Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2761 u jgħid kemm-il karozza tal-linja li kienet tifforma parti mis-servizz antik tat-trasport pubbliku u li nbiegħet jew ġiet trasferita minn Transport Malta jew minn entità governattiva oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari:
i. inbiegħet bil-kundizzjoni li tiġi restawrata;
ii. inbiegħet wara dikjarazzjoni mix-xerrej li kellha tiġi restawrata;
iii. kienet intiża biex tintuża bħala attrazzjoni turistika jew ta’ wirt nazzjonali; jew
iv. kienet intiża biex tintuża għal sightseeing jew għal servizzi oħra tal-passiġġieri?
Jista’ wkoll jipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-flotta għal kull waħda minn dawn il-karozzi tal-linja, id-data tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ, l-użu ddikjarat, l-istat tar-restawr u jekk bħalissa hijiex effettivament tintuża għall-iskop indikat meta nbiegħet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2760 u jgħid, kemm mill-karozzi tal-linja antiki marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku li ġew akkwistati, riċevuti, ikkontrollati, mibjugħin jew trasferiti minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bħalissa huma:
i. irreġistrati f’Malta jew Għawdex;
ii. liċenzjati biex jintużaw fit-toroq pubbliċi;
iii. koperti b’liċenzja għat-trasport tal-passiġġieri jew b’Malta Heritage Bus Licence;
iv. irreġistrati bħala li ntużaw fit-toroq pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar;
v. użati għal sightseeing tours, eskursjonijiet, tiġijiet jew attivitajiet oħra marbuta mat-turiżmu;
vi. ippreservati biss għall-wiri;
vii. qegħdin jiġu restawrati;
viii. maħżuna iżda mhux restawrati;
ix. esportati; jew
x. skrappjati?
Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tar-reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni attwali ta’ kull vettura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2759 u jgħid kemm-il karozza tal-linja marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku ġiet akkwistata, riċevuta, ikkontrollata, mibjugħa jew trasferita minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-vetturi u għal kull vettura jipprovdi:
i. in-numru tar-reġistrazzjoni u n-numru preċedenti tal-flotta;
ii. il-marka, il-mudell, ix-chassis u s-sena tal-manifattura;
iii. l-entità li rċeviet il-vettura;
iv. jekk il-vettura nżammitx, inbiegħetx, ingħatatx bħala donazzjoni, ġietx skrappjata jew esportata;
v. id-data u l-metodu tad-disponiment;
vi. il-prezz tal-bejgħ jew korrispettiv ieħor; u
vii. kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-bejgħ jew mat-trasferiment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Ir-Rabat, Għawdex – Transport Malta – Tiġdid tal-permessi tal-vetturi bil-Y-plates
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex l-uffiċċju ta’ Transport Malta fir-Rabat, Għawdex, m’għandux aċċess għas-sistema online meħtieġa għat-tiġdid tal-permessi tal-vetturi bil-Y-plates, bil-konsegwenza li l-operaturi Għawdxin spiss ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta sabiex iġeddu dawn il-permessi? Jista’ wkoll jindika x’miżuri se jittieħdu, u sa meta, sabiex dan is-servizz ikun jista’ jingħata wkoll minn Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operaturi Għawdxin jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet u d-dokumentazzjoni meħtieġa fl-uffiċċju tal-Awtorità f’Għawdex, wara li jkunu niżżlu l-applikazzjonijiet u l-formoli meħtieġa mis-sit eletroniku ta’ Transport Malta, fejn hemm indirizz elettroniku dedikat għall-operaturi kollha.
