Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ċittadinanzi li ġew approvati matul l-2011? Kemm minnhom kienu abbażi ta' ċittadinanza doppja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011, 988 persuna ġew reġistrati filwaqt 92 persuna ġew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn wara l-emendi għal-liġijiet taċ-Ċittadinanza mis-sena 2000, kull persuna li takkwista ċ-ċittadinanza Maltija għandha dritt iżomm kull ċittadinanza barranija oħra li jkollha jew li tista' takkwista fil-futur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' talbiet għaċ-ċittadinanza doppja u/jew xorta oħra pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 31532 fejn għandha x'taqsam il-kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja, ninsab infurmat lid-Dipartiment taċ-Cittadinanza u tal-Expatriates sal-aħħar ta' Jannar kien qed jipproċessa 1048 applikazzjoni mingħand persuni, li fil maġġoranza tagħhom qed jgħixu barra minn Malta, sabiex jiġu reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta' Malta.
Applikazzjonijiet approvati għaċ-ċittadinanza Maltija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta' Jannar 2011 sas-26 ta' Jannar 2012 xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Nefqa globali fuq mobile phones
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30636, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-persuni li għandhom mobile? Xi grad għandhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Alliance of Civilisations Conference — rappreżentat ta' Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min irrappreżenta lil Malta fir-raba' laqgħa tal-Alliance of Civilisations Conference?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta ġiet rappreżentata mid-Direttriċi responsabbli mid-Direttorat għall-Mediterran u Relazzjonijiet Esterni . Hi kienet akkumpanjata mill-Focal Point fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin responsabbli għall-"Alliance of Civilisations".
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Viċi Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2009?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 25234.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar safar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Viċi Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2010?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 25234.
Deċiżjoni dwar l-għeluq tal-Ambaxxata Portugiża f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar id-deċiżjoni tal-gvern tal-Portugall li jagħlaq l-ambaxxata tiegħu f’pajjiżna? Jista' jgħid x’raġuni wasslet lill-gvern Portugiż biex jieħu din id-deċiżjoni? Jista' jgħid għaliex Malta hija l-uniku pajjiż membru taż-żona Ewro li fih il-Portugall se jkun qed jagħlaq l-ambaxxata tiegħu fih? Jista' jgħid kienx hemm laqgħat bejn il-gvern Malti u dak Portugiż qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni? Jista jgħid x’arranġamenti alternattivi se jkunu qed isiru għal dawk li huma relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Portugall?
Response (BORG, TONIO)
Ir-raġunijiet għall-egħluq tal-ambaxxata tal-Portugall f'Malta huma riflessi f'Note Verbale 75/2011 datat 21 ta' Novembru 2011. F'dan in-Note Verable, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Portugiż ikkonferma li kien se jagħlaq temporanjament l-Ambaxxata tal-Portugall f'Malta minħabba dak li sejjaħ 'restrizzjonijiet konsiderevoli tal-Budget nazzjonali' kif ukoll 'il-bzonn sabiex, l-Portugall jaderixxi għall-obbligi ntrodotti mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali u l-pjan ta' awsterita li ġie ntrodott fl-isfond ta' dawn l-obbligi.'
Dana ġie konfermat kemm mill-Ambaxxatur Portugiż, kif ukoll mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Portugall.
Tajjeb wieħed jinnota li minbarra l-għeluq tal-Ambaxxata tiegħu f'Malta, il-Portugall se jagħlaq ukoll l-Ambaxxata tiegħu f'Andorra, l-Estonja, l-Latvja, l-Litwanja, l-Kenja u l-Bosnija. Barra minn hekk, il-Viċi Konsolati li l-Portugall għandu fi Frankfurt, Osnabruck, Clermont-Ferrant, Nantes u Lille se jkun amalgamati mal-Konsolati li hemm fi Stuttgart, Dusseldorf, Lyon u Pariġi.
Il-Portugall se jkopri relazzjonijiet dipolmatiċi tiegħu mill-ambaxxata tiegħu f'Ruma.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta’ karozzi mixtrija mill-Ministeru tiegħu u minn dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, aġenziji eċċ li jaqgħu taħtu mill-2008 sal-2011 għal uffiċjali fil-gradi ta’ chairpersons, diretturi ġenerali, kapijiet eżekuttivi u diretturi? Jista' jgħid x’mudell kienet kull karozza? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull karozza? Jista' jgħid f’liema grad kienu l-uffiċjali li għalihom inxtrat kull karozza? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel fuq kull waħda minn dawn il-karozzi, sena b’sena b’mod separat?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tweġiba fuq il-Mejda tal-Kamra.
