L-Università u l-MATSEC — problema dwar past papers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-preżent hemmx xi problema bejn l-Università, l-MATSEC u s-supplier tal-past papers tal-O u l-A Level u li minħabba f’din il-problema l-istudenti qed jiffaċċjaw xi problemi biex iħejju ruħhom għall-eżamijiet ta' ftit xhur oħra?
Jekk teżisti din il-problema, tista’ tindika x’qed isir biex tkun solvuta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt bejn l-Università ta’ Malta u s-supplier preċedenti skada fl-aħħar ta’ Settembru 2011.
Minn Ottubru 2011 il-kuntratt ma’ supplier ieħor ġie fis-seħħ. Is-supplier il-ġdid għandu kopji ta’ karti tal-eżami li saru fi snin oħra, kemm tas-SEC, kif ukoll taċ-Ċertifikat tal-Matrikola fil-Livelli Avvanzat u Intermedju.
L-Universita’ ma għandha l-ebda informazzjoni li s-
supplier
għandu xi problema ta’ nuqqas ta’ karti u dan jiġu pprovdut bil-karti regolarment. Meta s-
supplier
jitlob xi karti lill-Universita’ dawn jiġu mogħtija lilu mingħajr dewmien.
Wara proċess ta’
tenders
, is-
supplier
magħżul huwa Agius & Agius tal-Blata l-Bajda. Din il-kumpanija tagħti karti tal-eżami lill-ħwienet, iżda studenti individwali jistgħu wkoll jirrikorru direttament għandha.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha 12-il sena tistenna li tingħata akkomodazzjoni soċjali, minkejja li ħaddieħor li beda l-kas tiegħu mal-Awtorita’ tad-Djar warajha kien akkomodat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-applikanta ma toqgħodx fil-post minn fejn qoegħda tapplika. Infatti l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex ħjiel fejn qegħda tgħix l-applikanta. Għaldaqstant l-applikazzjoni tagħha kienet ikkanċellata.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha 16-il sena tistenna li tingħata akkomodazzjoni socjali, minkejja li ħaddiehor li beda l-kas tiegħu mal-Awtorita’ tad-Djar warajha kien akkomodat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. L-applikazzjoni ta’ din il-persuna tmur lura għall-2010. Kien hemm applikazzjoni fis-snin ta’ qabel imma din ingħalqet fis-sena 2001.
Università ta' Malta — studenti li jsegwu korsijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Università ta' Malta f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista' tgħid kemm hemm
Għawdxin isegwu korsijiet fl-Università f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont
is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-MCAST? Tista' tgħid kemm hemm Għawdxin isegwu korsijiet fl-MCAST f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li qed isegwu l-istudenti u skont is-sena tal-kors li waslu fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta' Malta — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fl-Università ta' Malta u f’Għawdex rispettivament? Tista’ tgħid kemm minnhom huma residenti f'Għawdex? Tista' f’kull każ tagħti dan it-tagħrif l-Istitut fejn jaħdmu u skont il-grad tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fl-MCAST f’Malta u f’Għawdex rispettivament? Tista’ tgħid kemm minnhom huma residenti f'Għawdex? Tista' f’kull każ tagħti dan it-tagħrif skont l-Istitut fejn jaħdmu u skont il-grad tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tenut kont li fil-bini tas-Science Institute il-ġdid, il-kuruturi għadhom ma jilqgħux għall-elementi u allura l-istudenti jixxarbu meta tagħmel ix-xita fit-traġitt tagħhom minn klassi għal oħra u peress li l-imwejjed u s-siġġijiet huma kompletament sub-standard, imsaddin u ma jaqblux ma' xulxin u tenut kont li m'hemmx il-faċilitajiet viżivi bħal video projector u kif ukoll li jekk tneħħi l-istaff room is-Science Institute m'huwiex attrezzat in ġenerali, tista' l-Ministru tgħid meta se jsir investiment f'dan l-Institute biex jiġi fil-livell li jixraq lill-istudenti tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-MCAST qed jagħmel investiment sostanzjali fis-settur tax-Xjenza Applikata, bil-bini ta’ istitut ġdid li qed jinbena u li se jkun qed jopera mill-2013. Dan l-istitut ġdid se jkun mgħammar b’xejn inqas minn 11-il laboratorju avvanzat.
