B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17801, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-direct orders mogħtija mill-Ministeru tiegħu tul l-2020 bħala informazzjoni mitluba minnu kif jistabbilixxu r-rulings tal-Ispeaker tal-istess Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17800, jista’ l-Ministru jwieġeb u jagħti l-informazzjoni aktar speċifika u konkreta dwar jekk hux se tingħata wiċċ ġdid lit-triq ta' Għajn Damma li mix-Xagħra twassal lejn Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17800.
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19423 u 14244, jista' l-Ministru jispeċifika l-post fejn il-funtana msemmiha ser terġa’ tiġi nstallata? Jista' jgħid ukoll jekk it-tneħħija tal-funtana minn Pjazza San Franġisk imurx kontra l-ftehim li l-Gvern kellu mas-sidien oriġinali tal-istess funtana?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numru 19423 u 14244, inżid li sa issa, l-Ministeru għadu qed jara fejn l-aħjar li tiġi installata l-imsemmija funtana.
Ministeru għal Għawdex – Fondi Strutturali u Fondi ta’ Koeżjoni Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koeżjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa' fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Marsalforn – Turġien li jagħtu mit-Triq ta’ Barda għal Triq Santa Marija – aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar s'issa fir-rigward tal-aċċessibilita' għall-anzjani u persuni b’diżabilità għat-turġien li jagħtu mit-triq ta' Barda għal Triq Santa Marija, Marsalforn wara li saret il-mistoqsija numru 17170?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li kont tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17170.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex – post
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed topera l-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex? Jista' jgħid kemm qed jitħallas kera kull xahar għall-post li minnu qed topera din l-Awtorità? Jista' jgħid kemm-il metru kwadru ta' uffiċċini kriet din l-Awtorità u minn għand min kriethom? Jista' jgħid għal kemm żmien inkera dan il-post? Minn fejn hemm il-ħsieb li topera b'mod permanenti din l-Awtorità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex qed topera mill-bini tal-Innovation Hub, li jinsab fi Triq il-Pitkalija, ix-Xewkija. L-użu tal-post - abbażi ta’ temporary agreement - hu ta’ €1,991.25 (exl. VAT) fix-xahar. L-użu tal-post hu fuq bażi ta ‘temporary agreement’ minn xahar għal xahar suġġet għal ‘encroachment fee’. Apparti hekk, il-GRDA qed tuża madwar 177 metru kwadru minn għand Indis Malta. Bħalissa l-Awtorita qed tagħmel l-evalwazzjonijiet tagħha, għal post permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta u kemm ser ikun hemm pontoons fil-Port tal-Imġarr f'Għawdex li mhux ser ikunu operati mill-kuntrattur privat? Jista' jgħid kemm minn dawn ser ikunu għas-sajjieda, kemm għall-sajjieda full time u kemm għal dawk part time? Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li jiġu allokati dawn il-pontoons?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 18370 u jgħid kemm hemm impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku skont il-grad fil-Ministeru tiegħu? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm impjegati li mhumiex fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku u qed jagħmlu xogħol tas-Servizz Ġenerali? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 20110 Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku.pdf
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Community Scheme Workers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16997 u 18105 u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021 mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 19719.
Ministeru għal Għawdex – sejħiet għal kiri ta’ postijiet għall-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ħmistax f'żewġ gazzetti partikolari dehru żewġ sejħiet differenti tal-Ministeru għal Għawdex biex jinkrew postijiet għall-Ministeru għal Għawdex u li t-tnejn jagħlqu fid-9 ta' April 2021: i) 'Publication of Tender for Leasing of Premises by the Ministry for Gozo'. ii) 'Publication of Tenders for Leasing of Office Spaces in Gozo and Malta and a Warehouse in Gozo'? Jista’ jgħid liema huwa l-avviż it-tajjeb minn dawn it-tnejn? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fl-ewwel avviż hemm miktub li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa biex jikri ħames postijiet differenti u fl-ieħor hemm miktub li l-Ministeru għal Għawdex irid jikri seba’ postijiet differenti? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fuq il-website www.etenders.gov.mt jidhru biss ħames sejħiet għall-kiri ta' postijiet u mhux seba'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħiet għall-offerti msemmija huma ħamsa kif jidhru fuq il-websajt uffiċjali tat-tendersu fuq diversi gazzetti. Ninsab infurmat li l-avviż li jsemmi seba’ offerti kien żball tal-istampatur li ġie kkoreġut f’ħarġa oħra tal-istess gazzetta.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 18073 u jgħid kemm kien il-bejgħ mill-Pitkalija f'Għawdex sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pitkalija f’Għawdex waqfet topera wara Diċembru 2012. Il-bejgħ fl-2011 kien ta’ €58,884.55 u fl-2012 kien ta’ €44,113. Ir-rekords ta’ bejgħ jinżammu għal perjodu ta’ għaxar snin u għaldaqstant l-informazzjoni għas-sena 2010 mhix disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta ser ikun qed isir ix-xogħol fuq Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll hux ser isir is-servizz tad-drenaġġ f’dik il-parti tat-triq fejn hemm id-djar residenzjali u li ma fihiex dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għaddej b’diskuzzjonijiet mal-entitajiet kollha neċessarji u kif qed jibni l-ħitan tas-sejjieħ wara snin twal ta’ abbandun, se jkun qed jieħu l-aħjar deċizzjonijiet għan-Nadurin.
Ministeru għal Għawdex – Restoration and Maintenance Directorate – tender
Question
B’referenza għat-tender li ħarġet reċentament mill-Ministeru tiegħu li hi 'Framework agreement for the supply and delivery of rubble stones to the Restoration and Maintenance Directorate, Ministry for Gozo on a period contract basis' jista’ l-Ministru jgħid min fil-passat kien joffri dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ġebel tas-sejjiegħ u kemm intuża minnu sena b'sena mit-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fuq ix-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex f’dawn l-aħħar erba’ snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew b’tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-amministrazzjoni ta' din ix-shooting range mill-Gozo Clay Target Association? Jista’ jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'din ix-shooting range u min ħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema, sena b'sena għal dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanat li jsir fix-xhur li ġejjin f'din ix-shooting range?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu fuq parti minn Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Xewkija Għawdex – bitħa tal-cold stores – coach ipparkjata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-bitħa tal-Cold Stores fix-Xewkija Għawdex, qed ikun hemm ipparkjata coach (xarabank)? Jista’ jgħid ta’ min hi din il-coach? Jista’ jgħid din il-coach għaliex qed tinżamm f’din il-bitħa tal-Cold Stores? Għalxiex ser tibda tintuża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dik hija vettura tal-Ministeru għal Għawdex fi propjetà tal-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għal Għawdex – binjiet ġodda mikrija mingħand il-privat
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18173, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn it-tliet binjiet ġodda (triq u raħal) mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn it-tliet binjiet ġodda mikrija mill-privat? Jista’ jgħid b’liema mod inkrew dawn il-postijiet, meta u fejn ħarġet is-sejħa biex jinkrew dan it-tliet postijiet, għal kemm-il sena inkrew kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet u x'kera qed titħallas għal kull wieħed minn dawn it-tliet postijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – Services Gozo Directorate – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mis-Services Gozo Directorate fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tas-Services Gozo Directorate mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-Direttorat ikopri diversi sezzjonijiet fil-Ministeru għal Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.