Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali — abbużi

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm instabu każijiet ta’ abbuż minn benefiċċji soċjali s-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Family Resource Centres — professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (u xi professjoni jħaddnu) li huma impjegati fil-Family Resource Centres sabiex jgħinu l-klijenti li jżuru dawn iċ-Ċentri? X’għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu mis-servizz tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Family Resources Centres, li issa ħadu l-isem ta’ Ċentri tal-Familja fil-Komunità, hemm impjegati total ta’ 52 professjonist/a li huma mqassma hekk kif indikat fit-tabella hawn taħt. Lokalità Ħaddiema Soċjali Social Welfare Professionals Valletta 5 2 Birgu 3 5 Sta Lucija 0 1 Xgħajra 3 2 Zejtun PFI 2 0 Kirkop 0 4 Marsaskala 0 1 Qormi 1 3 Qawra 7 4 Mosta 3 0 Imsida 4 2 Hemm ukoll 36 professjonisti addizjonali li joffru servizzi terapewtiċi mal-familja u trobbija tal-ulied lil familiji referuti minn dawn iċ-centri. Dawn ġejjien mill-professjonijiet diversi hekk kif indikat hawn taħt: Family Therapists 5 Trainee Family Therapists 2 Psychotherapists 8 Trainee Psychotherapists 3 Counsellors 7 Parenting Coaches 11 Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-komunita’ jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Komunità.

Support Line 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu n-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata matul is-sena l-oħra?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. GENUINE CALLS TO SUPPORT LINE 179 in 2020. PRESENTING PROBLEM Number Abuse of an adult 42 Abuse of elderly persons 69 Adoption related 4 Aggressive\violent behavior 85 Alcohol 91 Bereavement 50 Bullying 32 Care of significant others 6 Child abuse – at risk 151 Child abuse – emotional 72 Child abuse – neglect 160 Child abuse – physical 105 Child abuse – sexual 15 Child abuse - internet - Child access 63 Child care 41 Communication issues in romantic relationship 13 Crime (adult) 10 Cyber-bullying 34 Delinquency (youth) 13 Disability related issues 57 Divorce 4 Domestic violence – at risk 208 Domestic violence – emotional 439 Domestic violence – financial 17 Domestic violence – neglect 4 Domestic violence – physical 353 Domestic violence – sexual 8 Drugs (prescription medication) 11 Drugs (illicit substances) 182 Eating disorder 4 Elderly needs 477 Employment problems 38 Financial problems 90 Foster placement 21 Gambling 22 Harassment 20 Homeless 645 Housing problems 54 Illegal content 10 Infidelity in romantic relationship 7 Information - internet 24 Information - services 463 Language or cultural barriers 2 Legal issues 189 Listening 1098 Loneliness 2626 Marital separation 176 Mental health 1505 Non-person directed behaviours 50 Oppositional defiant disorder 0 Parent child attachment issues 134 Parenting skills 24 Personal hygiene issues 1 Physical health 106 Pregnancy related issues 11 Relationship problems 5 with reconstituted family Relationship problem 56 with extended family Relationship problem 476 with nuclear family Residential care 34 Romantic relationship conflicts 216 Running away 21 School related problems 13 Self-injury behaviours 89 Sexting 1 Sexual assault/rape 6 Sexuality related issues 17 Social security benefits issues 68 Stereotyped behaviours 0 Technology addiction 3 Undocumented migration issues 2 Unemployment 17 Usury 15 Unspecified behavioural problems - Other 2722 None specified 9 Grand Total 13906

Professjonisti fil-Qasam Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li professjonisti fil-qasam soċjali qed jilmentaw li m’għandhomx biżżejjed għodda biex iħaddmu ċ-Children’s Act kif suppost u li huma mhux qed jirnexxilhom jaħdmu fl-aħjar interess tat-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant tispjega aħjar liema huma l-għodda li qegħda talludi għalihom li allegatament huma neqsin.