Sadanittant l-Istitut tax-Xjenza Applikata beda jopera b’faċilitajiet eżistenti li jeżistu ġewwa l-MCAST. Il-kuritur li jwassal għall-klassijiet huwa msaqqaf u għaldaqstant huwa protett mix-xita. Dan l-aħħar inxtraw
video projectors
għall-klassijiet kollha kkonċernati. Dawn se jiġu stallati f’dawn il-ġimgħatejn li ġejjin. Sal-aħħar ta’ din is-sena l-istitut se jżid ukoll laboratorji. Huwa minnu li s-siġġijiet u l-imwejjed mhumiex ġodda imma kollha miżmuma fi stat tajjeb ħafna. L-istaff kollu huwa ddedikat u akkademikament/professjonalment ikkwalifikat biex jiżgura li l-istudenti jingħataw edukazzjoni ta’ kwalità.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' studenti li se jkunu qed jattendu l-Iskola Sekondarja taż-Żokrija matul iż-żmien li ġej? Minn liema lokalitajiet huma l-istudenti li se jattendu/qed jattendu f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għamilx studju biex jara l-pensjoni medja tal-lum x'saħħa finanzjarja għandha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudji li saru s’issa kienu dwar l-adekwatezza tal-pensjonijiet u dawn kienu jifformaw parti mix-xogħol li sar dwar ir-Riforma fis-sistema tal-pensjonijiet.
Fil-fatt il-grupp tekniku fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-Pensjonijiet kien għamel studju bit-titlu “
Determining Adequacy
”. Dan l-istudju kien intiz biex jiggwida lil Grupp ta’ Ħidma fid-determinazzjoni ta’
replacement rate
adekwata f’sistema ta’ pensjoni sostenibbli.
Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ġie ppreżentat bħala
Supplementary Paper No 7
tar-rapport finali tar-Riforma tal-Pensjonijiet ta’ l-2005. Dan l-istudju jidher fil-
website
tal-Ministeru.
Barra minn hekk sar ukoll fl-istess żmien,
Social Impact Assessment
dwar il-pensjonijiet mill-istess Grupp ta’ Ħidma.
Jiena nfurmata ukoll li l-Grupp ta’ Ħidma għandu l-ħsieb li dawn l-istudji jiġu
updated
wara li jittieħdu deċizjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tar-Riforma tas-sistema tal-pensjonijiet.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29242 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27759, jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27260 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jara għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kellha l-blue sticker għal dan l-aħħar 16-il sena u issa meta marret iġġedded, irrifjutaw li terġa' tingħata l-blue sticker peress li huma qed isostnu li huwa żball?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna b'diżabilita' ntalbet li tidher quddiem il-Bord tal-Appell fid-19 ta' Ottubru, 2011 fis-1.05pm. Attendiet oħt il-persuna msemmija biss għal dan il-Bord. Il-Bord spjegalha li huwa essenzjali li l-persuna b'diżabilita' tidher ukoll quddiem il-Bord sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni għal dan l-Appell.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 29162 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita u li issa ġiet riferuta lilha u tara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li r-raġel ilu mejjet tliet xhur u minkejja dan iż-żmien kollu, għadha ma rċevitx pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27894, tista' l-Ministru tara għaliex fir-risposta kien hemm li xi ħadd se jagħmel spezzjoni fid-dar imma l-inkwilin għadu ma kellmu ħadd?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali tal-istess Awtorita’ ppruvaw jispezzjonaw dan il-fond nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 17 u 18 ta’ Novembru pero’ darbtejn ma kien hemm ħadd preżenti fil-fond.
L-Awtorita’ tad-Djar ukoll bagħtet ittra fl-indirizz tal-fond sabiex l-inkwilin tidħol f’kuntatt mal-Awtorita’
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif l-uffiċċju tal-Appoġġ fil-Qawra/San Pawl il-Baħar qed ikun appoġġjat mill-Ministeru biex il-familji li joqogħdu fl-inħawi jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-istess uffiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru qed jappoġġa lill-uffiċċju tal-Appoġġ ġewwa l-Qawra billi:
· jiffinanzja lit-tim ta’ social workers u community worker;
· jiffinanzja l-impjieg tal-
manager
taċ-Ċentru tal-Aċċess biex jikkordina l-ammistrazzjoni,
· jiffinanzja l-operat ta’ kuljum, kif ukoll numru ta’ proġetti mmirati biex itejbu l-kwalita’ ta’ ħajja tar-residenti, b’mod partikolari dawk li jużaw is-servizzi tal-Aċċess;
· waqqaf u jappoġġa bord tad-diretturi, biex imexxu l-inizjattivi fil-komunita’;
· jipprovdi xogħol ta’ manutenzjoni skond il-bżonnijiet tal-post.
Tista' l-Ministru tgħid biċ-ċar jekk il-poplu Malti u Għawdxi għandux iħallas il-liċenzja tat-TV jew le? Tista' tgħid ekk din l-liċenzja hijiex se tiġi mneħħija jew jekk hemmx il-ħsieb li din se ssir b'mod ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun hemm żgħażagħ li se jiggradwaw din is-sena mill-MCAST? F'liema suġġetti? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ ġejjin mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — tkabbir ta' skola primarja - ħtieġa ta' tkabbir
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif inhu mistenni li tiġi solvuta l-ħtieġa ta' tkabbir tal-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, fid-dawl tal-fatt li din il-lokalità qiegħda tikber b'rata mgħaġġla ħafna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-problema tista’ tiġi solvuta b’estensjoni tal-iskola. Kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30095 il-possibilitajiet kollha qed jiġu studjati.