Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37162 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Intern

Manteniment tat-tfal f'każijiet ta' separazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kemm kien hemm persuni li ngħataw nuqqas ta' manteniment f'każijiet ta' separazzjoni u f'każ ta' rifjut t'aċċess għat-tfal minn xi wieħed mill-ġenituri? Jista' jgħid f'kull każ x'kienu l-pieni li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ persuni mressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi li naqsu li jagħtu l-manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni u dawk fuq akkużi li naqsu li jagħtu aċċess għat-tfal, kienu kif ġej: 2008 2009 2010 2011 2012 Numru ta’ persuni akkużati fuq nuqqas ta’ manteniment 450 456 539 520 435 Numru ta’ persuni akkużati fuq nuqqas ta’ aċċess għat-tfal 246 305 173 169 151 Il-pieni mogħtija lill-dawk misjuba ħatja, kienu jinkludu priġunerija, liberta kondizzjonata, twiddiba, sentenza sospiża u ordni ta’ trattament.
Leg 11 PQ #37163 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Intern

Sentenza ta' priġunerija — persuni li waqgħu lura fil-ħlas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kellhom jiskontaw priġunerija minħabba li waqgħu lura fil-ħlas tal-VAT lid-dipartiment konċernat? Jista' jindika f'kull każ kemm kien l-ammont mhux imħallas u kemm kienet il-piena ta' priġunerija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li fil-Faċilità Korrettiva hemm numru ta’ priġunieri jservu sentenzi ta’ ħabs minħabba multi li jkunu ġew ikkundannati li jħallsu mill-Qorti li m’humiex ristretti għan-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT. Tali multi jiġu konvertiti fi priġunerija jekk ma jitħallsux, iżda m’hemmx konnessjoni diretta mal-ammont ta’ taxxa tal-VAT li ma tkunx ġiet mgħoddija lid-dipartiment tal-VAT.
Leg 11 PQ #37166 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Ingaġġ ta' Pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 4 snin kemm kien hemm Pulizija li reġgħu ġew ingaġġati u minn dawn kemm kienu nisa u irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar erba’ snin, kien hemm 13 il-membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew reinstated. Dawn kienu 3 nisa u 10 rġiel.
Leg 11 PQ #37220 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tas-7 distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37221 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tal-11-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37222 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tal-12-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36726 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37036 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Intern

Emendi ta' ismijiet f'dokumenti pubbliċi Maltin

Question

B'referenza għall-istqarrija riċenti dwar regolamenti ġodda dwar kif jistgħu jiġu emendati l-ismijiet f'dokumenti pubbliċi Maltin, jista' l-Ministru jgħid ittieħdetx kunsiderazzjoni tal-fatt li f'ħafna partijiet tal-Awstralja mhuwiex daqstant faċli li wieħed isib kummissarju li jagħti l-ġurament jekk dan ma jkunx xi konslu li għandu l-warrant ta' Commissioner for Oaths? Għaliex ma ssemmewx ukoll il-justice of the peace? Għaliex il-gvern qed jinsisti li t-traduzzjonijiet għandhom issir biss fil-lingwa ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi taplika għall-Atti kollha reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’Malta jgħix fejn jgħix l-applikant. Ninsab infurmat illi l-Commissioners for Oaths li jinsabu fil-Missions Maltin fl-Awstralja qed joffru dan is-servizz lil kull min jixtieq jissottometti applikazzjoni. Madanakollu l-liġi ma teskludix li l-ġurament jittieħed quddiem justice of the peace jekk dan jista’ jagħti ġurament għax kull ma titlob il-liġi hija talba sostnuta minn dikjarazzjoni maħlufa. It-traduzzjonijiet għandhom isiru biss bil-lingwa ewropea għax l-ismijijet Ewropej huma aktar familjari għal-uffiċjali tar-Reġistru Pubbliku minn traduzzjonijiet ta’ismijiet b’lingwi li jintużaw f’pajjiżi barra l-Ewropa. Dan għaliex wieħed għandu japprezza li l-uffiċjali ma jistgħux ikunu familjari mal-lingwi u l-alfabeti kollha li jeżistu fid-dinja. Permezz ta’din il-limitazzjoni l-uffiċjali tar-Reġistru Pubbliku ikunu aktar ċerti li l-liġi qed tiġi osservata.
Leg 11 PQ #37075 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Intern

