Il-Belt Valletta u s-Swieqi - impatt tal-attivitajiet turistiċi - Proġett pilota
Question
Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ fejn wasal il-proġett pilota li tnieda fl-2025 li kellu jindirizza l-impatt tal-attivitajiet turistiċi fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta u s-Swieqi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu qed jipparteċipa fil-Proġett Pilota li tnieda fl-2025. Dan il-proġett huwa bbażat fuq koordinazzjoni mill-qrib bejn diversi Ministeri, entitajiet u l-Kunsilli Lokali kkonċernati.
Fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamlet numru ta' spezzjonijiet intensivi fi proprjetajiet mikrija għal żmien qasir fis-Swieqi, sabiex jiġi żgurat li r-regolamenti qed jiġu segwiti. L-Awtorita’ ħallset ukoll sabiex il-Kunsill Lokali jixtri numru sostanzjali ta' kameras għal aktar sigurtà.
Fil-każ tal-Belt Valletta, saru spezzjonijiet intensivi mill-uffiċjali tal-Awtorità fuq kategorija speċifika ta' proprjetajiet mikrija għal żmien qasir, fejn instabu numru ta' proprjetajiet b'nuqqasijiet regolatorji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenza mogħtija f’dan ir-rigward.
MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda għandhom l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għalkemm għadhom ma nbnewx? Jista’ jgħid ukoll kemm kmamar huma approvati, ta’ liema klassi u f’liema lokalitajiet jinsabu separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2026 ġew approvati 30 proġett għal lukandi ġodda. Dawn jinsabu f’Buġibba, Gżira, Ħamrun, Marsa, Msida, Qawra, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbieb u l-Belt Valletta.
Ta’ min jiċċara li din l-istatistika tirrigwarda approvazzjonijiet maħruġa mill-MTA. L-Awtorita’ m’għandhiex informazzjoni dwar l-istat tal-iżvilupp, ċioe’ jekk dawn il-proġetti ġewx effettivament mibnija jew le.
MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hu n-numru ta’ lukandi li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-żieda ta’ kmamar? Jista’ jgħid fejn jinsabu dawn il-lukandi separatament għal kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm kmamar huma approvati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ 24 proġett ta’ estensjoni b’total ta’ 815 kmamar ġodda. Dawn jinsabu f’Ħal Għaxaq, Msida, Pietà, Ir-Rabat, San Lawrenz, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, l-Belt Valletta, Victoria Għawdex, Ix-Xagħra u Iż-Żebbuġ.
Ta’ min jiċċara li din l-istatistika tirrigwarda approvazzjonijiet maħruġa mill-MTA. L-Awtorita’ m’għandhiex informazzjoni dwar l-istat tal-iżvilupp, ċioe’ jekk dawn il-proġetti ġewx effettivament mibnija jew le.
MTA – Postijiet liċenzjati għal kirjiet short term
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li huma liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal kirjiet short term, f'Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1755 u jgħid kemm ġew sospiżi jew irrevokati liċenzji ta' akkomodazzjoni turistika minħabba ksur tar-regoli jew rapporti ripetuti ta' storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-snin 2024, 2025 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma ssospendiet u lanqas irrevokat l-ebda liċenzja ta’ akkomodazzjoni turistika b’konsegwenza ta’ rapporti ta’ storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari numru 1754, fejn gie spjegat f’aktar dettal ir-relazzjoni bejn imgieba anti-socjali u l-licenzja tal-Awtorita’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet li ġew spezzjonati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-Swieqi? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-proprjetajiet spezzjonati kienu liċenzjati għal kirjiet short term, u kemm le? F'kull każ, jista’ jgħid kemm instabu każi ta' nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena (sal-ahhar t’Awissu 2026), saru madwar 600 spezzjoni mill-Ufficjali tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu fis-Swieqi li primarjament kienu kollha kirjiet short-term. Minn dawn instabu madwar 120 proprjeta’ li kellhom nuqqas ta’ osservanza tal-ligi u li ghaldaqstant ser ikollhom konsegwenzi legali.
