Legislature:
Category:
Reset
Active:

Golden Bee Awards — Lista ta' mistednin barranin biex jagħtu awards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20571 u jippubblika l-lista tal-mistednin barranin li kienu mistiedna għall-Golden Bee Awards b’mod speċifiku dawk li taw l-awards lir-rebbieħa preżenti? Jista’ jgħid kemm ġew imħallsa kif ukoll kemm ġew jiswew it-titjiriet tal-ajru ta’ kull wieħed minnhom u jgħid kemm ġew jiswew ukoll l-akkomodazzjonijiet tagħhom separatament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji dwar il-Mediterrane Film Festival se jingħataw f’rapport li qed jitħejja u li se jkun qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xemxija — Proġett ta' riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-water culvert li għadu kif ġie installat bħala parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tax-Xemxija promenade li jaqsam it-triq ta’ Xemxija Hill tnaddafx peress li kien misdud? Jista’ jgħid wkoll li dan il-culvert li jaqsam it-triq mill-għelieqi issa jinsab fi stat tajjeb?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Qali — Concert Area

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x’kienet ir-raġuni li l-ewwel kunċert li ġie organizzat (il-kunċert ta’ Ed Sheeran) wara li saret il-concert area f’Ta’ Qali, sar f’żona oħra ta’ Ta’ Qali u mhux f’dan is-sit?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Eco-contribution

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ‘eco-contribution’ li nġabret, mid-data tal-introduzzjoni tagħha fl-2016 sal-aħħar tal-2023, applikabbli taħt it-Tieni Skeda (Artikolu 3(1)) tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap. 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u x’użu sar mill-ammont miġbur?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat, nirreferih ukoll għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7841 u 12581.

Film qasir bl-isem 'Once upon a time in Malta'

Question

B'referenza għall-film qasir li ħadu sehem fih il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur għal dan il-film qasir bl-isem 'Once upon a time in Malta', kienx Malti jew barrani? Jista’ jgħid ukoll l-isem ta' dan id-direttur u ċ-ċifra ta' kemm tħallas? Jista’ jipprovdi lista tal-ispejjeż kollha (break down costs) għal dan il-film qasir ta' għaxar minuti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha tagħti flus il-Kummissjoni Maltija tal-Films u lil min?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni, bħal kull entità/intrapriża oħra, ikollha ammonti ta’ pagamenti li għandha tagħmel. Dak kollu li hu dovut, jitħallas skont l-arranġamenti ta’ ħlas li l-Kummissjoni Maltija tal-Films tkun għamlet.

Film promozzjonali bl-isem ‘Once upon a time in Malta’ – Ħlas għall-attur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tħallasx għall-irwol tiegħu bħala attur fil-film promozzjonali ‘Once Upon A Time In Malta’? Jekk iva, kemm tħallas?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ma tħallasx.

Film promozzjonali bl-isem 'Once upon a time in Malta' — Trailer personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kellux trailer personali għall-film promozzjonali 'Once Upon A Time In Malta' u kemm dan ġie jiswa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Once Upon a Time in Malta – baġit allokat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20572 u jgħid x'kien il-baġit allokat u n-nefqa għall-film qasir bit-titlu Once Upon A Time in Malta li nħadem għall-introduzzjoni tal-Malta Golden Bee Awards li ħadu sehem fih il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-film kienx maħdum minn production company Maltija u jekk kienx hemm open call għalih?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Golden Bee Awards — Kriterji għal Għażla tan-Nomini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20570 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nomini tal-films għall-Golden Bee Awards u jgħid jekk ħarġitx call for interest biex wieħed japplika kemm għall-films barranin u dawk Maltin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa kull event; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Skemi ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20186 u jgħid liema skemi ta' fondi nħarġu minn xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu u għalqu l-applikazzjonijiet għalihom u għadhom qegħdin jiġu aġġudikati? Jista’ jgħid ukoll min applika għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20115 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.