Ix-Xemxija — Rapporti ta’ xogħol ta’ skavar fis-sit tal-Eks Mistra Village
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12244 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11824 dwar is-sit tal-eks Mistra Village fix-Xemxija, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti u meta waslu? Jista’ jgħid ukoll x'passi ttieħdu minn dawn l-awtoritajiet wara li daħlu dawn ir-rapporti?
Awtorità tal-Ippjanar — Servizzi u spejjeż imħallsa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, attendejt għal dawn il-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea:
· Il-Kroazja – Ministerial Meeting on Urban Development mit-3 sal-4 ta’ Mejju 2023
· L-Isvezja – Summit dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OSH) mill-15 sas-16 ta’ Mejju 2023
· Il-Lussemburgu – Council of the European Union ECCL mid-19 sal-20 ta’ Ġunju 2023
Sal-ġurnata tal-lum, mhux ippjanat li nattendi laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea fit-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023.
Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta se tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12530 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12531 u jgħid kemm-il uffiċjal tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħa kors bażiku ta’ ‘Fire Safety’ fis-sena 2021, fl-2022 u fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il siegħa kien kull kors u min attenda u jekk dan il-kors kienx iwassal biex ħaddiema tal-Awtorità jsiru ‘Fire Marshalls’? Jekk iva, jista’ jgħid min intgħażel u kemm qed jingħata allowance fil-paga?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien in kwisjtoni, 15-il uffiċjal tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħadu kors bażiku ta’ ‘Fire Safety’ ta’ erba’ sigħat. Il-kors kien iwassal biex dawn il-ħaddiema kollha jsiru ‘Fire Marshalls’. Ħadd minn dawn l-uffiċjali mhu qed jingħata allowance fil-paga.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12532 u jgħid min kien l-individwu li kien qed jingħata direct orders mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u waqaf jieħu d-direct orders biex daħal jaħdem mal-BCA? Jista’ jgħid ukoll f’liema pożizzjoni daħal jaħdem dan l-individwu fil-BCA u kemm kienet l-paga tiegħu, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ dan l-individwu? Jista’ jikkonferma wkoll li matul l-aħħar ġimgħa tal-impjieg tal-eks CEO tal-BCA, preċiżament fl-aħħar ta’ Mejju 2022, il-Kap tat-Taqsima tar-Riżorsi Umani tat struzzjonijiet sabiex b’effett immedjat dan l-istess individwu jsirlu aġġustament fis-salarju annwali tiegħu, b’żieda ta’ €10,000?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-persuna li għaliha qed issir riferenza kienet tat servizzi professjonali qabel ma ġiet impjegata mal-istess Awtorità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relattivi.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f'Novembru 2021, l-Awtorità ħarġet sejħa pubblika għal kariga ta' Chief Officer u wara li ġew segwiti l-proċeduri stabbiliti ntgħażlet il-persuna inkwistjoni għal dik il-kariga. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-persuna li għaliha qed issir riferenza.
Din il-persuna ma kellha ebda aġġustament fis-salarju tagħha kif suġġerit fl-istess mistoqsija parlamentari. Madanakollu, ġejt infurmat ukoll li f’April 2022, din il-persuna ngħatat allowance addizzjonali b’approvazzjoni tal-Kap Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien.
Attachments:PQ 12648 - 3 LOAs & Contract of Employment.pdf
Gżira, Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12256, 12257, 12258 u 12259 li saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu, jista’ jinforma l-Kamra jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed jsiru f'Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira hux wieħed pubbliku u jekk iva, jista’ jqiegħdu fuq il Mejda tal-Kamra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Żviluppi high-rise — policy dwar ħarsien minn terremoti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863, fejn jingħad li ma hemm l-ebda policy dwar il-ħarsien mit-terremoti għal żviluppi high-rise, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-ebda żvilupp high-rise li ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar mhuwa mħares mill-eventwalità ta’ terremot? Peress li fl-istess tweġiba l-Ministru qal li “il-pjan hu li titfassal policy fiż-żmien li ġej”, jista’ jagħti t-time frame għal dan?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863.
