Legislature:
Category:
Reset
Active:

Airbnb - Special Designated Areas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk jikkonsidrax li jkun hawn ‘Special Designated Areas’ f’Malta u Għawdex li fihom biss tista’ ssir akkomodazzjoni turistika tat-tip Airbnb?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-liġi tal-akkommodazzjoni li qed tiġi proposta u li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika, hemm proposta li tħalli lill-Gvern li jkun jista’ joħloq kundizzjonijiet partikolari f’zoni jew lokalitajiet speċifiċi.

Airbnb - Regolarizzazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li b’xi mod wieħed jirregola l-akkomodazzjoni tat-tip Airbnb f’pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha kemm ġiet ippubblikata proposta ta’ liġi sabiex tirregola l-akkomodazzjoni ta’ kull tip, kemm dik kollettiva kif ukoll dik privata. Din il-proposta ta’ liġi tinkludi regolamenti speċifiċi li jindirizzaw din it-tipoloġija ta’ akkomodazzjoni privata. F’dan l-istadju, il-liġi proposta ġiet ippubblikata u tinsab għal konsultazzjoni pubblika. Il-Ministeru mhux biss ippropona liġi u regolamenti ġodda, iżda qed iħejji wkoll sabiex jiġu implimentati żewġ proġetti pilota f’żewġ lokalitajiet speċifiċi, sabiex ikunu jistgħu jiġu ndirizzati uħud mill-effetti li jħallu dawn it-tipi ta’ akkomodazzjoni.

Turisti ‘inbound’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm mit-turisti ‘inbound’ qed joqogħdu f’akkomodazzjoni tat-tip ‘Airbnb’ mis-sena 2021 'il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-akkomodazzjoni jiġi klassifikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Għandu jiġi nnutat li ‘Airbnb’ mhix tip ta’ akkomodazzjoni, iżda pjattaforma li permezz tagħha t-turisti jistgħu jagħżlu l-akkomodazzjoni tagħhom, li ġeneralment taqa’ fil-kategorija ta’ ‘other rented’ kif muri fit-tabella. Fl-2024, tletin fil-mija (30%) tat-turisti għażlu din it-tip ta’ akkomodazzjoni, u tendenzi riċenti juru li dan il-perċentwal qed jiżdied. Inbound Tourists by Type of Accommodation 2021 2022 2023 2024 Rented accommodation 824,270 2,017,112 2,667,173 3,245,037 Collective 623,186 1,452,452 1,867,997 2,174,146 Other rented 201,084 564,660 799,176 1,070,892 Non-rented accommodation 143,866 269,485 314,303 318,581 Total 968,136 2,286,597 2,981,476 3,563,618 Share of tourists staying in 'other rented accommodation' 20.8% 24.7% 26.8% 30.1% Source: NSO Note: Other rented accommodation comprises holiday furnished premises (farmhouses, flats and villas), host families, marinas, paid-convents, rented yachts and student dormitories.

Tursiti - Length of stay

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet il-‘length of stay’ tat-turisti mis-sena 2015 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt. Din turi l-medja ta’ ljieli tat-turisti li żaru Malta bejn is-sena 2015 u s-sena 2024. Wieħed jinnota li matul dan il-perjodu, il-medja ta’ ljieli naqset b’mod gradwali, minn 7.9 iljieli fl-2015 għal 6.4 iljieli fl-2024. Average Length of Stay 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 2024 January 8.1 7.7 7.1 6.8 7.1 6.3 13.8 9.7 7.6 5.9 February 7.1 7.2 6.5 6.1 6.2 5.8 12.4 8.0 6.2 6.0 March 7.1 6.9 6.1 6.5 6.4 5.9 14.9 6.7 6.1 5.8 April 6.7 6.6 6.3 6.3 6.2 n/a 17.2 6.2 6.1 5.5 May 6.8 6.6 6.6 6.6 6.3 n/a 10.9 6.1 5.9 5.8 June 7.4 7.5 7.0 7.1 6.9 n/a 9.1 6.5 6.6 6.6 July 9.0 8.6 8.4 8.2 7.9 12.2 9.2 8.3 7.8 7.2 August 9.6 9.4 9.0 8.7 8.6 9.4 8.6 8.2 7.8 7.4 September 8.4 7.9 7.8 7.5 7.3 9.3 7.9 8.0 7.2 6.9 October 7.6 7.2 6.8 6.7 6.7 8.6 7.6 6.6 6.6 6.2 November 7.4 6.8 6.3 6.3 6.3 14.3 6.9 6.9 6.4 6.5 December 8.4 7.1 7.2 7.2 6.9 17.6 10.2 7.1 6.7 6.3 Total 7.9 7.6 7.3 7.1 7.0 7.9 8.7 7.3 6.8 6.4 Source:NSO

Ambaxxata ta’ Malta fl-Awstralja - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fl-Awstralja matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja matul l-2024 u l-2025.

High Commission ta’ Malta fil-Kanada - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-High Commission ta’ pajjiżna fil-Kanada matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fil-Kanada matul l-2024 u l-2025.