Social Work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi hemm biex aktar persuni jitħajru jieħdu s-social work bħala professjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) toffri l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol fil-qasam soċjali permezz ta’ Ftehim Kollettiv li mhuwiex biss l-aqwa patt azjendali fis-settur imma għodda ta’ żvilupp professjonali billi joffri linji ċari u trasparenti għal dawk li huma career progression u career development biex b’ hekk l-FSWS tkun f’ pożizzjoni tajba għal dak li huwa recruitment and retention tar-riżorsi umani tagħha. Dawn li ġejjin huma, fil-qosor, l-iskaluni tal-inċentivi li joffri l-Ftehim Kollettiv viġġenti bejn l-FSWS u l-union li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema, jiġifieri l-UĦM: Studenti fl-aħħar sena tal-kors universitarju jiġu offruti impjieg bħala Social Worker Trainee hekk kif ilestu l-eżamijiet b’ salarju ta €19,313 (ekwivalenti għal Grade 5 tal-Ftehim Kollettiv), dan sakemm joħroġu r-riżultati kollha u jikkonfermaw li l-istudent ikun għadda mill-kors fl-intier tiegħu u kulma jkun jonqsu tkun il-gradwazzjoni formali, Malli joħorġu r-riżultati, dawn l-istudenti jiġu promossi għal Social Worker Graduate (non-warranted) u l-paga tagħhom titla’ mill-ewwel għal €22,769 (ekwivalenti għal Grade 4 tal-Ftehim Kollettiv). Dan huwa, fil-fatt, accelerated increment għax professjonisti oħrajn jibdew b’paga ta’ €20,219 ta’ l-istess Grad. Warranted Social Worker (jiġifieri wara sentejn prattika ta’ xogħol taħt superviżjoni) tibda b’paga ta’ €22,966 (ekwivalenti għal Grade 3 tal-Ftehim Kolettiv bejn l-FSWS u l-UĦM) u tingħata Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif wkoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena, kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) Allowance ta’ €700 fis-sena. Senior Social Worker I - Grade 2 tal-Ftehim Kollettiv b’ paga ta’ €25,478 – jiġu promossi b’ sistema ta’ colloquia wara sejħa interna għal Social Workers li għandhom Degree fis-Social Work kif ukoll 8 snin esperjenza ta’ xogħol jew Masters Degree fil-qasam soċjali u 6 snin esperjenza ta’ xogħol. Jingħataw ukoll Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif ukoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena, kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) ta’ €700 fis-sena. Senior Social Worker II - Grade 1 FSWS Collective Agreement b’ paga ta’ €27,226 – jiġu promossi b’ sistema ta’ colloquia wara sejħa interna għal Social Workers li għandhom Degree fis-Social Work kif ukoll 8 snin esperjenza ta’ xogħol kif ukoll 5 snin esperjenza ta’ xogħol fi grad ta’ Senior Social Worker 1 (jiġifieri total ta’13-il sena xogħol) jew Masters Degree fil-qasam soċjali u 6 snin esperjenza ta’ xoghol kif ukoll 5 snin esperjenza ta’ xogħol fi grad ta’ Senior Social Worker 1 (iġifieri total ta’ 11-il sena xogħol). Jingħataw ukoll Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif ukoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) ta’ €700 fis-sena. Barra minn hekk fi kwalunkwe livell, wara li jkunu kisbu l-warrant, kull social worker jista’ japplika wkoll biex ikun Leader jew Co-Ordinator ta’ Servizz b’ allowances ta’ € 2,800 u € 1,350 fis-sena rispettivament, kif ukoll Qualifications Allowances li titla’ sa € 1,100 għal min gġandu Dottorat. F’kull stadju ta l-impjieg, kull social worker jingħata supervision professjonali regolari tul l-impjieg kollu. Jingħata taħriġ regolari professjonali f’Malta kif ukoll barra minn Malta tul l-impjieg kollu tagħhom. Mis-sena l-oħra ’l hawn ukoll, bi ftehim mal-Università, ġie introdott il-Master fis-Social Care Management biex joffri wkoll opportunità oħra dawk il-professjonisti soċjali li jixtiequ jimxu ’l quddiem fil-karriera tagħhom.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom għandhom il-vizzju tal-kokaina, eroina jew cannabis? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġewwa l-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa, l-aġenzija nazzjonali fil-qasam tal-vizzji u dipendenzi, fi ħdan l-FSWS bħalissa hemm sbatax (17)-il klijent li qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni. Minn dawn, ħdax (11) huma rġiel filwaqt li sitta (6) huma nisa. Minn dawn is-sbatax (17) -il klijent, hemm; · Disgħa (9) ppreżentaw problema ta’ kokaina; · Tmienja (8) ppreżentaw problema ta’ eroina; · Ħadd ma ppreżenta problema ta’ kannabis.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-2021, fil-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS, kien hemm tlettax-il (13) resident li ppreżentaw problema primarja ta’ xorb. Fil-preżent, hemm sitt residenti li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni f’dan ir-rigward. Minn dawn, tlieta (3) huma nisa filwaqt li tlieta (3) oħra huma rġiel. Hemm ukoll klijent ieħor li semma l-alkoħol bħala l-problema sekondarja tiegħu.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor, Interpellanta li min ifittex għajnuna għall-vizzju tal-logħob jirċievi din l-għajnuna mill-Addictions Community Team tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS. L-għadd ta’ persuni li fittxew din l-għajnuna matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: IRĠIEL NISA Total Gambling reported as a primary problem 17 2 19 Gambling reported as a secondary problem 9 0 9 Total cases reporting a gambling problem 26 2 28

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li fil-preżent ma hemm ebda klijent/klijenta li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba vizzju tas-sess.

