Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xemxija – promenade – xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' bini mill-ġdid tat-triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-każ tat-triq indikata, filwaqt li parti minnha diġà nbniet mill-ġdid, il-parti l-oħra sarilha xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet minħabba li qabel ma tkun tista’ tinbena wkoll mill-ġdid f’din il-parti tat-triq iridu jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn l-2014 u l-2019 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat permessi biex jitwaqqfu Tower Cranes fuq siti ta' kostruzzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħmistax il-notifikazzjoni dwar żvilupp fil-lokalitajiet imsemmija skont l-avviż legali 211 tas-sena 2016 għal Tower Cranes barra mis-sit tal-kostruzzjoni u li qed jokkupaw parti min art pubblika. Qed inpoġġu quddiem il-kamra tabella li turi dawn maqsumin skont il-kunsill lokali indikat fl-istess notifika. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fejn fil-proposta hemm imniżżel il-kliem tower u crane jew li il-klassi tal-iżvilupp hija indikata bħala klassi 9(i) - Tqegħid ta’ inġenji u strutturi għal xogħlijiet ta’ żvilupp, u li ġew approvati u ndikati li qegħdin fil-kunsilli relevanti. Mellieħa 5 Naxxar 3 SanPawl il-Baħar 7 Totali 15

Ix-Xemxija – post ta’ rikreazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fiż-żona biswit il-Knisja tax-Xemxija, preċiżament quddiem il-fire station tax-Xemxija (jew f'żona oħra fix-Xemxija stess), tiġi żviluppata f’post ta’ rikreazzjoni/primarjament għat-tgawdija tar-residenti tax-Xemxija li sal-lum m’għandhomx post simili, anke fid-dawl li fl-aħħar snin il-popolazzjoni f’din iż-żona kompliet dejjem tikber?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru ikkonċernat.

Proprjetà ta’ Klabb tal-futbol – valur kummerċjali tat-titlu

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istima tal-valur kummerċjali tat-titlu bil-kundizzjonijiet proposti li jinbidlu tal-proprjetà ta’ Sliema Wanderers FC, liema stima riċenti tal-Lands Authority (biex ngħinu fit-tfittxija) hija ferm inqas mill-istima li kienet saret minn SportMalta xi snin ilu mill-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-istess proprjetà?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, f’dan l-istadju l-Awtorità tal-Artijiet m’għandha ebda stima finali f’idejha dwar is-suġġett in kwistjoni.

In-Naxxar – Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11566, jista’ l-Ministru jgħid liema kienet id-data meta beda x-xogħol, id-data ta’ meta spiċċa l-istess u speċifikament fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol fi Triq ix-Xbieki fin-Naxxar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11566 tas-Seduta 260.

Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, il-Gvern qiegħed jistudja pjanjiet oħra.

Lands Authority, Joint Office u Dipartiment tal-Artijiet – applikazzjoni ta’ fidi ta’ ċens – ħlas amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħlas amministrattiv dovut lill-Awtorità tal-Artijiet jew Joint Office jew Dipartiment tal-Artijiet għal kull applikazzjoni ta’ fidi ta’ ċens fl-aħħar skema li ġiet imnedija ftit ġimgħat ilu? Kemm kien l-istess ħlas amministrattiv fl-iskema preċedenti għal din l-aħħar waħda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Artijiet illi taħt l-iSkema preċedenti tal-Fidi ta’ Ċens, il-ħlas amministrattiv kien ta’ €150 ma’ kull applikazzjoni u l-applikanti kienu mitluba illi jipprovdu huma, kopji ta’ pjanti ta’ reġistrazzjoni u fidi a spejjez tagħhom. Dan il-ħlas amministrattiv ma kienx ukoll ikopri x-xogħol konness sabiex tinħadem l-applikazzjoni, bil-konsegwenza illi l-ispejjeż sabiex jinħadmu l-applikazzjonijiet kienu jinġarru kollha min-naħa tad-Dipartiment. F’ċertu ka¿i, il-pjanti li kienu jiġu sottomessi mill-applikanti ma kienux jilħqu l-kriterji stabbiliti min-naħa tar-Reġistru tal-Artijiet, u d-Dipartiment kien ikollu jerġa’ jipprepara pjanti ġodda, bi spezzjonijiet u kejl ġdid fuq il-post, kif ukoll xiri ta’ pjanti relattivi mingħand ir-Reġistru tal-Artijiet. Sabiex jiġi evitat dan ix-xogħol doppju, li tellef mhux biss ħafna ħin prezzjuz lid-Dipartiment, i¿da anke’ tawwal il-proċess mingħajr ħtieġa, ittieħdet id-deċizjoni illi l-pjanti ta’ reġistrazzjoni jiġu preparati min-naħa tad-Dipartiment. Barra x-xogħol in konnessjoni mal-preparazzjoni tal-pjanti ta’ reġistrazzjoni u fidi, l-ħlas amministrattiv l-ġdid jinkludi wkoll ħlasijiet dovuti lir-Reġistru tal-Artijiet in konnessjoni mar-riċerki u r-reġistrazzjoni, kopji ta’ kuntratti u dokumentazzjoni oħra meħtieġa li ma jkunux fil-pussess tad-Dipartiment, riċerki ulterjuri dwar il-propjetà, vvetjar tal-kuntratti inkluż dak finali min-naħa notarili, kif ukoll xi pariri legali li jkun hemm bżonn.