Rimi ta’ skart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29465, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn il-Ministeru tiegħu, jew minn xi awtorità li taqa’ taħtu, flimkien mal-awtorità li hi responsabbli mill-aċċertamenti operattivi ta’ kif jintrema l-iskart, li qed issir referenza għalihom fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nenfazizza l-fatt li aċċertamenti operattivi relatati ma’ skart ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, madankollu ma jfissirx li ma jkunx hemm kuntatti u kollaborazzjoni ma’ Awtoritajiet ohra, kunsilli lokali, reġjuni u dipartimenti oħra tal-Gvern.

San Pawl il-Baħar - Il-Bajja Tax-Xama’ - Xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex waslu l-preparamenti biex il-Bajja Tax-Xama’, ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, tiġi rranġata qabel is-sajf li ġej, peress li din il-bajja kellha tiġi rranġata sa mill-2021? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sas-sajf li ġej fil-bajja u madwar il-bajja fil-ponta tal-Qawra? Liema xogħlijiet oħra huma mistennija li jsiru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, l-Imġarr (Malta) u l-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-ponta tal-Qawra, l-MTA qed tagħmel eżerċizzju sabiex tivverifika jekk hemmx bżonn li jsir xogħol ta’ manutenzjoni qabel is-Sajf li ġej. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant, li l-MTA hija nvoluta fir-riġenerazzjoni tal-pjazza prinċipali ta’ Buġibba u l-inħawi tal-madwar. Fir-rigward tal-Bajja tax-Xama’, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Appartamenti ‘short lets’ - Permessi mill-MTA

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid preżentement kemm hu n-numru ta’ appartamenti ‘short lets’ bil-permessi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) madwar Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi assigurat li dawn l-appartamenti jiddisponu mill-iskart tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ propjetajiet magħrufa bħala Holiday Furnished Premises (HFP) huwa ta’ 7,616 u li dawn huma maqsumin fil-lokalitajiet skond it-tabella ta’ hawn taħt. Fir-rigward tad-disposizzjoni tal-iskart għandu jiġi ċċarat li l-verifika operattiva dwar kif jintrema l-iskart minn dawn il-propjetajiet ma taqax taħt ir-responsabbilita’ esklussiva tal-MTA. Madankollu, dejjem jiġi enfasizzat li l-iskedi tal-ġbir tal-iskart li tindika x’tip ta’ skart jinġabar u meta, għandha titwaħħal b’mod viżibbli. HFP Malta by Locality Attard 7 Bahar ic-Caghaq 3 Bahrija 1 Balzan 6 Birkirkara 24 Birzebbugia 65 Bugibba 68 Burmarrad 2 Cospicua 88 Dingli 7 Fgura 12 Floriana 106 Gharghur 6 Ghaxaq 30 Gudja 9 G Mangia 2 Gzira 358 Hamrun 45 Ibrag 3 Iklin 7 Kalkara 35 Kappara 1 Kirkop 5 Lija 2 Luqa 14 Madliena 1 Marsaskala 268 Marsaxlokk 98 Mdina 11 Mellieha 395 Mgarr 34 Mosta 32 Mqabba 5 Msida 162 Mtarfa 1 Naxxar 40 Paola 10 Pembroke 15 Pieta 73 Qawra 81 Qormi 6 Qrendi 8 Rabat 53 Safi 5 San Gwann 51 Senglea 80 Siggiewi 13 Sliema 873 St Julians 885 St Pauls Bay 839 St Venera 13 Swieqi 378 Ta Xbiex 29 Tarxien 13 Valletta 505 Vittoriosa 80 Xemxija 22 Xghajra 11 Zabbar 28 Zebbug 20 Zejtun 31 Zurrieq 19 HFP Gozo by locality Fontana 13 Ghajnsielem 88 Gharb 154 Ghasri 110 Kercem 58 Marsalforn 183 Mgarr 3 Munxar 27 Nadur 77 Qala 103 Rabat 97 San Lawrenz 40 Sannat 50 Sta Lucia 1 Xaghra 224 Xewkija 38 Xlendi 124 Zebbug 132

Kemmuna - Blue Lagoon - Booking system - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’miżuri ta’ infurzar saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex jiżguraw li ħadd ma żar il-Blue Lagoon f’Kemmuna mingħajr ma kien applika bil-booking system tal-MTA? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna nqabdet li żaret il-Blue Lagoon mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm u għad hemm sistema ta` sorveljanza fuq żewġ stanzi minn uffiċjala tal-MTA u ta’ Transport Malta: 1.    Attendenza ma’ kull dgħajsa minn kull punt ta’ partenza f’Malta u Għawdex, sabiex jiġi aċċertat li kull persuna li tembarka fuq dgħajsa, jkollha il-QR Code u għalhekk ir-wrist band. 2.    Kien hemm u għad hemm operat ta’ patrolling li jiċċirkonda iz-zona tal-Blue Lagoon li tkopri influss minn max-xatt u naturalment minn wara fuq l-art; tali patrolling jieħu ħsieb biex jidħlu persuni li kellhom u li għandhom jew il-biljett fuq iċ-ċellulari, jew li kellhom brazzuletta mal-polz skond it-time slot.  Dan il-patrolling qiegħed hemm appuntu biex jikkontrolla d-dħul ta’ persuni mill-art ukoll. Kull min resaq kemm mill-art jew mill-baħar u ma kellux QR code [biljett diġitali jew mitbugħ] tlabnieh biex jipprenota minn fuq iċ-ċellulari dak il-ħin u ingħata brazzulletta skond it-time slot.