Tfal – care order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order? Kemm minn dawn it-tfal għaddew f’idejn foster carers u kemm hemm tfal li qed jiġu kkurati fi ħdan wieħed mill-istituti f’Malta u Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

L-entitajiet kollha li għandhom Kuntratt ta’ Sħubija Soċjali (Public Social Partnership - PSP) ma’ dan il-Ministeru u li jieħdu ħsieb dawn it-tfal f’kura alternattiva, huma mgħammra biex jospitaw lit-tfal f’units żgħar fejn il-massimu huwa ta’ sitt itfal f’ kull unit u fejn in-norma hija bejn erba’ u ħamest it-tfal. L-entitajiet li jmexxu dawn id-djar tat-tfal jagħmlu minn kollox biex dawn it-tfal jgħixu f’ambjent kemm jista’ jkun qrib dak ta’ familja u li jkun child friendly. Intant, sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, n-numru ta’ tfal protetti bil-Care Order kien jammonta għal 291. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellanta li, hemm aktar tfal li jirrisjedu ma’ foster families jew fi djar residenzjali/tal-komunita, iżda dawn it-tfal qegħdin residenti f’dawn id-djar b’arranġament differenti u mhux taħt care order. It-tfal protetti b’ care order huma mqassma kif ġej: F’Foster care 142 Fi Djar residenzjali 89 Fi Djar fil-Komunita’ 35 Tfal li qed jattendu programm residenzjali 3 B’Re-integrazzjoni mal-familja bijoloġika 22 Minn numru totali ta’ tfal li jinsabu f’foster care, hemm 131 qegħdin jiġu mrobbija min Foster Carers ġewwa Malta u 9 ġewwa Għawdex, filwaqt li 2 jgħixu ma’ ġenituri prospettivi għall-addozzjoni. It-tfal li jinsabu residenti fi djar residenzjali, li jammonta għal 89 kif spjegat fit-tabella, huma mqassma 87 tifel u tifla li jgħixu ġewwa djar residenzjali f’Malta u 2 minuri fid-djar residenzjali ġewwa Għawdex. Id-djar fil-komunita’ li qed jospitaw 35 tifel u tifla, huma residenzi tat-tfal fil-komunita’, li jilqgħu fosthom numru zgħir ta’ tfal f’kull residenza. Qegħdin nagħmlu kull sforz possibli sabiex nevitaw li ikollna minuri f’istituzzjonijiet. B’kollox, kif indikat ukoll fit-tabella t’hawn fuq, għandna 3 itfal li qegħdin jattendu programm residenzjali li huwa programm speċjalizzat, ffukat fuq titjib fl-imġieba tal-istess minuri. Finalment, 22 minuri qegħdin fil-proċess ta’ re-integrazzjoni lura ma’ ġenitur jew ġenituri tagħhom jew ma’ xi membri oħra tal-familja bijologika tagħhom taħt monitoraġġ. Hawnhekk tkun qed tiġi evalwata l-possibilità li tiġi rakkomandata revokazzjoni tal-Ordni ta’ Ħarsien (care order), dejjem jekk dan jirriżulta li jkun fl-aħjar interess tal-minuri.

Tfal taħt care order – proċess ta’ fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order u qed jistennew li jgħaddu minn proċess ta’ fostering?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li huma protetti b’care order u li għadhom qed jistennew li jiġu fostered huwa ta’ sitta. Dan huwa l-inqas numru ta’ tfal jistennew biex jiġu fostered f’dawn l-aħħar snin u dan huwa riżultat ta’ diversi miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin riċenti, fosthom: 1. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €70 għal €100 fl-2018, 2. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €100 għal €110 fl-2021, 3. Il-kampanji ta’ għarfien u pubbliċità li għamlet l-Aġenzija Appoġġ favur il-fostering, 4. L-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u Kura Alternattiva, Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta. 5. Riżultat tal-prattika l-ġdida mħaddma mid-Direttorat għall-Kura Alternattiva mwaqqaf skont l-istess Kap 602, fejn l-ewwel preferenza għal-placement qiegħda konsistentament tkun li tfal ikunu fi placement f’ambjent ta’ familja u mhux fi Djar tat-Tfal.