Terminal ċentrali tal-Arriva — pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-pulizija żżommx preżenza fit-terminal ċentrali tal-Arriva barra l-Belt? Jafx b’ilmenti li qed ikun hemm każijiet ta’ fastidju/harassment u nuqqas ta’ sigurtà fir-rigward ta’ anzjani, turisti u nisa? Jista' jieħu ħsieb biex il-pulizija tipprovdi preżenza regolari fit-terminal ħalli jinqatgħu dawn l-abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga kull rapport li jaslilha. Infurmat ukoll li kien hemm żewġ rapporti fuq fastidju fit terminal tal-buses, wieħed is-sena l-oħra u ieħor din is-sena. Fiż-żewġ każijiet l’aggressur ma kienx magħruf. Madankollu il-Pulizija tad-distrett tal-Belt, sew permezz tal Pulizija tal beat kif ukoll il-Pulizija tas- Segway jagħmlu ronda regolari fit-terminal ċentrali tal-Arriva barra l-Belt kuljum. In-numru ta’ pulizija jiżdied waqt attivitajiet tal-massa. Il-preżenza tal-Pulizija f’din iż-żona hija ta’ deterrent għal dawk il-persuni li jistgħu jagħtu lok għall-abbuż u tagħmel sorveljanza f’din iż-żona wkoll sabiex tassigura li tinżamm il-paċi pubblika u bon ordni. Barra dan, minħabba l-konġestjonijiet tat-traffiku li jkun hemm ħdejn it-traffic lights ta’ fejn il-monument tal-Indipendenza, l-Pulizija mit-taqsima tat-traffiku li ġeneralment ikun fil-vagun ġewwa Putirjal qed jiġi ddetaljat hawnhekk (ħdejn it-traffic lights) sabiex jgħin fl-immaniġjar tat-traffiku.
Leg 11 PQ #37154 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

immigranti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36865 u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sa Ottubru 2012, n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta tul dawn l-aħħar għaxar snin kien ta’ 16341. Min dawn, in-numru ta' tfal u żagħżagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena kien ta’1433. L’akbar numru ta’ immigranti li waslu f’pajjiżna huwa mis Somalja. M’huwiex possibbli li tingħata stima uffiċjali ta’ kemm huwa pproġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) fis sena 2050.
Leg 11 PQ #37180 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 36996, jista' l-Prim Ministru jispjega kif il-kliem “Sejħa għall-kuntratti” li hemm imniżżla speċifikament fl-aġenda msemmija jistgħu jiġu interpretati bħala li se “jiddiskuti l-validitita tas-servizzi li fil-preżent qed jingħataw”? Allura jekk hu minnu li mhux se jinħarġu t-tenders għal dawn is-servizzi, x’qiegħed jistenna l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Lija sabiex joħroġ dawn it-tenders sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li l-management letter li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant irrakomandat lill-Kunsill imsemmi biex joħroġ tender għall-ġbir tal-iskart u mhux għal servizzi oħrajn kif implikat fil-mistoqsija tagħha. Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija aderixxa mar-rakkomandazzjoni tal- management letter tant li ppubblika t- tender għall-ġbir tal-iskart domestiku fil-Gażżetta tal-Gvern tas-16 ta’ Marzu 2012. Infurmat li din is-sejħa għall-offerti kienet aġġudikata b’vot unanimu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija u l-kuntratt beda jitħaddem fl-1 ta’ Lulju 2012. Intant infurmat li mhux ser jinħareġ tender fir-rigward tas-servizzi ta’ perit, ta’ avukat u ta’ accountant , li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dan peress li ma jaqbżux l-ammont ta’ €4,658, b’konformità mal- Local Council Financial Regulations .
Leg 11 PQ #37182 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — Applikazzjonijiet għal programm tal-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36182, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mil-kunsill lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett elettorali applika għal xi programm tal-Unjoni Ewropea bejn Ġunju u Settembru 2012? Fejn saru applikazzjonijiet, għal liema programm fil-fatt saru kunsill kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37183 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Sejħa għall-working managers fil-kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 37021, billi jidher li hemm varjeta kbira bejn dawk li applikaw, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kriterji li kienu mitluba mill-applikanti? Abbażi ta' xiex hu mistenni li ssir l-għażla ta' dawk li se jintagħżlu? Se jkun hemm xi forma ta' interview għal dawk li applikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-kriterji meqjusa kienu jikkonsistu fl-esperjenza, ħila u kapaċità tal-individwu, kif ukoll ġabra ta’ informazzjoni dwar l-iskart tal-infrastruttura tal-lokalità. Infurmat ukoll li l-għażla tiddependi fuq il-ħila, kompetenza u abiltà li tinġabar l-informazzjoni mitluba fiż-żoni tal-lokalità. Intant ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jagħmel interview mal-applikanti bħala parti mill-proċess tal-għażla.
Leg 11 PQ #33286 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #34124 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

