fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-segwenti tabella turi l-informazzjoni hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Floriana.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Frar
Upgrading ta’
bankini fl-inħawi
ta’ Balzunetta
Triq
il-Konservatorju
Road Servicing Ltd
8,941
April
High Friction Surface
Triq il-Fosos
Bonnici Brothers
1,605
Lulju
Resurfacing qrib
Binja Vilhena
Pjazza Sir Luigi Preziosi
Road Servicing Ltd
20,425
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Lulju
Xogħol ta’ trenching
u resufacing
Triq Lopez,
Triq Vilhena u
Triq l-Isqof
Mauro Caruana
Road Servicing Ltd
59,608
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq safar mill-Kunsill Lokali tal-Furjana fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li n-nefqa tiegħu fuq safar matul is-sena 2016 kienet ta’ €1,040.00 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru kienet ta’ €2,020.90.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
It-tabelli hawn taħt juru l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Frar
Għoti tat-Tarmak
Triq is-Sajjieda
Central Asphalt
41,243.25
Awwissu
Bankini
Diversi toroq
Karmig
17,061.21
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Awwissu
Bankini
Diversi toroq
Karmig
19,813.03
Ottubru
Bankini
Diversi toroq
Karmig
6,291.57
Ottubru
Għoti tat-Tarmak
Triq it-Tiġrija
Central Asphalt
96,394.18