Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Permess tal-MCP Car Park

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37384, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll fuq il-pjanta approvati tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — sid ta' trakkijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed tistenna l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tieħu azzjoni diretta dwar il-kaz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn sid ta’ trakkijiet industrijali ilu ħames snin jikser il-liġi u jħarbat il-ħajja tar-residenti tat-toroq li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fin-Naxxar? Għaliex ma ħaditx passi f’dawn il-ħames snin u meta se tieħu dawn il-passi?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini indikat huwa żvilupp fil-konfini għall-iżvilupp u li sar qabel l-1 ta' Jannar, 1993 eżattament bil-forza tal-permess PB 2892/89 maħruġ f' Novembru tal-1989. Għaldaqstant il-persuna li ġiet notifikata bl-Avviż tat-Twettiq ECF 266/07 li jgħid "Għandek żvilupp li jikkonsisti f'garaxx għoli aktar minn kif approvat fil-permess PB 2892/89 datat 03/11/1989 kif ukoll alterazzjonijiet oħra fuq il-faċċata mhux skond il-pjanta approvata PB 2892/89/1C" għandha kull dritt issostni li dak l-Avviż ma jkunx esegwit skont it-Tmien Skeda Kategorija A tal-Art 91(1). Il-pjanti approvati jindikaw żvilupp ta' residenza u garaxx għall-karozzi privati. Pero investigazzjonijiet sussegwenti li saru xi ġimgħat ilu urew li l-persuna konċernata, x-xogħol tiegħu huwa burdnar. Apparti l-karozza privata qed jipparkja wkoll żewġ vetturi li jġorru il-ġebel. L-Awtorita` ser tara li dawn iż-żewġ trakkijiet ma jibqgħux ikunu ipparkjati f'dan il-garaxx.

MEPA — bord tal-ħatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-promozzjonijiet ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż dawk is-sejħiet li qed isiru interviews bħalissa u għad ma hemmx deċiżjoni tal-Bord tal-Ħatra fuqhom? Jista’ jgħid kif l-awtorità taħtar il-membri tal-bord għall-ħatra tal-promozzjonijiet? Min jagħżel lill-membri tal-Bord u xi kriterji jintużaw biex dawn il-membri jservu fuq il-bord? Jista’ jagħti lista tal-membri li qagħdu, jew qegħdin bħalissa, fuq il-bordijiet ta’ ħatra tal-promozzjonijiet f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż il-professjoni tagħhom?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — karigi maniġerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hemmx il-prassi li f’karigi maniġerjali ta’ ċertu setturi tekniċi, ma jinħatrux persuni espert jew imħarġin teknikament għal dak is-settur iżda jkun biżżejjed li min jiġi magħżul jidher li jkollu skills maniġerjali biss? Jekk din hija l-prassi, ma jidhirlux li dan qed iħalli effetti negattivi fuq l-operat ta’ dawn is-setturi teknici fl-awtorità?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim Kolletttiv jistabilixxi li l-kriterji li fuqhom ser jiġu evalwati dawk il-kandidati li ssottomew applikazzjoni, ikunu pubblikati qabel l-intervista' u din il-prassi tiġi adotta. B'hekk l-kandidati jkunu nfurmati minn qabel fuq liema kriterji ser jiġu evalwati. Barra minn hekk is-sejħa ta' l-applikazzjoni telenka d-dmirjiet u responsabiltajiet prinċipali ta' dik il-pożizzjoni. Fis-sejħa ta' l-applikazzjoni jiġu wkoll elenkati l-ħiliet rikjesti f'dak ir-rwol partikolari. Huwa mportanti li wieħed jifhem li meta l-pożizzjoni li tkun vaganti tkun ogħla fil-ġerarkija ta' l-Awtorita', din tkun tirrikjedi iktar kompetenzi maniġerjali milli dawk tekniċi. Ta' min jinnota li fil-maġġoranza tal-każi ta' pożizzjoni ogħla fil-ġerarkija ta' l-Awtorita' jintlew mill-impjegati li jkunu bdew jaħdmu ma' l-Awtorita' fi gradi tekniċi u dawn matul iż-żmien bdew jifirxu iktar l-esperjenza tagħhom f' rwoli maniġerjali.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37381, 36678 u 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — parkeġġ tal-Katidral

