Allied Health Professionals - Ħlasijiet għal sigħat żejda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3199 u jgħid meta ser jitħallsu l-Allied Health Professionals li qed jaħdmu sigħat żejda barra l-ħin tagħhom biex jinqatgħu l-listi ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll għaliex, minkejja li dan ix-xogħol beda fil-bidu tas-sena, sal-lum dawn il-professjonisti għadhom ma tħallsux?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 749 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa ingaġġa l-għajnuna tal-kumpaniji KPMG u EY għall-konsulenzi u xogħlijiet ta’ preparazzjoni dwar it-Tranżformazzjonijiet Diġitali fis-settur tas-Saħħa Pubbliku, skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu l-isptar, u kemm minnhom tilfu ħajjithom fl-isptar u barra, minħabba sħana (hyperthermia) fil-heatwave ta' Lulju 2026 u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b'ġurnata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema administrattiva tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi ġewwa l-emerġenza kien jammonta għal 179, li minnhom 89 ġew ammessi fi swali.
Skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, in-numru ta’ persuni li mietu b’konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta u Għawdex matul ix-xahar ta’ Lulju 2026 kien ta’ għoxrin, bi tlieta minnhom imutu fl-isptar. Fil-każijiet kollha, il-pazjenti kellhom kundizzjonijiet mediċi oħra li setgħu ikkontribwew għall-mewt tagħhom.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972, 3306 u 3500 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2763, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar Mater Dei għandhomx kundizzjonijiet differenti mill-ħaddiema tal-kuntrattur fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2672 u jgħid kemm qed jgħixu persuni bil-kundizzjoni tad-dijabete f’Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li hemm 45,551 persuna li qed jgħixu bil-kundizzjoni tad-dijabete.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3290 u jgħid kemm huwa l-headcount tal-professjonisti tal-allied health, maqsuma skont il-professjoni, u kemm huwa l-full-time equivalent għal kull professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-headcount totali tal-Allied Health Professionals huwa ta’ 1,431 impjegat, b’Full-Time Equivalent (FTE) ta’ 1,377.185.
Allied Health Professionals li rritornaw mill-unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3289 u jgħid kemm daħlu lura Allied Health Professionals li kienu fuq unpaid leave f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma professjoni professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ Allied Health Professionals li daħlu lura wara li kienu fuq unpaid leave huwa kif ġej:
53 fl-2021; 42 fl-2022; 52 fl-2023; 51 fl-2024; u 61 fl-2025.
Il-professjonijiet kienu jinkludi Audiologists, Dental Hygienists, Dental Technicians, Dieticians, Medical Laboratory Scientists, Nutritional Therapists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists, Radiographers u Speech and Language Pathologists.
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal telework
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3288 u jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal sigħat ta’ telework, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi illi fis-snin 2024, 2025 u 2026 daħlu dawn l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal telework:
Fl-2024, l-applikazzjonijiet kienu ta’ 2 Medical Laboratory Scientists, 3 Nutritional Therapists, 10 Occupational Therapists, Physiotherapist wieħed, u 36 Speech and Language Pathologists.
Fl-2025, l-applikazzjonijiet kienu minn Medical Laboratory Scientist wieħed, 3 Nutritional Therapists, 15-il Occupational Therapist, Physiotherapist wieħed u 44 Speech and Language Pathologists.
Fl-2026, l-applikazzjonijiet kienu jinkludu 2 Medical Laboratory Scientists, 3 Nutritional Therapists, 11-il Occupational Therapist, 2 Physiotherapists, Radiographer wieħed u 46 Speech and Language Pathologists.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu rapporti dwar il-preżenza ta’ ġrieden fil-lokalità tax-Xgħajra matul l-aħħar sena? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ttieħdu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li, matul din is-sena, it-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċeviet erba’ lmenti relatati mal-preżenza ta’ ġrieden fil-lokalità tax-Xgħajra. Wara kull ilment, il-ħaddiema tal-Pest Control Unit ħadu l-miżuri meħtieġa billi wettqu trattament għall-kontroll tal-ġrieden fi żmien ftit jiem minn meta ġie riċevut l-ilment rispettiv. Dan apparti trattament iehor li jkun skedat matul is-sena.