Malta Public Transport Ltd – xufiera tal-karozzi tal-linja — lingwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mix-xufiera tal-karozzi tal-linja impjegati ma' Malta Public Transport Services Ltd, jafu jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż, bl-Ingliż biss u bl-ebda waħda minn dawn il-lingwi? X'qed isir biex jiġi aċċertat li dawn ix-xufiera jkollhom l-abiltà li jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż jew tal-inqas bl-Ingliż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, għal dawn l-aħħar sena u nofs, l-operatur tat-trasport pubbliku bi skeda m’huwiex jimpjega persuni bħala xufiera li ma jkunux kapaċi jikkomunikaw bil-Malti jew bl-Ingliz. Fil-każ li minn spezzjonijiet li jsiru minn uffiċċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li meta xi xufier ma jkunx kapaċi jikkomunika bil-Malti jew bl-Ingliż, l-Awtorità tieħu il-provvedimenti kif kontemplat fil-kuntratt.

Sea Hop on/off

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif waqt il-budget intqal li fl-2020 is-Sea Hop On/Hop Off tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, diġà applikaw mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid jekk dan hux direct order? X’sar minnu l-proċess ta’ tenders, studji, konsultazzjoni u trasparenza?

Response (BORG, IAN)

Onor. Interpellant hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq xi konċessjoni mogħtija mill-Awtorità. Il-Gvern jiżgura bħal ma għamel f'dan il-każ li jkun hemm l-Infrastrutura meħtieġa għal kulħadd u jikkordina billi jiżgura li operaturi differenti jkunu jistaw jaqsmu dik l-istess opportunità. Waqt li nieħdu pjaċir naraw investimenti ta' €20 miljun bħal fil-każ misemmi mill-Onor. Interpellant, nittamaw li jkun hemm bosta operaturi li jsegwu u jagħmlu l-istess, billi jużaw l-infrastrutura komuni li għandna fil-portijiet tagħna.

Hop on Hop off bus – inċident — kumpens

Question

Peress li kien hemm l-isfortuna li persuni mietu jew indarbu f’inċident tal-Hop on Hop off bus, jista’ l-Ministru jgħid b’kemm se jidħol il-Gvern fil-kumpens ta’ dawn il-persuni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, preżentament, il-każ għadu fi stadju sub jiudice, stante li għad hemm inkjesta pendenti. Illi f’ dan l-istadju kwalunkwe informazzjoni ulterjuri tkun biss spekulazzjoni stante li kif diġà ingħad għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. L-Awtorità tat-Trasport f’Malta qiegħda tikkontesta r-responsabbiltà u preżentament hemm intavolati atti ġudizzjarji, sabiex tiġi opposta kull allegazzjoni ta’ responsabbiltà indirizzata lill-Awtorità.

VRT Stations – terminazzjoni ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm VRT stations li talbu t-terminazzjoni tal-liċenzja b’mod volontarju mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, it-tabella li tidher hawn taħt, mis-sena 2014 sal-lum kien hemm żewġ operaturi li rrinunzjaw l-awtorizzazzjoni tagħhom minn jeddhom, u skont policy viġenti tal-Awtorità, tali awtorizzazzjoni ingħatat lil terzi persuni nominati mill-operaturi rinunzjanti. 2017 1 2018 1

VRT Stations – liċenzji terminati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm VRT stations li kellhom il-liċenzja terminata mill-Awtorità mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, skont it-tabella li ġejja, mis-sena 2014 sal-lum l-Aworità irrevokat tliet awtorizzazzjonijiet u qiegħda fil-proċess li tirrevoka awtorizzazzjonijiet oħra. 2017 1 2018 2