Minħabba l-ħtieġa ta’ verifiki u spezzjonijiet fosthom ta’ garaxxjar, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni jsiru mill-uffiċċju ċentrali biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti legali kollha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3225 u jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jindirizza l-piż finanzjarju li jista’ jaqa’ fuq sid ta’ vettura elettrika meta din il-vettura tkun trid tiġi skrappjata, partikolarment minħabba l-ispejjeż marbuta mat-trattament u r-rimi tal-batterija? Fid-dawl ta’ rapporti ta’ każijiet fejn konsumaturi ntalbu jħallsu spejjeż li allegatament laħqu l-€10,000, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jiġu kkonsidrati sabiex dawn l-ispejjeż ma jaqgħux fuq il-konsumatur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Għotjiet finanzjarji għax-xiri ta’ vetturi elettriċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3224 u jgħid jekk l-iskema ta’ għotjiet finanzjarji għax-xiri ta’ vetturi elettriċi hijiex ser titkompla matul is-sena 2027? Jekk iva, jista’ jgħid jekk humiex ser jinżammu l-istess kundizzjonijiet u livelli ta’ għotjiet bħal dawk applikabbli fl-2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għotjiet finanzjarji għax-xiri ta’ vetturi elettriċi huma miftuħa għal din is-sena u d-dettalji dwar is-sena id-dieħla jitħabbru matul il-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’valutazzjoni speċifika saret dwar il-kapaċità tas-sistema tat-trasport pubbliku ta’ Malta li takkomoda d-domanda turistika matul ix-xhur tas-Sajf?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jekk għaddejjin diskussjonijiet mal-linja tal-ajru li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jerġgħu jibdew it-titjiriet minn u lejn Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tistax tingħata minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva tad-diskussjonijiet ma’ kumpaniji privati. Madankollu, l-Awtorita’ tibqa’ f’komunikazzjoni kontinwa mal-linji tal-ajru kollha bil-għan li tippromwovi lil Malta kemm bħala destinazzjoni kif ukoll bħala ċentru għall-kumpaniji tal-avjazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin mal-linja tal-ajru li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jerġgħu jibdew it-titjiriet minn u lejn Malta minn din il-linja tal-ajru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tibqa’ f’komunikazzjoni kontinwa mal-linji tal-ajru kollha bil-għan li tippromwovi lil Malta kemm bħala destinazzjoni kif ukoll bħala ċentru għall-kumpaniji tal-avjazzjoni. Dettalji dwar kumpaniji privati individwali, huma min huma, minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva, ma jingħatawx.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex ippjanata l-introduzzjoni ta’ zebra crossing fi Triq Bellavista, f’San Ġwann, quddiem il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u fil-viċinanza tal-Kappella tal-Għargħar, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jaqsam it-triq b’mod aktar sigur, partikolarment dawk li jkunu sejrin lejn l-Università ta’ Malta jew l-Isptar Mater Dei? Jista’ jispjega għaliex, minkejja li din il-miżura tidher li kienet prevista bħala parti mix-xogħlijiet li bdew f’din it-triq prinċipali, għadha ma ġietx implimentata? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li titlesta, fid-dawl tar-riskju għas-sigurtà tal-persuni li jaqsmu din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità rċeviet korrispondenza mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann fir-rigward ta’ pedestrian crossing fiż-żona msemmija. F’dan l-istadju, l-Awtorità qiegħda tistenna informazzjoni ulterjuri mingħand l-applikant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi introdotta rotta ta’ xarabank li tgħaddi minn Triq tas-Sliema, il-Kappara, sabiex ir-residenti ta’ din iż-żona jkollhom konnessjoni aktar diretta mal-Belt Valletta, fid-dawl li r-rotta 24 bħalissa tgħaddi minn San Ġwann, Tas-Sliema u l-Gżira qabel tasal il-Belt, u għalhekk tinvolvi vjaġġ itwal? Jekk le, jista’ l-Ministru jispjega għaliex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ ħadet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar evalwazzjoni fil-futur.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1876 u jgħid kemm inħolqu parkeġġi ġodda mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom huma park-and-ride?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2022 sal-lum inħolqu tliet siti ġodda ta’ parkeġġ, kif ġej:
· Il-Marsa, quddiem l-istazzjon ta’ ONE – 180 spazju għall-parkeġġ;
· L-Addolorata – Park and Ride b’213-il spazju għall-parkeġġ;
· Ta’ Qali – Park and Ride b’450 spazju għall-parkeġġ.
Għaldaqstant, inħolqu total ta’ 908 spazju ġdid għall-parkeġġ, li minnhom 663 jinsabu f’żewġ siti ta’ Park and Ride.