Fid-dawl ta' dak li rriżulta mill-ispezzjonijiet li għamlet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-Swieqi wara l-inċidenti li nqalgħu, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex spezzjonijiet simili jsiru madwar Malta u Għawdex, imma partikolarment fi nħawi bħal San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill‑Onorevoli Interpellant li fejn jirrigwardja akkomodazzjoni ta' short lets, l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu diġà qegħda tagħmel spezzjonijiet fil‑lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Fil‑lokalità tas‑Swieqi, bħala proġett pilota, saru spezzjonijiet konġunti bejn l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u entitajiet kompetenti oħra relatati ma' infurzar u kontrolli ta' konformità fejn jirrigwardja akkomodazzjoni ta’ short-lets, u din il‑ħidma ġiet sussegwentement estiża għal lokalitajiet oħra fosthom San Ġiljan, Tas‑Sliema u San Pawl il‑Baħar.
Ministeru għat-Turiżmu – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1235 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kull meta saret spezzjoni u/jew manutenzjoni fil-lift tal-Foss tal-Imdina u l-ispejjeż li kienu involuti, matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra reviżjoni tar-regolamenti dwar akkomodazzjoni short-let f’żoni residenzjali sabiex jitnaqqas l-impatt fuq ir-residenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kemm tlesta proċess ta’ reviżjoni fejn ir-regolamenti tal-akkommodazjoni kollha ġew integrati f’liġi waħda. Dan kien possibbli wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa ma’ diversi setturi u anke l-pubbliku in ġenerali. Dawn ir-regolamenti l-ġodda, li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2026, għandhom proprju l-għan li jnaqqsu l-impatt tal-akkomodazzjoni turistika, inkluż dik tat-tip
short-let
, fuq ir-residenti f’żoni residenzjali u jtejjbu l-kwalità tal-akkomodazzjoni turistika, filwaqt li jzommu bilanċ xieraq bejn l-interessi tar-residenti u dawk tal-operaturi.
Is-Swieqi – Proprjetajiet liċenzjati bħala short lets
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati bħala short lets fil-lokalità tas-Swieqi? Jista' jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet fuq dawn il-proprjetajiet matul l-aħħar sentejn u kemm instabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ proprjetajiet liċenzjati bħala short-lets fil-lokalita’ ta’ Swieqi, sal-aħħar t’Awwissu 2026, jammontaw għal 516.
Matul l-aħħar sentejn l-Awtorita’ wettqet ’il fuq minn 900 spezzjoni fuq dan it-tip ta’ propjetajiet fejn instabu 112 il-każ ta’ non konformità u għaldaqstant ittieħdet azzjoni ta’ infurzar.
CfT: Framework Agreement to supply, install, commission and maintain pre-fabricated, automatic, self-cleaning public conveniences in touristic areas - Ministry for Tourism (CT2030/2022)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet is-sejħa għall-offerti ‘CfT: Framework Agreement to supply, install, commission and maintain pre-fabricated, automatic, self-cleaning public conveniences in touristic areas - Ministry for Tourism (CT2030/2022)’ dwar self-cleaning public conveniences f’postijiet turistiċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-fondi mit-taxxa dwar it-turiżmu, li mill-1 ta’ Lulju 2026 żdiedet għal €1.50 kuljum, jibdew jgħaddu (kollha jew in parti) lill-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħlas li jinġabar, għandux massimu marbut miegħu (simili għall-massimu ta’ €5 li kien hemm qabel)? Jekk iva, x’inhu dan il-massimu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kontribuzzjoni ambjentali ta’ €1.50 kull lejl minn kull adult (18+) hi sa massimu ta’ €22.50 għal kull żjara. Din il-kontribuzzjoni ambjentali titħallas minn dawk kollha li joqogħdu f’akkomodazzjoni liċenzjata għat-turiżmu. Eventwalment parti minn dawn il-fondi se jibdew jitqassmu lill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1234 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser jerġa’ jibda jiffunzjona l-lift li hemm fil-Foss tal-Imdina, wara li għal darb’oħra reġa’ mhux qed jaħdem?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol twettaq mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA) matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema xogħol hu ppjanat li jsir matul ix-xhur li baqa’ f’din is-sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.