Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 948 u jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar xi ħaġa oħra għajr nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien is-suġġett ta’ dawn l-akkużi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’akkużi li daħħlu fil-konfront tal-istazzjonijiet lokali tar-radju u t-televizjoni u li għalihom nstabu ħatja huwa kif ninsab nfurmat kif ġej :
Sena Akkużi
2023 14
2024 15
2025 8
Awtorità tax-Xandir – Akkużi – Nuqqas ta’ bilanċ/parzjalità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 947 u jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’akkużi maħruġa dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità huwa kif ġej:
SENA Deċiżjoni
2023 Akkuża waħda imma l-istazzjon involut ma nstabx ħati
2024 5 akkużi
2025 Ma nħarġux akkużi
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Uffiċċju u l-entitajiet tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-azzjonijiet relatati mal-użu tal-IA diġa ’qed jiġu ggwidati minn oqfsa rilevanti ta’ politika tal-governanza u tal-informatika fosthom l-istrateġija tal-Gvern dwar l-AI. Filwaqt li l-gvern qed ikompli jikkonsolida l-politika interna tiegħu dwar l-AI u qafas ta’ gwida generali. Din il-ħidma hija allinjata mal-Att tal-UE dwar l-AI, mal-qafas nazzjonali ta’ governanza tal-AI, mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u tas-sikurezza ċibernetika, u mal-qafas ta’ politika tal-GMICT, inkluża l-Politika dwar l-użu tal-Għodod tal-IA ġenerattiva (GMICT P0123). Din tifforma wkoll parti minn approċċ koordinat li jinvolvi l-funzjoni tal-Uffiċjal ewlieni tal-AI, it-twaqqif tal-AI Governance Unit, it-twaqqif tal-Kunsill tal-Governanza tal-AI u ta’ strutturi oħra bħall-MDIA u l-MITA biex jappoġġaw l-użu legali, responsabbli u trasparenti tal-AI.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 489 u 995 u jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex persuna tinnomina lil xi ħadd għal konsiderazzjoni biex jingħata Ġieħ ir-Repubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interepellant għas-sit elettroniku
https://opm.gov.mt/useful-links-mt/sistema-ta-unuri-u-ghotjiet/
fejn il-proċess kif ukoll l-formola ta’ nomininazzjoni jinsabu f’dan il-link li kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 491 fl-intier tagħha u jipprovdi tabella li turi, għal kull sezzjoni jew entità fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku, in-numru ta’ ħaddiema assenjati, in-numru ta’ ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot, u r-raġuni għaliex?
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 490 u jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 489 u jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra x-xandara li nstemgħu mill-Awtorità tax-Xandir fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu minħabba allegat nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar xi ħaġa oħra għajr nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien is-suġġett ta’ dawn l-akkużi?
Awtorità tax-Xandir – Akkużi – Nuqqas ta’ bilanċ/parzjalità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Awtorità tax-Xandir li xogħolhom huwa li jagħmlu monitoraġġ ta’ dak li jkun qed jixxandar mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm sitt (6) impjegati jagħmlu xogħol ta’ monitoraġġ fl-Awtorità tax-Xandir.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Uffiċċju u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bħalissa qed tiġi stabbilita bażi strutturata għall-kejl tal-użu u l-impatt tal-AI fi ħdan il-Gvern permezz tal-funzjoni taċ-Chief AI Officer, il-ħolqien tal-AI Governance Unit u l-AI Governance Council, flimkien mal-koordinazzjoni ġenerali ma’ korpi nazzjonali bħall-MDIA u l-MITA. Din il-ħidma hija allinjata mal-Istrateġija tal-AI ta’ Malta, l-Att tal-AI tal-UE, il-qafas nazzjonali ta’ governanza tal-AI, u l-politiki applikabbli tal-ICT tal-Gvern, inkluż GMICT P0123. Dan jinkludi l-immappjar ta’ inizjattivi relatati mal-AI, il-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskop, tar-riskju u tal-governanza, u l-iżvilupp ta’ indikaturi li jkopru l-identifikazzjoni tas-sistema, il-klassifikazzjoni, l-allinjament legali, tal-politika, taċ-ċibersikurezza u tal-protezzjoni tad-data, is-sensibilizzazzjoni tal-uffiċjali, l-impatt operazzjonali, u r-riskji identifikati u indirizzati.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti b’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet dwar xiex kellhom bżonn l-għajnuna meta rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li din l-informazzjoni hija ta’materja privata u sensitiva.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ kumpens/għajnuna hi mistennija li tingħata lil dawk li sofrew ħsarat wara l-isplużjoni fil-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Gvern diġà pprovda għajnuna lill-bdiewa affettwati bħala parti mill-miżuri prekawzjonarji meħuda biex tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ikel. Ingħata kumpens għall-prodott agrikolu li kellu jinqered jew li nġabar sabiex isiru kampjuni u analiżi fil-laboratorji. Dawn il-miżuri kienu meħtieġa sabiex isiru l-valutazzjonijiet neċessarji relatati mas-sigurtà tal-ikel, filwaqt li naqqsu kemm jista' jkun l-impatt finanzjarju fuq il-bdiewa milquta.
Fir-rigward ta' kull assistenza jew kumpens ieħor marbut mal-ħsarat ikkawżati mill-isplużjoni, bħalissa għadha għaddejja l-inkjesta maġisterjali dwar il-każ. Għaldaqstant, il-Gvern ser jistenna l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta qabel jikkunsidra kwalunkwe miżura ulterjuri, dejjem skont dak li tipprovdi l-liġi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mis-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) matul l-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.