playing fields li għandhom CCTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-playing fields li għandhom CCTV System operabbli u liema huma? Jista' jgħid kif u min jopera s-sistema sabiex tissalvagwardja t-tfal li jattendu f'dawn il-playing fields bil-funzjoni tas-CCTV? Jista' jitqiegħed dokument li juri din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #34969 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34716, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema toroq ingħataw iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu l-istess ċitazzjonijiet? Kif jitqabbel in-numru ta' 58 ċitazzjoni għal dawk li huma l-Ħdud fl-ewwel xhur ta' din is-sena (qabel it-13 ta' Mejju 2012)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #34970 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsill lokali — parkeġġ bil-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 34586 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sehem għandhom il-kunsilli lokali biex jiddeċiedu fejn jista' jkun hemm car parks bil-ħlas? Liema hi l-lista ta' car parks li fihom Transport Malta għandha attendants liċenzjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Artiklu 33 (e), (f) u (i) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), il-Kunsilli Lokali jistgħu jipproponu u/jew jiġu kkonsultati kull meta jkun ser isir (a) xi tibdil fi skemi tat-traffiku; (b) skemi ta’ ippjanar; u (ċ) xi deċiżjonijiet li jolqtu l-lokalità tagħhom. Rigward l-aħħar parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 16377 u 34422 rispettivament.
Leg 11 PQ #36182 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — applikazzjoni għal programm ġdid tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, matul l-ewwel xhur (sal-aħħar ta' Ġunju) applikaw għal xi programm ġdid tal-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-programmi li saru l-applikazzjonijiet għalihom kunsill kunsill? Meta ħarġu s-sejħiet ghħal dawn il-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36814 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Program Intact Summer School in Strasbourg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali applika għall-programm Intact Summer School in Stasbourg li sar f'Lulju li għadda u Lulju 2011? Kemm kienu l-kunsilli li bagħtu lil xi ħadd għal dan il-program? Kemm sewa kull parteċipant u min ħallas l-ispejjeż għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi 3 Kunsilli Lokali ħadu sehem fil-progett INTACT skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Tajjeb jiġi rrimarkat li l-parteċipazzjoni f’dan il-proġett seħħet wara sejħa li saret mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li kienet il-partner Malti f’dan il-proġett taħt il-programm “Europe for Citizens”. Kull ftehim fuq dan il-progett kien għalhekk irid isegwi r-regoli ta’ parteċipazzjoni taħt dan il-programm. Kif tindika t-tabella, kien hemm ħlas żejjed li sar mill-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex. Wara investigazzjoni li saret mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, rriżulta li kien hemm dewmien mill-Kunsill sabiex jiggarantixxi x-xiri tal-biljett tal-ajru li kkawża żieda fl-ammont ta’ prezz mitlub.
Leg 11 PQ #36913 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — il-11-il distrett elettorali - adjudication committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.