Familji — fostering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jistennew biex irabbu tfal permezz ta’ Fostering?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa 4 familji li huma diġa approvati bħala foster carers qegħdin fit-tranżizzjoni biex jibdew joffru placement bħala foster families, filwaqt li 3 familji qegħdin jistennew li jiġu matched ma’ minuri. Id-Direttorat Kura Alternattiva jiġbed l-attenzjoni li kull minuri jiġi matched ma’ foster carer skont il-bżonnijiet tal-minuri u, għaldaqstant, mhux neċessarjament li foster carer li qed jistenna match, jiġi b’mod awtomatiku matched ma’ minuri li qed jistenna li ikun ma foster family. Id-Direttorat qiegħed ukoll isegwi 13-il familja li huma approvati bħala Foster Carers, pero’ li minħabba ċirkostanzi personali mhumiex f’pożizzjoni li jiffosterjaw fil-mument preżenti. Hemm ukoll 4 familji li huma approvati bħala Foster Carers li jistgħu joffru respite placements biss.

Addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — person of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22161, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Familja kif ukoll għall-Ministeru għall-Politika Soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22473.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21903, jista’ issa l-Ministru jindika l-ismijiet u l-email addresses tal-uffiċjali li huma responsabbli taċ-Ċentri/Servizzi fil-Komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt: Office Phone Work Address Locality Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345112 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Agency for Community and Therapeutic Services Head Office 23345111 Community Family Centre, 2nd Floor Kunsill Lokali Msida, Triq il- Kuncizzjoni, Msida Msida Western Region Qormi 21496045 393/395, Triq il-Vitoria, Hal Qormi QRM 2505 Qormi Cottonera Community Service 23985111 Centru Leap, Triq San Dwardu. Birgu Valletta Community Service 23953117 72, Melita street Valletta Valletta South Region, Kirkop 21640257 Centru Leap, Triq San Pietru Kirkop Mosta Community Services 21437447 5, St. Anne Street, Mosta Mosta Birkirkara / Msida Community Services 22583208 168, Valley Road, Msida Msida Zabbar Community Service 23985124 Centru LEAP, Triq San Dwardu Birgu Qawra Community Service 22697110 Qawra Community Services , Block B4 Triq il-Frejgatina, Qawra SPB 1276 Qawra

Kalkoli tal-pensjoni — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari 22345.

FSWS – rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport annwali għas-sena 2020 maħruġ mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor Interpellanta li, d-disinn tar-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali sar minn impjegat tal-Fondazzjoni stess u, għaldaqstant, ma kienx hemm ħlas la għad-disinn u lanqas għall-impaġnar. L-istampar tal-kopji tar-rapport imsemmi sar fl-Istamperija tal-Gvern għal prezz totali ta’ €3,160.09 (Tlett elef, mija u sittin Ewro u disa’ ċenteżmi).

FSWS – nuqqas ta’ professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li qed iwieġeb din il-mistoqsija, kemm hemm nuqqas ta’ professjonisti fis-servizzi li toffri l-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)? Jista’ jagħti l-figuri skont il-professjonijiet (eż: social workers, psiko terapisti, eċċ)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ professjonisti nieqsa preżentament fis-servizzi li toffri l-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali (FSWS) huma maqsumin bejn dawk li huma ġodda (new capacity-building) u replacements (sabiex jimtlew ir-rizenji), skont kif qed jidher hawn taħt: Full-Time Part Time New Capacity-building Ħaddiema Soċjali (Social Workers) 17 0 Replacements Psikologi 3 0 Terapisti tal-Familja 2 0 Psikoterapisti 1 0 Social Welfare Professionals 15 1 Tabib 1 0 Spizjar 0 1 B’Total ta’ 39 2

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-delegazzjonijiet li assistew lill-Ministru kienu dawk skont il-bżonnijiet ta’ xogħol konness mas-safar. L-informazzjoni oħra mitluba tinsab kif tidher fit-tabella ta' hawn taħt. DATA TA' L-IVVJAĠĠAR MĦALLSA MINN SPI¯A TOTALI F'EWRO 31.5.2021 - 2.6.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 6,051.77 5.7.2021 - 7.7.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 3,669.30 25.8.2021 - 27.8.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 4,175.72 11.9.2021 - 14.9.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 5,336.49 6.10.2021 - 8.10.2021 Mħallsa minn Fondi Nazzjonali 2,149.00