Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – Triq San Bartilmew – traffic calming measures

Question

Wara li diversi drabi qed jiġi nnotat sewqan perikolu fi Triq San Bartilmew ħdejn il-Knisja l-kbira ta’ San Bastjan li hija żona residenzjali u frekwentata minn ħafna nies li jmorru l-knisja, l-iskola jew jixtru mill-ħwienet tal-madwar u l-monti u wara inċidenti reċenti li setgħu kienu faċilment aktar gravi u fatali fl-istess triq fejn karozzi telgħu bankina u qaċċtu sub post office box u għollewa kważi m’għola sular u baqgħu deħlin fil-proprjetà tan-nies u saħansitra baqgħu deħlin u għamlu ħsara fil-proprjetà tan-nies, jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u jimplimenta miżuri ta’ traffic calming measures fl-inħawi fosthom speed camera?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tagħmel kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, biex issir evaluazzjoni tal-bżonnijiet fiż-żona.

Chadwick Lakes – Triq il-Qlejja – tneħħija ta’ ġebel

Question

Jista’ l-Ministru jara li jieħu azzjoni sabiex ġebel li waqa’ f’Triq il-Qlejja lejn iċ-Chadwick Lakes jitneħħa, peress li dan ix-xogħol hu meħtieġ sabiex il-pubbliku u r-residenti jkunu jistgħu jużaw it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Infrastructure Malta li l-materjal li qed issir referenza għalih diġà tneħħa.

Central Link Project – għelieqi – ħamrija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-għelieqi li l-kuntratturi fetħu sabiex isir is-Central Link, jitnaddfu minn kull fdal tal-bini ta’ toroq u terġa’ titpoġġa f’postha l-ħamrija li tneħħiet waqt il-bini ta’ triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-Central Link Project qed isir b’investiment ta’ €55 miljun biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali. Il-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona. Ix-xogħlijiet fuq Central Link Project bdew f’Jannar li għadda bit-tfassil tal-ewwel partijiet mill-karreġġjata b’żewġ korsiji, li minn Ħal Balzan twasslek għall-inħawi ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard. Iż-żewġ korsiji ġodda lejn il-punent (mill-Imrieħel lejn Ta’ Qali) se jinfetħu sal-aħħar ta’ Settembru. Dawn jibdew mill-junction ta’ bejn Triq l-Imdina u Vjal De Paule (l-inħawi tal-Ġonna ta’ San Anton) u jaqbżu l-qalba ta’ Ħ’Attard qabel ma jerġgħu jingħaqdu ma’ Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Wied Inċita (ħdejn l-Isptar Monte Carmeli). Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Il-proġett se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti. Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni kontinwa mas-sidien tal-artijiet u l-bdiewa fl-inħawi biex it-tindif u xogħol ieħor meħtieġ isir gradwalment mat-tlestija tax-xogħol tal-proġett fl-inħawi. F’ċerti bnadi, dan ix-xogħol diġà sar fix-xhur li għaddew. F’inħawi oħrajn dan isir meta x-xogħol tat-toroq ġodda fil-viċinanzi jkun qed jitlesta.

L-Imtarfa – tiswijiet fuq pont

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir it-tiswija li hemm bżonn fuq pont li jużaw il-bdiewa li hemm taħt l-Imtarfa għan-naħa taċ-Chadwick Lakes peress li jidher li dan il-pont kien magħmul minn planki tal-konkos u tkissret waħda minnhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-pont indikat ingħalaq minħabba raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa u sigurtà. Infrastructure Malta se tagħmel it-tiswijiet u x-xogħlijiet meħtieġa biex il-pont jerġa’ jsir aċċessibbli mill-aktar fis.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11392 u għall-mistoqsija parlamentari 11387 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta – Triq Wied is-Sir – sinjali fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji meħtieġa sabiex jara li jsiru sinjali tal-parking fi Triq Wied is-Sir fil-Mosta li ngħatat it-tarmak, sabiex il-parking ikun organizzat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajjiż. Parti sostanzjali mit-triq indikata nbniet mill-ġdid u fiha saru servizzi taħt l-art għall-provvista tal-ilma kif ukoll bankini ġodda qabel ma sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. L-aħħar xogħlijiet f’din it-triq, fosthom il-linji u s-sinjali kollha, se jsiru mill-aktar fis.

Birkirkara — toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16105 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15945 u 12959, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija fir-risposti tlestewx? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol imsemmi?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12959 u 15945 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’seba’ toroq f’Birkirkara. Dawn huma Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq it-Torri u Triq Notabile” u “Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq Kanonku Karmenu Pirotta”. Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.

Ħal Balzan — toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16104 u ċjoè: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15946 u 12961, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 tlestiex?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12961 u 15946 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Balzan. Dawn huma Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied.” Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.

Ħal Lija — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16103 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 12960 u 15947, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2019 ma saret ebda triq f’Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll liema toroq ser isiru fl-2020 fl-istess lokalità?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12960 u 15947 li saru mill-istess Onor. Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Lija. Dawn huma Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin” u “Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta”. Għall-2020 hemm ippjanati li fl-istess lokalità jsiru wkoll Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca,Triq is-Salvatur u Triq il-Kbira.