Ix-Xemxija — Rapporti ta’ xogħol ta’ skavar fis-sit tal-Eks Mistra Village
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11824, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar ir-rapporti kollha dwar is-sit tal-Eks Mistra Village, fix-Xemxija, li waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar u għand l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) matul l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, (mhux dwar skavar biss)? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ir-rapporti jinkludux ir-rapporti li saru permezz tat-telefon?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapporti msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11824 huma marbuta mal-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) irċeviet 60 rapport.
San Pawl il-Baħar — Torrijiet (multistorey high-rise buildings)
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11966 u jgħid f'liema partijiet ta' San Pawl il-Baħar hu permissibli li jinbnew torrijiet (multistorey high-rise buildings)? Jista' jgħid ukoll f'liema nħawi tal-istess lokalità hu permissibbli li jiġi adottat il-Floor Area Ratio (FAR)? Fejn hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti biex jinbnew tali torrijiet f'San Pawl il-Baħar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif mgħoddi lili, San Pawl il-Baħar mhux meqjus bħala lokalità strateġika fejn jiġi kkunsidrat bini ta’ highrise sakemm ma tinvolvix bini ta’ hotel ta’ kwalità għolja u ssegwi l-policies relattivi. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ jiġi addottat il-Floor Area Ratio limitatament għall-medium rise sakemm il-proposta ssegwi l-policies inkwistjoni. Kull applikazzjoni li tinvolvi Floor Area Ratio, tista’ tkun suġġetta għall-“Urban design study/character appraisal”, “Visual Impact Assessment” u “Design Statement”.
Ma hemm ebda applikazzjoni għall-bini ta’ torrijiet f’din il-lokalità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11852, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fuq il-promenade ta’ San Ġiljan bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Permessi għal Żvilupp li ġew revokati jew annullati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11854 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10822, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-iżviluppi li l-permessi tagħhom kienu revokati jew annullati mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid f’liema lokalità kienu u x’passi ttieħdu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iżviluppi li l-permessi tagħhom kienu revokati jew annullati mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u f’liema lokalità jinsabu. L-Awtorità qed tittratta l-każijiet skont il-każ speċifiku u qed tieħu azzjoni wara li jingħata ċ-ċans lil sid l-art jirregolarizza dak l-iżvilupp li issa mhux kopert b’permess.
PA/MTA – Ftehim ma’ applikant għal permess ta’ żvilupp
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11855, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-ftehim legali li sar bejn l-Awtorità tal-Ippjanar (PA), l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-applikant tal-permess PA3807/17?
Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, it-triq indikata se tiġi rranġata.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitranġa ċ-ċint fl-aħħar parti ta' Triq Vjal de la Cruz, f’Ħal Qormi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jkun qed jibni mill-ġdid iċ-ċint imġarraf li jinsab fl-aħħar parti ta' Vjal de la Cruz, f’Ħal Qormi fiż-żmien li ġej, wara talba li saritlu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
Ix-Xemxija — Rapporti ta’ xogħol ta’ skavar fis-sit tal-Eks Mistra Village
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11824 dwar is-sit tal-eks Mistra Village fix-Xemxija, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti u meta waslu? Jista’ jgħid ukoll x'passi ttieħdu minn dawn l-awtoritajiet wara li daħlu dawn ir-rapporti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11812, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-proċedura li wieħed jista' jieħu biex ikun jista’ jkellem lil xi Deputy Director tal-Awtorità tal-Ippjanar f'xi binja governattiva f'Għawdex, min jista' jkollu tali appuntament, jekk jinżammux minuti ta' kull laqgħa u jekk jeżistix reġistru tal-persuni li jkollhom dawn il-laqgħat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.