Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14216, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kirjiet oħrajn ta’ proprjetà pubblika li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha u li mhumiex imsemmija fit-tweġiba? Jekk iva, tista' tipprovdi elenku ta' liema huma dawn il-kirjiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14216.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta – trattattivi bejn kumpaniji

Question

Peress li fi Frar li għadda l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta avża li kien hemm trattattivi bejn il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament biex it-tieni kumpanija msemmija tikseb 50% tal-ishma fil-kumpanija li tmexxi t-Tarzna ta’ Malta, tista’ l-Ministru tgħid jekk abbażi tal-avviż mogħti daħlux oġġezzjonijiet minn terzi u jekk hijiex infurmata fiex wasslu t-trattattivi dwar dawn in-negozjati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma rċieva l-ebda oġġezzjoni fiż-żmien sebgħat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-konċentrazzjoni. Intant l-Uffiċċju mhux f’pożizzjoni li jgħid fejn wasslu t-taħdidiet.

Wage suppliment għall-industrija tat-turiżmu

Question

Peress li l-wage supplement ta' €800 gross għal industrija tat-turiżmu tagħlaq 38 jum ieħor, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jkompli jgħin? Jekk fl-affermativ, b'kemm u għal kemm żmien?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – direct orders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13914 u tagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuni u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13914.

Kummissjoni Ċinematogragika ta’ Malta – kopja tar-rapport annwali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13909 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13909.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – ħaddiema impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13908 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu jew għadhom impjegati mal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta kemm fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Tista' l-Ministru tindika għal kull waħda mill-imsemmija persuni l-kariga, ir-remunerazzjoni u dati tal-impieg li kellha u/jew għandha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13908.

Kummissarju Ċinematografiku – kopja tal-kuntratt

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13907 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna li isimha u kunjomha qegħdin jingħataw separatament u li fil-preżent tokkupa l-kariga ta' Kummissarju Ċinematografiku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13907.

Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta – struttura organizzattiva

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13904 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella li turi l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13904.

MCCAA – direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771 — implimentazzjoni

Question

B’referenza għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 10387 u 10388 tista’ l-Ministru tgħid jekk issa ttieħdux xi passi biex jiġu implimentati d-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771 liema direttivi huma marbuta mill-viċin mal-ħarsien tad-drittijiet tal-Konsumatur, u f’dan il-kuntest jekk hux maħsub li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-implimentazzjoni tagħhom u jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġijiet li eventwalment jimplimentaw dawn id-Direttivi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament it-traspożizzjoni ta’ dawn iż-żewġ Direttivi qed issir mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA flimkien ma’ konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, liema traspożizzjoni ser tinkludi emendi fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur fit-Taqsima X (Bejgħ ta’ oġġetti lill-konsumaturi) u Avviż Legali ġdid. Għaldaqstant, it-tħaddim ta’ dawn iż-żewġ direttivi ħa jkunu jaqgħu taħt dan l-Uffiċċju. Nikkonferma wkoll li hemm il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubblika.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni tgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa — Wied Żnuber – rilokazzjoni tar-runway tal-model aircraft

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi ppjanat ir-rilokazzjoni tar-runway tal-model aircraft għal Wied Żnuber Birżebbuġia? Jista’ jikkonferma li ser jintefa’ tarmak fuq art xagħri fl-istess żona?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur – proċedimenti ġudizzjarji

Question

Minn mindu daħlu fis-seħħ l-emendi li saru tramite l-Att XVI tal-2019 sal-lum, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il proċediment ġudizzjarju sar mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12(5) tal-Kap. 378? F’kull każ dwar liema materjal kien jittratta r-rikors magħmul mid-Direttur Ġenerali quddiem il-Qorti Ċivili? Minn mindu daħlu fis-seħħ l-emendi li saru tramite l-Att XVI tal-2019 sal-lum, tista’ l-Ministru tgħid kemm il-lment saru minn xi entità kwalifikata lid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12B(1) tal-Kap. 378? U jekk saru, fir-rigward ta’ liema servizzi u/jew prodotturi saru u liema kienu l-entitajiet kwalifikati li għamlu l-ilmenti? Minn mindu daħlu fis-seħħ l-emendi li saru tramite l-Att XVI tal-2019 sal-lum, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rikors sar mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) a tenur tal-artikolu 12E tal-Kap. 378 għall-ħrug ta’ miżuri intermedji mill-Qorti? F’kull każ dwar liema materjal kien jittratta r-rikors magħmul mid-Direttur Ġenerali quddiem il-Qorti Ċivili f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara d-dħul fis-seħħ tal-Att VI tal-2019 fid-29 ta’ Lulju 2019, filwaqt li sa issa ma ġewx istitwiti proċeduri ġudizzjarji skont l-artikolu 12(5) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u lanqas saru ilmenti skont l-artikolu 12B (1) tal-imsemmi Att, kien ġie ppreżentat rikors għall-ħruġ ta’ miżuri intermedji skont l-artikolu 12E tal-istess Att fir-rigward ta’ operatur li jagħti servizz ta’ kiri ta’ vetturi.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni ttal-Konsumatur — teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtha min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' l-Ministru tindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.