Importazzjoni ta’ vettura minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea – proċedura ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea hija kif spegajt hawn taħt. Kif il-vettura tasal Malta, is-sid għandu jinforma l’ Transport Malta u jista jixtri permess ta 30 ġurnata minn mindu tasal biex ikun jista juza l-vettura li jiswa €20. Jekk il-vettura għandha inqas minn 4 snin (għal vetturi M1) tkun e¿entata milli tagħmel it-test tal VRT (jew sentejn għal vetturi N1). Jekk vettura li tkun qabżet l-4 snin ikollha l-aħħar test tal-VRT li jkun sarilha fil-pajjiż Ewropew minn mnejn ġiet impurtata għadu validu, dan jista jintuza minflok isir wieħed hawn Malta. Vetturi mportati mill-Ingilterra jinħtieg li jkollok ċertifikat li jivverifika l-kilometraġġ. It-tlett ċertifikati approvati minn Transport Malta huma; test ta’ l-aħħar MOT validu li jkun sar l-Ingilterra, ċertifikat tal-Jevic jew ċertifikat maħruġ mil-CAP. Individwu għandu ċans 30 ġurnata mid-data tal-wasla tal-vettura ġewwa Malta biex jirreġistra l-imsemmija vettura. Wara tapplika penali ta’ €30 kuljum. Id-dokumenti meħtieġa huma kif stipulat: · Polza ta` assigurazzjoni maltija · Formoli ta` Transport Malta – VEH01 u VEH02 · Ispezzjoni u evalwazzjoni tal-vettura mill uffiċċju tekniku ta` Transport Malta · Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’barra tal-vettura · Il-biljett tal-vapur fejn jindika d-data ta` meta waslet il-vettura Malta · Il-pjanċi ta barra tal-vettura

Vetturi importati — proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea hija kif spegajt hawn taħt. Mal wasla tal-vettura ġewwa Malta, l-vettura tinżamm mid-dwana u sid il-vettura jrid jmur l-uffiċċju ta’ Transport Malta sabiex jiddepożita l-ammont tat-taxxa provizzjonali biex b’hekk tkun tista tiġi relaxxata l-vettura. Malli tiġi relaxxata sid il-vettura għandu 30 ġurnata sabiex jirreġistra. Id-dokumenti meħtiega huma kif stipulat: · Polza ta` assigurazzjoni Maltija · Formoli ta` Transport Malta – VEH01 u VEH02 · Formola VEH04 li tigi mimlija mill ufficjali ta dwana u ttimbrata mill pulizija · Iċ-ċertifikat ta’registrazzjoni ta’ barra tal-vettura · Irċevuta tax-xiri tal-vettura · Il-biljett tal-vapur fejn jindika d-data ta` meta waslet il-vettura Malta · Il-pjanci ta barra tal-vettura · Ċertifikat tal-VCA · Ċertifikat tal-Jevic li jiċċertifika il-kilometraġġ ta` l-imsemmija vettura jekk il-vettura tkun impurtata mill-Ġappun · Jekk il-vettura jkollha anqas minn erba snin (ghal vetturi M1) tkun eżentata milli taghmel it-test tal VRT (jew sentejn għal vetturi N1). B’ differenza għal vetturi mpurtati mill-EU, għal dawn il-vetturi (M1) tista’ tapplika minimu ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha titħallas kif stipulat fit-tabella. 12.4 Minimum Tax (The vehicle's age is the age of a vehicle from year of manufacture). Minimum tax applies to used M1 (including autogas, electric, and hybrid electic motor vehicles) and quadricycle imported from Non-EU countries excluding: The Channel Islands (Guernsey and Jersey), The Isle of Man, Monaco, Andorra or San Marino, and which have a vehicle age in excess of five (5) years Year 0 1 2 3 4 5 6 7 0g/km - 100g/km - - - - - 800 900 1000 101g/km - 130g/km - - - - - 1000 1100 1200 131g/km - 140g/km - - - - - 1200 1300 1400 141g/km - 150g/km - - - - - 3500 3920 4390 151g/km - 180g/km - - - - - 4000 4480 5018 181g/km - 220g/km - - - - - 7000 7840 8781 221g/km - 250g/km - - - - - 12000 13440 15053 more than 250g/km - - - - - 13500 15120 16934 Year 8 9 10 11 12 13 14+ 0g/km - 100g/km 2107 2360 2644 2961 3316 3714 4160 101g/km - 130g/km 2529 2832 3172 3553 3979 4457 4992 131g/km - 140g/km 2810 3147 3525 3948 4421 4952 5546 141g/km - 150g/km 4917 5507 6168 6908 7737 8666 9706 151g/km - 180g/km 5620 6294 7049 7895 8843 9904 11092 181g/km - 220g/km 9834 11015 12336 13817 15475 17332 19412 221g/km - 250g/km 16859 18882 21148 23686 26528 29712 33277 more than 250g/km 18967 21243 23792 26647 29844 33426 37437

Test għal xi liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ressqu għat-test għal xi liċenzja tas-sewqan matul is-sena 2018? Kemm minn dawn għaddew mit-test?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, matul is-sena 2018, Transport Malta resqet 13,784 persuna għat-test tas-sewqan, li minnhom kien hemm 7,261 persuna li għaddew mit-test.

San Pawl il-Baħar — Triq Ċensu Tanti - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11248, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Ġifen - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11249, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

San Pawl il-Baħar — Triq Annetto Caruana - Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11250, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.

San Pawl il-Baħar — Triq Paderborn - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11251, jista' l-Ministru jgħid: a. meta se jibda x-xogħol imsemmi; b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?