Jista’ l-Ministru jindika xi proġetti saru u x’se jsiru din is-sena mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-lokalità ta’ Marsaskala?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20893. Ninfurmah ukoll li apparti li bejn l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali hemm relazzjoni kollaborattiva kontinwa fuq interventi, l-MTA qed tħares li jkun hemm viżjoni aktar fit-tul u għalhekk għadu kemm ġie mniedi Design Contest bil-għan li jitfassal pjan ħolistiku għar-riġenerazzjoni ta’ parti ċentrali ta’ Wied il-Għajn.
Peress li Malta poġġiet lil ċertu pajjiżi fuq green light, fosthom hemm xi pajjiżi li għandhom bżonn visa biex jidħlu, jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti hemm?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tneħħija ta’ dawn l-inġenji ma taqax taħt ir responsabilità tal-Ministeru. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Laqgħa ta' Konsultazzjoni mal-Komunità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21150 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jindika d-data meta ser ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-komunità kollha tal-Mellieħa dwar il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ saru laqgħat mal-Kunsill Lokali, mal-komunita’ residenzjali u mal-komunita’ kummerċjali taż-żona.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21151 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu? Meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq l-imsemmi proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa numru 210755 maħruġa fil-21 ta’ April 2021 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li l-proġett mistenni jibda fix-xhur ta’ wara s-sajf.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Kumitat Operattiv għal Kemmuna – xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-Istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20434, ninfurmah li l-Kumitat Operattiv għal Kemmuna iltaqa’ 22 darba minn kemm ilu li ġie mwaqqaf fl-2017. Il-Kumitat huma magħmul minn rappreżentanti tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorisi, Transport Malta u l-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21121, jista’ l-Ministru jikkonferma li m’għandux idea ta’ kif intefqu fondi pubbliċi li għaddew lil Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir fit-twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-istess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur bħalissa qed jieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Konsultazzjoni pubblika hija wkoll ippjanata li ssir aktar ‘il quddiem.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Positino of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-ritratt li jinsab anness, li juri l-istat ta’ post prominenti f’San Ġiljan li hu post turistiku, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20901, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16465 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20901 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16465, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Malta Film Commission (€1,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif ingħad diversi drabi, dawn il-fondi kienu indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja Pink October ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsijiet parlamentari 12908 u 18171.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16465, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Malta Film Commission (€1,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16465.
Marsaskala: Prijoritajiet biex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità
Question
Jista’ l-Ministru jindika xi prijoritajiet twettqu s-sena l-oħra f’Marsaskala sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità li hija ¿ona turistika? Xi prijoritajiet se jitwetqu din is-sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Ono. Interpellant li apparti l-interventi ta’ manteniment li jsiru mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inniedu Design Contest bil-għan li jitfassal Pjan Ħolistiku għar-Riġenerazzjoni ta’ żona turistika f’Wied il-Għajn. F’din l-istess l-lokalità, l-Awtorità Maltja għat-Turiżmu bħalissa għaddejja tirrestawra it-Torri ta’ San Tumas fejn dan eventwalment se jinbidel f’Mużew. Dan il-proġett mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin.
Apparti minn hekk, numru ta’ faċilitajiet riservati għad-diving madwar Malta għadhom kif ġew irranġati billi ittejjeb l-aċċess għall-għaddasa, twaħħlu CCTVs, u ġew imwaħħla slielem u għamara oħra neċessarja. Is-sit riżervat għall-għaddasa f’Wied il-Għajn, kien parti minn dan il-proġett ukoll.
Promenade tal-bajja tal-Għadira – xogħlijiet ta’ tisbiħ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20697, jista' l-Ministru jgħid b'mod speċifiku x'hemm pjanat li jsir bħala tisbiħ fil-promenade tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa? Jistaħ jpoġġi wkoll l-imsemmi pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru għaddejjin b’manutenzjoni regolari ta’ tindif, żebgħa, tikħil u xogħol ieħor tul il -promenade tal-Għadira. Qed jitħejja wkoll pjan ħolistiku għal wara s-sajf li ġej. Dettalji jitħabbru meta tali pjan ikun tfassal.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — impjieg, tender jew direct order lill-persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda impjieg, tender jew direct order lill-persuna msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid xi produzzjonijiet ta' films inġibdu ġewwa l-gżira ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallew flus fl-ekonomija ta' Għawdex kull wieħed minn dawn il-produzzjonijiet?