Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13646 u 13105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti spjega tal-ħidma tal-Programm Budz li, skont il-budget tas-sena 2009 (paġna 71) kellha toffri ħidma lil diversi żgħażagħ li huma meqjusin li qegħdin fil-periklu? Kemm ġew allokati fondi għall-Programm Budz? Kemm intnefqu fondi għall-Programm Budz? Kemm kien in-numru ta' żgħażagħ li gawdew minn dan il-programm?
Royal College of Surgeons in Ireland — laqgħat mal-Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11313 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’qed iżomm milli jimmaterjalizza l-proġett tar-Royal College of Surgeons in Ireland (RCSI) li avviċina u kellu laqgħat mal-Malta Enterprise biex minn Settembru 2008 kellu jiftaħ ċentru f’Malta u joffri programm universitarju fil-qasam tal-mediċina għal studenti internazzjonali kif għandu f’pajjiżi oħra bħall-Malasja, Bahrain u Dubai?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11417 u jgħid kemm hemm speech therapists jaħdmu ma' xi qasam li jaqa' taħt il-Ministeru? F'liema qasam jaħdmu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?
Awtorità tad-Djar — ħruġ ta' ilma minn kamra tal-banju
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġi rimedjat l-inkonvenjent li qiegħdin isofru inkwilini tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba ħruġ tal-ilma mill-kamra tal-banju tal-post indikat? Jista' jara li tingħata attenzjoni lil dan il-każ peress li l-post kien mogħti mill-Awtorità tad-Djar u l-inkwilin inkwistjoni qiegħed bir-relief?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn ġie rifjutat li terġa' tinħareġ kartuna roża lill-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, wara li l-kartuna roża li kellha skaditilha, ma tafx fejn għamlitha u talbet biex tinħarġilha oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Sptar San Luqa — pagi, allowances u overtime lin-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar San Luqa fis-sena 2005?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13859, dwar rekwiżizzjonijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dipartiment konċernat hux qed jaħdem fuq pjanijiet li l-proprjetajiet kollha rekwiżizzjonati jingħataw lura lil sidhom sa data speċifika?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet li għandu l-ministeru quddiemu bħalissa biex jinfetħu day centres f'Malta u Għawdex? F'liema lokalità hemm dawn it-talbiet? Dawn huma talbiet ġejjin minn kunsilli lokali jew inkella mill-privat?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender documents sottomessi rigward proġetti finanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u f'din l-aħħar sena?
Peress li d-dettalji tal-fabbriki jinsabu fil-mistoqsijiet li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12847 u 13386 rispettivament u jgħid kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jipproduċu auto switches u prodotti tar-rubber li kienu jintużaw u li issa jinsabu vojta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14176 u ċioe: Peress li fl-outpatients f'kull taqsima qed ikun hemm ħafna ffullar filgħodu, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex forsi l-outpatients jew ċerti taqsimiet minnhom jkunu miftuħa wara nofsinhar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14175 u jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kull servizz jgħin lill-klijenti fil-komunità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li din hija statistika tas-servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Anzjani ta' benefiċjarji bbażata fuq din is-sena 2009:
Home Care Help 3524 benefiċjarji
Meals on Wheels 57,770 ikliet
Handyman 961 jobs
Day Centres 1416 membri
Telecare 9238 subscribers
Social Work 1158 każijiet
Physiotherapy 5165 sessions
Occupational Therapy 7595 sessions.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kalkulat li tiġi tiswa kull meal li jingħataw ir-residenti tal-homes u tar-Residenza San Vinċenz de Paule, separatament?
Residenza San Vinċenz de Paule — bżonnijiet f'kull sala
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bżonnijiet oħrajn li l-NO's ta' kull sala fir-Residenza San Vinċenz de Paule talbu u li ma setgħux jingħataw dik t-talba għaliex ma kienx hemm flus jew minħabba xi ħaġa oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li ma kienx hemm bżonn oġġetti oħra li l-NOs f'San Vinċenz de Paul talbu u li ma ngħatawx.
Residenza San Vinċenz de Paule — networking kompjuterizzata
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta fir-Residenza San Vinċenz de Paule sejjer jsir in-networking kompjuterizzat ħalli x-xogħol amministrattiv ikun iktar faċilitat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li qegħdin isiru diskussjonijiet maċ-Chief Information Officer tal-Ministeru biex jinbena network biex isaħħaħ il-komunikazzjoni u amministrazzjoni bejn l-ispiżerija, l-istores u l-management tar-Residenza San Vincenz de Paule.