Projects Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ direct orders mogħtija mill-Projects Malta Limited fis-sena 2019 u ċjoè minn Jannar sa Diċembru 2019, u għas-sena kurrenti ċjoè minn Jannar sa meta tiġi risposta din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa hawn taħt għall-perjodu bejn Jannar 2019 u Settemberu 2020. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tal-2016 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Ministry Year Direct Order Ref. No. D/O Name/ Subject of D/O Contractor's Name Contract Value Exc. VAT (€) MOT 2019 DO2018/59 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 18,000 MOT 2019 DO2018/60 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 80,000 MOT 2019 DO2019/03 Architectural services EMDP 40,000 MOT 2019 DO2019/04 General coordination of a number of environmental studies Ray Cachia Zammit 139,000 MOT 2019 DO2019/24 Legal services Mifsud Bonnici Advocates 40,000 MOT 2019 DO2019/32 Advisory Service i.e.w. negotiations between Government and a service provider RSM 60,000

Ħaż-Żabbar – Triq l-Għollieq – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra mal-Awtoritajiet konċernati biex ikun hemm bus shelter adegwat fi Triq l-Għollieq Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li itieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment u ħa nkunu qegħdin nevalwaw dan is-suġġeriment fil-futur qarib.

Laqgħat ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li skont dettalji miġbura mill-entitajiet li jiffirmuw parti mid-dekasteru tiegħi ħadd ma kellu laqgħat mal-kumpanija msemmija.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-PQ 15853, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Transport Malta – ħinijiet ta’ ftuħ ta’ Ċentri

Question

B’referenza għall-ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentri ta’ Transport Malta li fil-preżent huma sa nofsinhar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, b’ġurnata fil-ġimgħa sas-2.00pm u peress li dawn il-ħinijiet ma jaqdux il-bżonnijiet ta’ numru sostanzjali ta’ ħaddiema, jista’ l-Ministru jikkonsidra, jew li f’ġurnata fil-ġimgħa l-ħin jitwal sal-5.00 pm jew li ċ-ċentri jinfetħu nhar ta’ Sibt, jekk mhux kull ġimgħa, almenu kull ġimagħtejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment u li Transport Malta ser tkun qiegħda tikkunsidra din il-proposta.

L-Iklin – toroq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15944 u 12962, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 fil-fatt tlestiex? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 12962 u 15944 li saru mill-istess Onorevoli Interpellant u li fihom jingħad li “Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq fl-Iklin. Dawn huma Triq il-Prinjol u Triq in-Naxxar”. Ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali m’humiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.

In-Naxxar -xogħlijiet mistennija fuq toroq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9487 fejn il-Ministru rrefera għal xogħol fuq parti minn Triq il-Fortizza tal-Mosta fin-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid, fil-fatt, x’tip ta’ xogħol sar fl-2019? Jista’ jgħid kemm kienet kbira fil-fatt din il-“parti”?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq il-Fortizza tal-Mosta hija triq twila bejn il-Mosta u n-Naxxar u x-xogħol fiha kien ġie ppjanat li jsir fi tliet fażijiet. Ix-xogħol beda fuq ix-xaqliba tal-Mosta fejn saru l-ewwel żewġ fażijiet li fihom saret manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq. Fil-parti tat-triq li fadal biex issir in-naħa tan-Naxxar, fil-jiem li għaddew tlestew xogħlijiet tas-sistema tad-drenaġġ li saru minn entità oħra u issa se jitkompla x-xogħol minn Infrastructure Malta biex isir main tal-ilma u wara l-wiċċ tat-triq bl-asfalt.

11-il Distrett — Communal Disabled parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jiżdiedu l-communal disabled parkings bays fil-lokalitajiet li jkopru l-11-il distrett? Jista' jgħid kemm, jekk hemm, lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant lininsab infurmat li Transport Malta tipproċessa talbiet għall- Communal reserved parking bays li jaslu mingħand il-Kunsilli lokali jew mingħand individwi skond kif ikun il-każ. Skond l-arkivji ta’ L-Awtorita’ tat-Trasport hemm pendenti fil-ħdax il-Distrett kif jidher hawn taħt: · Attard – 1 · Mosta – 4 · San Pawl il-Bahar, Burmarrd – 7

Parkeġġ limiti tal-Għadira – multi storey car park

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk ix-xogħol li għaddej fuq il-parkeġġ eżistenti fil-limiti tal-Għadira, hux ser tittieħed il-konsiderazzjoni tal-proposta li ressaqt diversi drabi sabiex isir multi storey car park minflok kif qed isir ix-xogħol bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern permezz ta’ Projects Plus Limited se jkun qiegħed ibiddel medda t’art dilapitata, f’parkeġġ “state of the art” u sigur u li se jkun qiegħed jakkomoda aktar minn 300 vettura. Il-proposta ta’ multi-storey carpark kienet ġiet evalwata iżda l-konklużjoni kienet li jekk il-proġett isir b’dan il-mod, kien ser jieħu żmien twil biex jitlesta. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-proġett li qiegħed jitwettaq bħalissa, ser ikun qed jitlesta fiż-żmien li ġej u b’hekk il-pubbliku ser ikun jista’ jagħmel użu minnu fil-ġimghat li ġejjin. Nikkonferma wkoll, li fuq talba tieghek stess Onor. Interpellant, jiena tajt direzzjoni politika lil Kap Ezekuttiv ta’ Projects Plus sabiex jidhol f’diskussjonijiet mar-Regolaturi rispettivi, primarjament l-ERA. Dan kemm-il darba l-entita’ kienet lesta tikkunsidra l-proposta tieghek, u allura jigifieri li jkun zvillupat multi storey car park. Infurmat mill-istess Kap Ezekuttiv illi l-Awtorita’ regolatorja esprimiet numru ta’ materji importanti rigward potenzjalment bidla fil-progett u allura permess. Ghaldaqstant fl-immedjat din il-proposta qed tigi abbandunata.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15564 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15156 fejn il-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154 u peress li f’din it-tweġiba mhemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ l-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.