nazzjonalità ta' persuni barranin li għandhom residenza u impjieg f'Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huma l-persuni barranin li għandhom permess ta' residenza u ta' impjieg f'Malta? Jista' jagħti breakdown ta' liema nazzjonalità huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permessi ta' residenza jinħarġu mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates lill-persuni li għandhom in-nazzjonalita' ta' pajjiżi terzi. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, Tabella A li turi n-numru u n-nazzjonalita' ta' dawn il-barranin li bħalissa għandhom dan il-permezz, kif ukoll Tabella B li turi n-numru ta' barranin li għandhom awtorizzazzjoni temporarja sabiex joqoghdu f'Malta sakemm tiġi pproċessata t-talba tagħhom għall-permess ta' residenza.
Dwar informazzjoni relatata ma' kemm barranin għandhom permess ta' impjieġ nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin iwieġeb mistoqsija parlamentari 30816 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-post fejn jinħażen l-ikel tal-Ewropea hux post tajjeb għall-ħażna tal-ikel? Jista' jgħid kemm ingħataw f'valur ta' flus għall-ikel tal-Ewropa minn kemm ilu li beda jingħata dan l-ikel? Kemm se jingħataw għas-sena 2012?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru m'għandux ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' back office.
Fid-dawl ta' rapporti li dehru fissezzjoni tal-istampa lokali dwar allegazzjonijiet ta' abbużi fil-ħruġ ta' visas Schengen min-naħa tal-Ambaxxata Maltija fi Tripli, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarux investigazzjonijiet indipendenti dwar dawn l-allegazzjonijiet u meta kien l-ewwel darba li l-Gvern bdew jaslulu rapporti dwar allegazzjonijiet simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull allegazzjoni li saret, anke jekk mhux pruvata, ġiet mgħoddija lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrani jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iż-żmien imsemmi fil-mistoqsija ma ngħatawx tendersli l-valur tagħhom ammonta għal aktar minn miljun ewro.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeruu dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones(kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill- Onorevoli interpellant li n-nefqa globali fil-Head Office, Direttorati u Dipartimenti fi tnax il-xahar, Ottubru 2010 sa' Settembru 2011 ammontat għal €34,073 u dik fit-tletin (30) Ambaxxata, Konsolat u Uffiċċji Rappreżentativi ammontat għal €143,611. Ix-xiri ta' sets ammonta għal €248.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — nefqa globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa globali fil-Head Office, Direttorati u Dipartimenti fi tnax-il xahar, Ottubru 2010 sa' Settembru 2011 ammontat għal .€14,102 u dik fit-tletin (30) Ambaxxata, Konsolat u Uffiċċji Rappreżentativi ammontat għal €42,710
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lil din il-Kamra kemm jirċievi pajjiżna mit-tariffa li tkun imħallsa mill-applikant, meta tiġi ppreżentata applikazzjoni ta' visa ma' konsolat jew ambaxxatur, ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Italja, Spanja, Franza u l-Awstrija?
Response (BORG, TONIO)
F'każijiet fejn l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' visa ssir f'konsolat jew Ambaxxata tal-Italja. Spanja, Franza jew tal-Awstrija, pajjiżna ma' jirċeviex l-ebda parti mit-tariffa li tkun mħallsa. L-istess jiġri meta applikazzjoni għall-ħrug ta' viża issir f'Ambaxxata jew Konsolat ta' Malta għan-nom ta' pajjiż ieħor fiż-żona Schengen.
Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni f'konsolat jew ambaxxata fl-Italja, Franza, Spanja u l-Awstrija għal ħruġ ta' visas, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħarraf lill-Kamra jekk f'tali każ, ikunx il-Gvern ta' Malta li jiddeċiedi każ bħal dan, jew hux dak il-pajjiż li miegħu tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-visa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta ssir applikazzjoni għal ħrug ta' visa għall-Malta f'Konsulat jew Ambaxxata tal-Italja, Franza, Spanja u l-Awstrija, il-pajjizi konċernat li magħhom ġiet iffirmata representation agreement, jiddiċiedi il-każ b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' Malta u skond l-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti tax-Schengen.
Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea — salarju u pakkett finanzjarju
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu s-salarju u l-pakkett finanzjarju marbut miegħu (li jinkludi extras, allowances u perks) li għandu dritt għalihom u li jieħu l-Ambaxxatur Estrawdinarju u Plenipotenzjarju u Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea l-Eċċellenza Tiegħu is-Sur Richard Cachia Caruana? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg tiegħu, li jinkludi t-termini u kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill- Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15976