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — restawr tal-Katidral

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra

Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37120 u 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar is-sena l-oħra għamlet mapep strateġici minn dawk it-toroq li jeċċedu s-6,000,000 passaġġi f'sena. Triq Reġjonali, Santa Venera ukoll ġiet inkluża f'dan l-eżerċizzju. Dawn il-mapep saru b'muddellar 3D (bil-kompjuter), iġifieri b'kalkulazzjoni u mhux b'kejl. L-Awtorita' għamlet ukoll il-pjan t'azzjoni dwar l-istorbju mit-toroq maġġuri li ġew identifikati mill-istess mapep. Dan il-pjan jidentifika l-proċess għall-pjan t'azzjoni li jista' jittieħed meta jkun hemm xi toroq li jeċċedu livelli ta' ħsejjes stabbiliti. Infurmat illi t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant tagħmel parti minn dan il-pjan. Dan il-pjan t'azzjoni nħareġ għall-konsultazzjoni pubblika u qiegħed jiġi ffinalizzat. Ġa la darba dan jiġi ffinalizzat, ippublikat u jibda x-xogħol fuq dan il-pjan t'azzjoni, il-MEPA tkun f'posizzjoni li tagħmel rakkomandazzjonijiet lil Transport Malta bħala l-Awtorita’ Kompetenti, sabiex isiru miżuri biex jitnaqqsu ħsejjes ambjentali f'toroq li jkunu ġew identifikati bħala problematiċi.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Titjir ta' ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ħadd 14 t'Ottubru għal ħabta tat-8:45 kien hemm tliet ajruplani jittajru f'altezza għoja waqt li jħallu trail ta' exhaust qawwija warajhom b'linja twila li jibqa' għal ħin twil fl-arja li dehru fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u Mellieħa kif ukoll kien hemm episodju ieħor fl-10:00am u fil-11:30am? Jista' jagħti idenfikazzjoni ta' dawn l-ajruplani u ta' liema għamla huma li qed jittajru fl-ispazju tal-arja ta' Malta u jekk dan it-trail tal-exhaust huwiex ta' detriment għat-tniġġis tal-arja u jekk hux qed isir xi moniteraġġ tagħhom mill-avjazzjoni ċivili?

Response (MARCO, MARIO DE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Rigward l-emissjonijiet mill-ajruplani, meta jkunu fil-għoli ħafna, għandhom effett minimu fuq il-kwalita' tal-arja li tiġi mkejjla fl-aktar parti baxxa tal-atmosfera.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA — binjiet mhux konformi mal-liġijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36786 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont l-iskema li għadha kif inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal binjiet mhux konformi mal-liġijiet tas-sanità mhux qegħdin isiru mill-uffiċjali tas-sanità iżda minn persuni li ftit għandhom esperjenza fit-tħaddin tar-regolamenti sanitarji?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema li ħarġet tikkonsisti minn konċessjonijiet minn miżuri ta' infurzar. Din hi l-ewwel darba li ġiet imniedija din it-tip ta' skema li hi regolata permezz ta' Artikoli 91 u 92 u Kategorija B tat-Tmin Skeda tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Miżura iktar limitata li ilha fis-seħħ numru twil ta' snin, dik li qabel kienet irregolata minn Artikolu 55B tal-Att dwar l-Iżvilupp tal-Ippjanar u li llum ġiet inkorporata f'Kategorija A tat-Tmien Skeda tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, fil-fatt dejjem kienet amministrata mis-Sezzjoni tal-Infurzar. L-Artikoli hawn fuq imsemmija huma inkorporati f'Parti VI.2 tal-Att, jiġifieri 'Enforcement of Control' li tirrigwarda responsabbilitajiet tad-Direttorat tal-Infurzar.

Ministeru għat-Turiżmu. l-Ambjent u l-Kultura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36728 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA — xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-permessi li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' rijabilitazzjoni tal-widien f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat għaxar applikazzjonijiet rilatati ma' rijabilitazzjoni ta' widien f'Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti rendikont tal-applikazzjonijiet sena b'sena inkluż il-lokalità hux f'Malta jew f'Għawdex (Annex 1), kif ukoll tabella oħra li turi aktar fid-detall il-proposta u l-lokalità ta' kull applikazzjoni (Annex 2).

ċint madwar art privata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — Paola Square - - tneħħija ta' siġar

Question

Meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar awtorizzat it-tneħħija tas-siġar f’Paola Square, Raħal Ġdid – waħda mill-aktar pjazez fejn hemm tniġġiż anki tat-traffiku – u fejn is-siġar huwa mifhum li kienu jassorbu ħafna emmissjonijiet tossiċi, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-applikazzjoni kenetx ġiet approvata wara li saret konsultazzjoni mad-direttorat tal-ambjent tal-awtorità?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36678 u 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Permess tal-MCP Car Park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36777 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MCP Car Park PA 3474/93?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.