Barra minn hekk, fis-snin li gejin qed naraw li jinħolqu aktar parkeggi f’:
o Msida Creek: madwar 120 post ġdid;
o Pace Grasso Ground: madwar 153 post ġdid, li jinkludu 9 postijiet għal detenturi tal-blue badge u 9 postijiet għal vetturi elettriċi;
o parkeġġ taħt l-art f’diversi livelli fil-Bormla: madwar 330 post ġdid;
o SmartCity Malta: 441 post ġdid, li jinkludu 40 post għal detenturi tal-blue badge;
o parkeġġ f’diversi livelli fi Triq Hompesch, Raħal Ġdid/Fgura: madwar 60 post ġdid;
o parkeġġ f’diversi livelli fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi: madwar 50 post ġdid.
o Siġġiewi – Service Road tal-By pass b’65 post ġdid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1874 u jgħid kemm naqas jew żdied il-ħin medju tal-ivvjaġġar fit-toroq ta’ Malta matul l-aħħar tliet snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej proċess biex isir update in-National Transport Plan mill-ARUP. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba tingħata kif dan l-istudju jintemm.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1873 u jgħid x’azzjonijiet konkreti ttieħdu matul l-aħħar 12-il xahar biex it-traffiku ma jibqax jiswa lill-pajjiż madwar €67,000 kull minuta? Jista’ jgħid ukoll x'kien ir-riżultat ta’ dawn l-azzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika:
i. il-ħinijiet fejn l-użu ikun l-iżjed (patronage - peak hour), kemm filgħodu u kemm filgħaxija; u
ii. it-three-hour patronage peak period, kemm filgħodu u kemm filgħaxija
għal vjaġġi tat-trasport pubbliku skedati mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa, fuq bażi ta’ ġimgħa tipika, għal kull xahar, bejn is-snin 2020 u 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat investiment fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi r-rotot lejn Buġibba u Tas-Sliema? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar fiex se jikkonsisti dan l-investiment u meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej xogħol biex itejjeb il-faċilitajiet fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, għall-passiġġieri li jużaw ir-rotta bejn Għawdex, Buġibba u Tas-Sliema, bil-għan li tkompli ttejjeb il-faċilitajiet u toffri esperjenza aktar komda u konvenjenti.
Dan l-investiment se jinkludi tinda adegwata għall-kenn tal-passiġġieri, uffiċċju għall-bejgħ tal-biljetti u bankijiet għal dawk li jużaw is-servizz. Dawn it-titjibiet ser jikkontribwixxu għal terminal aktar modern, funzjonali u attrezzat għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri, bix-xogħlijiet mistennija jitlestew sal-ewwel kwart tal-2027.
Barra minn hekk, ta’ min jenfasizza l-ħidma tal-Imġarr Port Task Force, li għandha rwol importanti fit-tfassil ta’ pjan infrastrutturali komprensiv u viżjoni ħolistika fit-tul għall-Port tal-Imġarr.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi lill-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn il-Belt, Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk iż-żona ta’ stennija għall-passiġġieri hijiex se tkun magħluqa u mgħammra b’arja kundizzjonata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fit-terminal tal-Fast Ferry fl-Imġarr, Għawdex, li jservi l-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn il-Belt Valletta, jinsabu għaddejjin u huma mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Ottubru.
Fir-rigward tal-faċilitajiet għall-passiġġieri, iż-żona ta’ stennija ġiet imfassla bħala spazju miftuħ u arjuż, li jippermetti ċirkolazzjoni naturali tal-arja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta żżommx, jew jekk għandhiex il-ħsieb li flimkien ma’ Heritage Malta, tistabbilixxi reġistru komplut tal-karozzi tal-linja tradizzjonali Maltin li għadhom jeżistu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jgħin fir-restawr u fl-użu sigur ta’ dawn il-vetturi permezz ta’ skema ta’ liċenzjar għall-vetturi storiċi, għotjiet finanzjarji, rotot turistiċi apposta jew mużew nazzjonali tat-trasport?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent m’hemx diskussjoni dwar reġistru konġunt ma’ Heritage Malta jew l-introduzzjoni ta’ skemi speċifiċi għar-restawr tal-karozzi tal-linja tradizzjonali Maltin.