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal career break
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3287 u jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal career break, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi illi fis-snin 2024, 2025 u 2026 daħlu dawn l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal career break:
Fl-2024, l-applikazzjonijiet kienu ta’ Occupational Therapist wieħed, 2 Physiotherapists, Podiatrist wieħed u 3 Speech and Language Pathologists.
Fl-2025, l-applikazzjonijiet kienu minn 5 Occupational Therapists, 3 Physiotherapists, 2 Podiatrists u 7 Speech and Language Pathologists.
Fl-2026, l-applikazzjonijiet kienu jinkludu 5 Occupational Therapists, 3 Physiotherapists u 2 Podiatrists.
Allied Health Professionals – Applikazzjonijiet għal unpaid leave
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3286 u jgħid kemm hemm Allied Health Professionals li applikaw għal unpaid leave, maqsuma professjoni professjoni, fis-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2024, 2025 u 2026 daħlu dawn l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal unpaid leave:
Fl-2024, l-applikazzjonijiet kienu ta’ 2 Audiologists, 12-il Dietician, 14-il Medical Laboratory Scientist, Nutritional Therapist wieħed, 10 Occupational Therapists, 12-il Physiotherapist, 5 Podiatrists, 9 Radiographers u 13-il Speech and Language Pathologist.
Fl-2025, l-applikazzjonijiet kienu minn Audiologist wieħed, 2 Dental Technicians, 3 Dieticians, 10 Medical Laboratory Scientists, 9 Occupational Therapists, 12-il Physiotherapist, Podiatrist wieħed, 14-il Radiographer u 15-il Speech and Language Pathologist.
Fl-2026, l-applikazzjonijiet kienu jinkludu 16-il Dental Technician, 7 Dieticians, 12-il Medical Laboratory Scientist, Orthoptist wieħed, 6 Occupational Therapists, 17-il Physiotherapist, Podiatrist wieħed, 5 Radiographers u 14-il Speech and Language Pathologist.
Awtoritajiet tas-saħħa – Interoperabbiltà u titjib fis-sistemi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri qed jittieħdu jew qed jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex titjieb l-interoperabbiltà bejn is-sistemi elettroniċi tal-isptarijiet u jitnaqqas id-dipendenza fuq aġġornamenti manwali? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet għal sistemi awtomatizzati ta’ notifika, tqabbil tad-data jew kontrolli oħra li jidentifikaw diskrepanzi u jipprevjenu li informazzjoni skorretta tintuża għal skopijiet kliniċi?
Listi użati għal segwitu kliniku – Responsabbiltà għall-ġestjoni u l-validazzjoni tad-data
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema dipartimenti jew entitajiet huma responsabbli għall-ġenerazzjoni, l-aġġornament, il-verifika u t-trażmissjoni tal-listi użati għal segwitu kliniku? Jista’ jgħid ukoll liema proċeduri ta’ kontroll u verifika huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni f’dawn il-listi tkun korretta u aġġornata?
Valutazzjoni tar-riskju u miżuri korrettivi – Nuqqas ta’ aġġornament tal-informazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux valutazzjonijiet tar-riskju, awditi jew investigazzjonijiet dwar il-possibbiltà li pazjenti li jkunu mietu jibqgħu jidhru bħala attivi f’listi użati għal skopijiet kliniċi minħabba nuqqas ta’ aġġornament tal-informazzjoni? Jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet u liema miżuri korrettivi ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ?
Listi użati għal kuntatt mal-pazjenti – Segwitu kliniku – Verifika u tqabbil tad-data
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema proċeduri ta’ verifika u tqabbil tad-data huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li listi użati għal kuntatt mal-pazjenti, appuntamenti u segwitu kliniku jirriflettu l-istatus attwali tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kif jiġi żgurat li pazjenti li jkunu mietu ma jibqgħux inklużi f’dawn il-listi minħabba nuqqas jew dewmien fl-aġġornament tal-informazzjoni u jekk hemmx sistema ta’ awditjar biex jiġu identifikati diskrepanzi bħal dawn?