Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr, Malta - Servizz tas-Silver T

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema lokalitajiet jiġi offrut is-servizz tas-Silver T lir-residenti tal-Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li dan is-servizz jiġi offrut ukoll lejn lokalitajiet oħra, mill-Imġarr?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz tas-Silver T li jservi r-reġjun tal-Imġarr, Malta,  jinkludi wkoll l-lokalitajiet tar-Rabat, Mdina, Baħrija, Mtarfa u Mosta. Dan is-servizz għandu l-għan li jtejjeb il-mobilità tar-residenti fiż-żona u joffri konnessjoni aħjar maċ-ċentri tas-servizzi fil-qrib.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2024 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-Saħħa - Tobba - Visti fid-djar - Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa matul l-2025 u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċentri tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FSSA - Stabbilimenti li kellhom jagħlqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti mill-2023 sal-2025, li kellhom jagħlqu minħabba li ma ġabux riżultat xieraq mill-ispezzjonijiet tal-Food Safety and Security Authority (FSSA)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba sa Frar 2025 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward l-informazzjoni mitluba minn Marzu ‘l quddiem nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FSSA - Spezzjonijiet

Question

Skont l-ispezzjonijiet li saru mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) matul l-2025, jista’ l-Ministru jikkwantifika kemm kien hemm stabbilimenti skont il-gradi li ġabu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal Jannar u Frar 2025 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward l-informazzjoni mitluba minn Marzu ‘l quddiem nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FSSA - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni tal-gradi tal-ispezzjonijiet (eż. A, B, C, eċċ.) li jsiru mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) u kif dawn l-ispezzjonijiet jiġu interpretati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FSSA - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Food Safety and Security Authority (FSSA) fis-snin 2023, 2024 u 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2023 sa Frar 2025 saru 2,691 spezzjoni. Mill-bidu ta’ Marzu 2025 kienet bdiet iseħħ it-tranżizzjoni sabiex il-funzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ikel jgħaddu għand l-Awtorita` għas-Sigurta` tal-Ikel taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, għalhekk għal din il-parti tal-informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Negotiated Procedure for the outsourcing of bed services for Karin Grech Rehabilitation Centre and MDH CPSU 10309/25’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-Direct Order permezz tas-sejħa: ‘Negotiated Procedure for the outsourcing of bed services for Karin Grech Rehabilitation Centre and MDH CPSU 10309/25’, kemm hu l-valur ta’ din is-sejħa, għal kemm perjodu ta’ żmien ħarġet din is-sejħa u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-iskop ta’ din in-negotiated procedure huwa li jagħti servizzi ta’ kura għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi kumplessi. Din tikkonsisti f’ total ta’ 40 sodda għal sena.  Il-valur jista jiġi aċċessat minn fuq il-portal li hu aċċessibli għall-pubbliku etenders.gov.mt.

Sptar Mater Dei - Long term care patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li ġew ikklassifikati bħala long term care patients mill-Isptar Mater Dei u kemm minnhom ġew rilokati f'din l-aħħar sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 61 persuna li ġew ikklasifikati bħala long term care patients. Infurmat ukoll li fl-aħħar sena 575 pazjent ġew rilokati għal dar tal-anzjani u 291 pazjent ġew rilokati għal SVP.

Servizz tas-Silver T

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tas-Silver T jużax vannijiet (mini buses) biss? Jista’ jgħid ukoll x’alternattivi hemm (bħal karozza) għall-anzjani li għal raġunijiet varji ma jkunux jistgħu jitilgħu fil-vann?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz tas-Silver T ma jużax biss vannijiet, iżda jopera kemm b’vannijiet kif ukoll b’karozzi, skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull rotta. Kemm il-vannijiet kif ukoll il-karozzi huma mgħammra bit-tagħmir neċessarju sabiex jiġi żgurat li l-anzjani jkunu jistgħu jużaw dawn il-vetturi b’mod komdu u mingħajr diffikultà.

L-Isptar Mater Dei – Health Carers u Senior Health Carers – Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm Health Carers/Senior Health Carers ser jieqfu jgawdu l-allowance ta’ €330 maqbul f’Mejju 2024 għall-Health Carers/Senior Health Carers li jaħdmu fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu mhux komplut.

L-Isptar Mater Dei – Health Carers u Senior Health Carers – Allowance

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34792 dwar għaliex l-allowance ta’ €330 maqbul f’Mejju 2024, għall-Health Carers/Senior Health Carers li jaħdmu fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei qed jitwaqqaf, fejn ġie mwieġeb li “l-Health Carers/Senior Health Carers li jagħmlu xogħol ta’ ‘patient care duties’ ikomplu jgawdu mill-allowance maqbul f’Mejju 2024.”, jista’ l-Ministru jagħti d-definizzjoni tal-patient care duties?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Id-definizzjoni ta’ ‘patient care duties’ hija skont il-ftehim kollettiv iffirmat mal-unjins rispettivi.

L-Isptar Mater Dei – Infermiera u staff – Sample menu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti sample menu tas-snacks differenti li qed jingħataw lill-infermiera u l-istaff tal-Isptar Mater Dei li applikaw bħala ‘gluten free’ u dawk li applikaw bħala ‘diabetic’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jbatu bid-dijabete (Type 2) - Ozempic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li jbatu bid-dijabete (Type 2) qed jingħataw l-Ozempic minn fuq il-Formolarju tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għaddej xogħol fuq l-injezzjonijiet ta’ GLP 1 agonst, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tkun b’mod sostenibbli u skont il-qafas regolatorju applikabbli.

L-Imġarr, Malta - Klinika tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33992 rigward il-klinika tal-Gvern (polyclinic) li għandha tintuża mir-residenti tal-Imġarr, Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tal-Imġarr humiex qegħdin jiġu infurmati biex jagħmlu użu mill-klinika fir-Rabat, bħal pereżempju għat-testijiet tad-demm? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li wara diskussjonijiet mal-Union li tirrapreżenta l-infermiera, sar eżerċizzju fejn saret analiżi dettaljata tal-istatistika, kemm dwar ħinijiet ta’ stennija kif wkoll domanda għal ċerta servizzi. Ir-raġuni ewlenija għal dan kienet sabiex jitnaqqsu il-ħinijiet ta’ stennija peress li x-xogħol jiġi distribwit aħjar bejn id-diversi ċentri tas-saħħa.