Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbug, Mdina, Ħad-Dingli - Toroq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qegħdin jiġu mibnija mill-ġdid fil-lokalitajiet tar-Rabat, Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Mdina u Ħad-Dingli, matul is-sena 2026?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għandha ppjanat xogħlijiet fi Triq l-Imtarfa, Parkeġġ fuq il-garaxxijiet parti minn Binja Qlejjgħa,Triq ir-Reġimenti Maltin fl-Imtarfa.  Triq Ġdida fi Triq tal-Ħlas f’Ħaż-Żebbuġ.  Triq Santa Katarina, Sqaq fi Triq Santa Katarina, Triq San Dwardu, Triq Taċ-Ċagħki, Triq Santa Barbara, Sqaq Santa Barbara, Triq San Vincenz Ferreri, Triq Anton Muscat Azzopardi fir-Rabat.  Triq il-Buskett, Triq il-Qaws, Triq l-Imnarja f’Ħad-Dingli.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25204.

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – Xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9432 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li saru fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-dipartiment issa li jidher li din reġgħet għandha bżonn ta’ tiswijiet serji u possibbilment li ssir mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta li ngħatat għal PQ9432 kienet qed tirreferi primarjament għax-xogħlijiet fuq il-mina u x-xaft, u xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ parti biss minn Triq Għajn Dwieli. Fejn sar l-investiment fuq it-triq, li kien relatat mall-proġett innifsu tal-mina, it-triq in kwistjoni illum tinsab f’kundizzjoni tajba u mingħajr ħsarat.

L-Imtarfa - Bypass - Studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement sarux xi studji dwar il-Bypass tal-Imtarfa, fid-dawl li hemm xquq fit-triq li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ min juża din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru investigazzjonijiet ġeoloġiċi u ġeotekniċi tul Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (Mtarfa bypass). Ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet intużaw biex isir disinn strutturali għall-pedamenti tat-triq. Dan id-disinn ser ikun qed jiġi attwat billi ssir rikostruzzjoni tal-bypass.

Ir-Rabat, Malta - Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu - Traffic management ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet ta’ traffic management ġdid fi Triq Emmanuele Vitale, Triq Santa Barbara u Triq Bir ir-Riebu, fir-Rabat, Malta, minħabba li t-toroq ma jifilħux għal traffiku ‘2-way’?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ir-Rabat, Malta - Triq il-Buskett - Patching ta’ ħofor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax isir patching urġenti fi Triq il-Buskett, it-triq li tagħti mir-Rabat għall-Buskett, fid-dawl tal-ammont ta’ ħsarat li qegħdin isiru lir-residenti u lill-bdiewa li bilfors iridu jgħaddu minnha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda tippjana li tagħmel asphalt ġdid permanenti din is-sena.

San Pawl il-Baħar – Il-Veċċja – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fl-inħawi tal-Għar tal-Veċċja, liema xogħol inħargu l-permessi għalih diversi xhur ilu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħol fl-inħawi tal-Għar tal-Veċċja huwa mistenni li jinbeda kmieni s-sena dieħla.

San Pawl il-Baħar - Bajja tax-Xama’ - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol mid-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi fil-Bajja tax-Xama’ li tinsab ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed jissottometti applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tinbena rampa u taraġ ġdid biex din il-bajja żgħira bir-ramel tkun iktar aċċessibbli. Wara li dawn il-permessi jiġu approvati, id-Dipartiment jipproċedi  b’sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26300.

Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34166, 34621 u 34840 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għawdex - Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33197 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid kemm hemm toroq f’Għawdex (inklużi toroq fir-raba’ u sqaqien pubbliċi) u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq ġewwa Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta.

Ix-Xatt tax-Xgħajra - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34071 u 34074 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fix-Xatt tax-Xgħajra, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34074.

Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34072 u 34075 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34075.

Ix-Xatt ta’ Wied il-Għajn - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34073 u 34076 fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati bil-maltemp f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew hemm ippjanata li ssir f’dawn ix-xhur?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34076.

Il-Fgura - Triq Baldassare Lanċi - Stop sign

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser terġa’ titwaħħal l-istop sign fi Triq Baldassare Lanċi, il-Fgura, peress li bħalissa tinsab mitfugħa fil-ġenb tat-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar - Misraħ San Ġakbu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Misraħ San Ġakbu, f’Ħaż-Żabbar, jiġi rranġat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastrucutre Malta qiegħda fil-fażi ta’ disinn tal-proġett ta’ rinovar ippjanat għal Misraħ San Gakbu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34158, 34434 u 34801 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar - Pjazza Medjatriċi u Misraħ San Ġakbu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jiġu mdawla u jerġgħu jibdew jaħdmu l-funtani fi Pjazza Medjatriċi u Misraħ San Ġakbu, f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta - Loading/unloading bays awtorizzati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34699 fl-intier tagħha u jgħid f’liema toroq jinsabu l-loading/unloading bays li huma awtorizzati minn Transport Malta f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il bay hemm approvata f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-loading/unloading bays jinsabu f’dawn it-toroq – Dawret il-Gżejjer (3), Dawret il-Qawra (1), Telgħet ix-Xemxija (2), Triq Andrew Cunningham (1), Triq Annetto Caruana (1), Triq Burmarrad (4), Triq Cern (1), Triq Ġifen (1), Triq Ġulju (2), Triq Ħalel (1), Triq il-Bajja (1), Triq il-Fekruna (2), Triq il-Fliegu (3), Triq il-Ħarifa (1), Triq il-Kaħli (3), Triq il-Katidral (1), Triq il-Lampuki (2), Triq il-Luzzu (1), Triq il-Mosta (service road) (1), Triq il-Port Ruman (1), Triq il-Qalb ta’ Ġesu (1), Triq ir-Rizzi(2), Triq it-Tartarun (1), Triq it-Trill (1), Triq it-Turisti (5), Triq ix-Xitwa (2), Triq Quintinus (1), Triq J De La Vallette (1), Triq l-Ankri (1), Triq l-ARtikli (1), Triq l-Arznell (1), Triq 10 ta’ Frar (2), Triq l-Ibħra (1), Triq il-Imħar (1), Triq l-Insolja (1), Triq Maskli(1), Triq Mazzola (1), Trq Nakkri (1), Triq N Ardoino (1), Triq Parades (5), Triq Rebbiegħa (1), Triq Sajf (1), Triq San Ġwann (1), Triq San Xmun (1), Triq Sant’Antnin (1), Triq Sant’Artistarku (4), Triq Santa Marija (1), Triq Toni Bajada (1), Triq Żerniq (1), Veċċja (1), Wesgħa Kennija (1), Triq il-Korp tal-Pjunieri (3), Triq il-Qawra(4), Triq il-Wileġ (1), Triq iċ-Ċagħaq (2), Triq Sajjied (1), Triq Brankutli (1), Triq Luqa (1), Triq il-Knisja (1),  Triq il-Ħġejjeġ (3), Triq it-Tamar (7), Triq il-Kurazza (2), Triq il-Mosta (4), Triq San Pawl (3),  Triq Censu Tanti (2).