Bajjiet iċċertifikati bħala Blue Flag

Question

Tista' l-Ministru tindika liema huma dawk il-bajjiet ċertifikati bħala Blue Flag f'pajjiżna u meta kienet is-sena li dawn ġew iddikjarati kemm bħala Beach of Quality kif ukoll allura sussegwentament bħala Blue Flag?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bandiera Blu (Blue Flag) huwa ċertifikat li jittieħed kull sena fejn il-proċess jibda’ mill-ġdid. Li bajja tieħu Blue Flag f’sena partikolari mhux garanzija li ser terġa’ tittieħed is-sena ta’ wara. Ta’ min wieħed ifakkar li l-Blue Flag tingħata mill-FEE (Foundation for Environmental Education), irrapreżentata Malta minn Nature Trust u li l-pijunieri ta’ kif jiġu maniġġjati bajjiet b’dan il-mod kienu l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha għal kull bajja, b’sena sena, mill-2007 sal-lum.

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha? Jekk iva tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, tista' tagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Bord tad-Diretturi ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi iddeċieda li jissospendi l-ħlas ta’ żewġ kirjiet sakemm dawn il-postijiet ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu għall-pubbliku.

Il-Mellieħa — Bajja tal-Għadira – studji fuq proġett ta’ estensjoni

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

MTA – guest houses – diffuso concept

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-diffuso concept applikabbli għal guest houses, hux qed jiġi kkunsidrat mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċett ta’ Albergo Diffuso huwa wieħed ferm interessanti li jista’ jintuża f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (urban conservation areas) fejn propjetajiet li mhumiex ’il boghod minn xulxin jistgħu jintużaw konġuntament bħala stabbiliment wieħed. Dan il-kunċett qed jiġi introdott bħala ‘Label’ fir-riforma leġislattiva li għaddejja bħalissa, pero’ li għadu ma sarx liġi. Għaldaqstant, l-Awtorità taċċetta il-prinċipju għall-fini ta’ permessi ta’ żvilupp, pero’ ma jistax jiġi fis-seħħ kompletament fil-prattika sakemm il-liġi l-ġdida tidħol fis-seħħ.

MTA — liċenzji ta' stabilimenti u operaturi f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tikkunsidra li l-liċenzji tal-MTA għas-sena 2020 jiġu waived għall-istabilimenti u operaturi kollha f'Għawdex u dan in vista tal-fatt li prattikament din is-sena dawn l-istabilimenti u operaturi mhux ser jaħdmu kif ukoll in vista tal-fatt li nofs l-ekonomija ta' Għawdex tiddependi fuq it-turiżmu (ferm aktar minn Malta) u jekk dan is-settur ma jerġax jieħu r-ruħ ser ikun hemm problemi kbar fl-ekonomija Għawdxija

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qegħdin kontinwament jissorveljaw is-sitwazzjoni, u huma sensittivi għat-tħassib tal-industrija f’dan il-mument diffiċli. Konxji ukoll mill-karatteristiċi u l-bżonnijiet partikolari tal-industrija Għawdxija. Il-Gvern kien dejjem proattiv biex jindirizza din l-isfida, u nassigurak li kwalunkwe azzjonijiet u deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu huma fl-aħjar interess tal-industrija sabiex jiġi assigurat appoġġ u protezzjoni adegwata għall-operaturi kollha.

