Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Barranin li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni barranin minn pajjiżi terzi li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei jew Ċentri tas-Saħħa? Kemm kien l-ammont li nġabar? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jistaqsi dwaru.

Ministeru għas-Saħħa — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Operazzjoni tal-Katarretti — Lista ta' stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti għal aktar żmien minn dak stipulat fil-Patient Charter hemm 362.

Operazzjoni ta’ kirurġija – Lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid — Iffinanzjar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13155, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali fl-intier tagħha u jagħti l-valur finanzjarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.

Sptar Mater Dei — Outpatients

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13161, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jagħti l-valur finanzjarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.

Settur tas-Saħħa — investiment kapitali budgeted

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-investiment kapitali budgeted għal 2021, 2022 u 2023, u kemm minnu ntefaq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment kapitali budgeted għas-snin li talab hu kien ta’ Eur 53.7 miljun fl-2022, Eur 75.5 miljun fl-2023 u Eur 81.3miljun għal-2024.

Sptar Mater Dei — Parkeġġ ġdid għall-Istaff

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13162, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta l-bini tal-parkeġġ għall-istaff imsemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li l-parkeġġ ikun lest lejn l-aħħar nofs tas-sena d-dieħla.

Ċentru Reġjonali Vincent Moran — swali ta' operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jkun hemm swali tal-operazzjonijiet ġodda fiċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran u liema operazzjonijiet hu ppjanar li jsiru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran huwa attrezzat b’żewġ swali tal-operazzjonijiet, kif ukoll sala tal-operazzjonijiet oħra biswit d-dipartiment tal-Emerġenza. Il-pjan hu li fihom isir każijiet ta’ day surgery.

Sptar Mater Dei — pjan biex jitnaqqsu l-lisi ta' stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13165, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-operazzjonijiet/proċeduri li qed isiru fil-privat u f'liema sptar/kliniċi privat isiru waħda b'waħda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Gvern għandu kuntratt ma’ St Thomas Hospital. L-operazzjonijiet/proċeduri li qed isiru fil-privat huma: · Urologija · Ġinekoloġija · Kirurġija Ġenerali · Kirurġija Vaskulari · Endoskopija

PSC — Deċiżjoni dwar individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment b’overtime?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mediċina Galvus

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pillola 'Galvus' mhux tingħata u qed twassal għal riżultati ħżiena f'pazjenti li jgħixu bid-dijabete minħabba li hija l-unika tip ta' mediċina li tikkontrollalhom iz-zokkor?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhix il-prattika li l-Gvern ikollu mediċini branded fuq il-formolarju. Fil-fatt il-mediċina li hemm fuq il-formolarju hija Sitagliptin.

Mosta – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fiċ-ċentri tas-saħħa tinżammx statistika tal-lokalitajiet li minnhom ikunu ġejjin il-persuni li jżuru l-istess ċentri tas-saħħa? Jekk iva, jista' jgħid in-numru ta' persuni li żaru ċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul din is-sena, xahar, b'xahar? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni li żaru dan iċ-ċentru tas-saħħa partikolari, bin-numru ta' persuni minn kull lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva fiċ-ċentri tas-saħħa tinżamm statistika tal-lokalitajiet li minnhom ikunu ġejjin il-persuni li jżuru l-istess ċentri tas-saħħa. Fit-tabelli hawn taħt mehmuża tinsab l-informazzjoni mitluba minnha. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta Numru ta' persuni li żaru ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul l-2022 Jannar 14,570 Frar 13,820 Marzu 15,450 April 13,390 Mejju 15,740 Ġunju 14,820 Lulju 16,340 Awwissu 15,590 Settembru 13,920 Ottubru 15,700 Novembru (sat-12.11.23) 5,890 Lokalitajiet Numru ta’ Pazjenti li marru ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta Jan - Nov 2023 Mosta 42,203 San Pawl il-Baħar 34,582 Naxxar 19,658 Mellieħa 6,917 Mġarr 5,206 Għargħur 3,723 Attard 3,692 Birkirkara 8,571 Oħrajn 30,669

Sptar Mater Dei — Canteen

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13367, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se joħroġ it-tender u fejn se jimbena l-canteen għall-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender se joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.

Proġett Nothern Hub

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13160, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali b'mod intier u jagħti l-valur finanzjarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13160.

Eylea 40mg/ml

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Eylea 40mg/ml hijiex qiegħda fuq il-Formolarju tal-Gvern u jekk le, jista’ l-Ministru jgħid kemm tiswa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-mediċina mhux qegħdha fuq il-formolarju tal-Gvern.

Screening tal-Prostata

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu rġiel għall-iscreening tal-prostata u l-etajiet tagħhom, fil-perjodu bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ħafna pajji¿i oħra Ewropej, Malta ma għandiex program ta’ screening tal-prostita.

Rabat, Għawdex – Ċentru tas-saħħa ġdid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proġett ta’ ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex, li ilu jiġi mwiegħed diversi snin u meta hu ppjanat li jinfetaħ uffiċjalment għall-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk dan iċ-ċentru hux ser ikun miftuħ għall-pubbliku l-ġurnata kollha (erba u għoxrin siegħa kuljum) bħal ma jinfetħu ċentri oħra simili f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex se jiġi nawgurat fil-ġranet li ġejjin.

Proġett Northern Hub

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'ser isir mill-pjan tan-Northern Hub minħabba li fil-baġit ta' din is-sena (viżjoni 2024) ma ġew investiti l-ebda flus fih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 13153.