Kemmuna - Blue Lagoon - Numru ta’ viżitaturi

Question

Fid-dawl li f’Settembru tas-sena 2025 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li n-numru ta’ viżitaturi għall-Blue Lagoon f’Kemmuna niżel minn 12,000 għal 3,830 fit-22 ta’Awwissu 2025, figura li skont l-MTA kienet l-aktar ġurnata li kien hemm viżitaturi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data kollha miġbura ta’ viżitaturi, sa minn meta bdiet tiġi operata s-sistema ta’ booking u capping, u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b’ġurnata, u shift b’shift?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri ta’ 12,000 u 3,830 mhumiex figuri ta’ ġurnata sħiħa imma ta’ slot partikolari matul ġurnata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-data relatata, kif ukoll Press Release li kienet ħarġet l-MTA f’dan ir-rigward.

Kemmuna - Blue Lagoon - Numru ta’ viżitaturi

Question

Fid-dawl li aktar kmieni din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li fis-sajf tal-2024 ’il fuq minn 12,000 turist kienu jżuru l-Blue Lagoon f’Kemmuna f’ħin wieħed fl-eqqel tas-sajf, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u d-data kollha miġbura mill-MTA ta’ kif waslet għal din il-figura ta’ 12,000 viżitatur f’ħin wieħed?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni li toħroġ minn rapport li sar minn kumpanija ewlenija tat-telekomunikazzjoni Maltija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Direct orders ta’ inqas minn €2,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Bed stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm prospetti li jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna mis-sena 2026 sas-sena 2029?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 24451. Ninfurmah li tbassir fuq akkommodazzjoni turistika fuq numru ta’ snin futuri jista’ jkun prematur anke fid-dawl ta’ tibdil li l-Gvern qed iħabbar fir-regolamenti tal-akkommodazzjoni turistika f’dawn il-ġranet.

Numru ta’ sodod turistiċi f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm sodod turistiċi bħalissa, u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod turistiċi għal Malta u Għawdex sa Ottubru 2025 huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt: Licences - October 2025 (Accommodation) Malta total premises total bedrooms total beds Guest Houses 197 2439 4948 Hostels 37 723 2526 Hotels 170 19300 39599 Tourist Village 1 186 738 Holiday Furnished Premises 6094 12350 23576 Host Families 1272 2082 3683 Gozo total premises total bedrooms total beds Guest Houses 31 375 769 Hostels 2 18 34 Hotels 19 824 1638 Holiday Furnished Premises 1522 4070 8160 Host Families 182 422 633

Tribunal Speċjali għall-Ukraina - Ġudikanti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30452, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk f’dan l-istadju ġietx diskussa l-kompożizzjoni tal-Ġudikanti tat-Tribunal Speċjali għall-Ukraina u l-metodu ta’ kif dawn ser jinħatru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal ser ikunu magħmul minn 3 Kmamar b’formazzjonijiet differenti: (a) Imħallef wieħed bħala l-Imħallef ta' Qabel il-Proċess (Pre-Trial Judge); (b) tliet Imħallfin f'Kamra tal-Proċess (Trial Chamber); (c) ħames Imħallfin f'Kamra tal-Appell (Appeals Chamber). Il-Membri u l-Membri Assoċjati tal-Management Committee tal-Enlarged Partial Agreement ser ikunu jistgħu jipproponu kandidati għar-roster tal-Imħallfin, liema roster se tkun magħmula minn 15-il Imħallef. Se jkun hemm Bord konsultattiv indipendenti li ser jirrakkomanda lill-Management Committee l-aktar kandidati adattati għal din ir-roster. Sussegwentement, il-Management Committee ser teleġġi l-Imħallfin li ser jitqiegħdu fuq ir-roster b'vot sigriet, b'maġġoranza assoluta u għal perjodu ta' disa' snin.

MTA - Avukati impjegati full-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx avukati impjegati full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jekk huwa l-każ, jagħti lista ta’ min huma?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandha żewġ impjegati full-time li huma avukati. Dawn huma Marc Sant impjegat bħala Senior Manager Legal u David Mifsud li huwa Direttur.

Ambaxxata ta’ Malta fi New York - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fi New York matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi New York matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta fi Brażilja - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fi Brażilja matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta fi Brażilja matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta f’Lisbona - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Lisbona matul l-2024 u l-2025.