MTA – apaprtamenti liċenzjati għall-airbnb

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm appartamenti liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) bħala airbnb mill-2013 ‘l hawn?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tilliċenzjax proprjetà għal sistema online partikolari (Airbnb) iżda tilliċenzja propjeta’ sabiex tiġi mikrija lit-turisti, magħrufa wkoll bħala short-let jew holiday premises. In-numru ta’ propjetajiet liċenzjati mal-MTA mill-2013 ‘l hawn kienu kif muri fit-tabella: SENA TOTAL 2013 2015 2014 2118 2015 2327 2016 2642 2017 3049 2018 3331 2019 3851 2020 * 3992 * Figuri għal 2020 sad-data 21/04/2020

Miżuri biex itaffu problemi fis-settur tat-turiżmu

Question

B'referenza għal Avviż legali 80 tal-2020, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġu kkunsidrati xi miżuri oħra biex itaffu xi ftit mill-problemi li għaddej minnu dan is-settur minħabba il-marda tal-Coronavirus tenut kont tal-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha milquta kemm dawk li jipprovdu s-servizzi inkwistjoni kif wkoll l-utenti tal-istess servizzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-obbligu ta’ rifużjoni ta’ pagamenti fi żmien erbatax-il ġurnata relatati ma’ pakketti tal-ivjaġġar li jiġu ikkanċellati minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, joħroġ mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar Pakketti tal-Ivvjaġġar (Direttiva 2015/2032), liema Direttiva ma kinitx intiża sabiex tindirizza sitwazzjoni simili għal dawk li kkawżat il-COVID-19, b’numru kbir ta kanċellamenti f’daqqa, madwar id-dinja kollha. Il-Gvern għaraf mill-ewwel l-effett straordinarju li din is-sitwazzjoni se jkollha fuq is-settur u fuq il-konsumatur, kemm b’mod immedjat u kemm aktar fit-tul, u kien wieħed mill-ewwel Stati Membri li kellu l-kuraġġ jindirizza s-sitwazzjoni bil-pubblikazzjoni tal-Avviz Legali 80 tal-2020 fejn ġie estiż il-perjodu obbligatorju ta’ rifużjoni, li joħroġ mid-Direttiva, minn 14-il ġurnata għal 6 xhur. Fl-20 ta’ April 2020, il-Gvern kiteb ukoll lill-Kummissjoni Ewropeja u talabha biex tintervjeni u tikkunsidra l-użu tal- vouchers għal żmien temporanju meta pakkett tal-ivjaġġar jiġi kkanċellat minħabba l-COVID-19. Jekk il- voucher ma jintużax f’dan il-perjodu, il-konsumatur jingħata l-flus lura. Il-Ministeru jemmen li b’din il-proposta jista’ jinħoloq bilanċ bejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u l-vijabbilta’ tas-settur tal-operaturi tal-ivvjaġġar. Il-pożizzjoni ta’ Malta rigward l-użu tal- vouchers kienet ukoll affermata waqt il-laqgħa tas-27 ta’ April 2020 bejn il-Ministri tat-Turiżmu tal-UE dwar l-implikazzjonijiet tal-COVID-19. Fit-talba tiegħu il-Gvern Malti qed jitlob ukoll għal interpretazzjoni ċara mill-KE u għal applikazzjoni uniformi ta’ din iċ-ċirkostanza madwar l-Istati Membri kollha sabiex ħadd ma jitpoġġa fi żvantaġġ. Fuq livell nazzjonali, introduċejna wkoll proċeduri sabiex nassiguraw li l- vouchers li qed jinħarġu mill-operaturi ikunu koperti mil-Fond għall-Insolvenza. Għaddejja wkoll ħidma mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq kampanja informattiva li tippromwovi il-postponiment tal-ivjaġġar u mhux il-kanċellament, kemm f’dak li jirrigwarda t-turizmu lejn Malta u kif ukoll dak minn Malta. L-operaturi tal-ivjaġġar huma wkoll eliġibbli wkoll għall-inċentivi finanzjarji li ħareġ il-Gvern biex jindirizza l-effetti tal-COVID-19. Barra minn hekk, qiegħdin ukoll nikkonsultaw mal-partijiet interessati b’mod kontinwu biex inkomplu nindirizzaw is-sitwazzjoni b’mod li jħares kemm l-interessi tal-operaturi tal-ivjaġġar u kif ukoll dawk tal-konsumatur.