Ħaż-Żabbar – St. Peter’s Area – Bus stop ‘Marżebb’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34280, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir l-intervent biex il-bus stop ‘Marżebb’ f’St. Peter’s Area, f’Ħaż-Żabbar, ikun iktar komdu għar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li fil-jiem li ġejjin il-Kunsill ser ikun qiegħed jissottometti t-talba meħtieġa lill-kumpanija responsabbli mill-installazzjoni tal-bus shelters, sabiex jinbeda l-proċess relatat mal-intervent fil-waqfa bl-isem "Marżebb".
Il-Belt, Valletta - Triq il-Merkanti - Telephone Box
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti rigward it-telephone box ta’ Żmien l-Ingliżi (il-ħamra) li kienet tinsab fi Triq il-Merkanti, fil-Belt, Valletta, li ġiet imneħħija għar-restawr, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-telephone box hijiex ser tiġi installata mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-telephone box se tiġi installata mill-ġdid hekk kif jintemm l-intervent ta’ restawr fuqha.
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W 396.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34161 u 34616 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li għamel it-tiswijiet neċessarji tal-bankina kif ukoll tar-rampa li kien hemm biex tagħti aċċess aħjar lir-residenti, peress li din ukoll ġarrbet ħafna ħsara fil-maltempata ta’ Jannar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fix-Xatt tar-Rinella l-Kalkara wara l-ħsarat li ġew ikkawżati fil-maltempata ta’ Jannar li għadda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, dakinhar tal-maltemp, id-dawra tal-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsarat konsiderevoli. Hekk kif diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34072, id-dawra tal-bajja ġiet temporanjament magħluqa għas-sigurtà tar-residenti.
Fl-aħħar jiem, esperti tekniċi minn Infrastructure Malta komplew iwettqu l-istudji tagħhom, b’makkinarju u apparat apposta sabiex jiġu identifikati l-ħsarat li ġarrbet din it-triq. B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, qed jitfasslu pjanti ġodda sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet u t-tiswijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għall-programm li jittella’ kull nhar ta’ Ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba hija relatata mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Jista’ wkoll jagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34662 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser jiġu rranġati d-dwal fit-triq li mir-Rabat twasslek għal Baħrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li saru r-rapporti meħtieġa.
Ir-Rabat, Malta - Il-Baħrija - Triq prinċipali - Bankina u dwal
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34657 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx pjan li ssir bankina u dwal fit-triq prinċipali li twassal għall-Baħrija, ir-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li mill-Fiddien sa Triq is-Sajf ta’ San Martin ġew imwaħħla l-arbli tad-dawl mill-Enemalta. Il-bankina ma saritx minħabba li l-art hija tal-privat.
Il-Baħrija - Żona tal-Fiddien - Telgħa t’Għajn Klieb - Imblukkar ta’ kanal
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34656 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser tiġi rranġata l-problema ta’ imblukkar fil-kanal tat-telgħa t’Għajn Klieb ħdejn iż-żona tal-Fiddien, il-Baħrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li hekk kif tinħareġ l-approvazzjoni mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali, ikun jista' jibda x-xogħol.
Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31714, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex il-Knisja ta’ Santa Barbara
f
il-Belt Valletta, tiġi rrestawrata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett tar-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta għandu jitwettaq minn NGO, Fondazzjoni Wirt Artna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-bankini fi Triq San Ċiru, il-Gudja jsiru aħjar billi huma ta’ periklu għar-residenti wara x-xogħlijiet li saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Mużew Marittimu ntuża għall-attività politika mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta skont is-sit elettroniku ta' dan l-istess mużew, dan is-sit huwa temporanjament magħluq? Jista' jgħid ukoll kienx jaf dwar din l-attività u jekk inħariġx permess għal din l-attività? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn ingħata permess biex din l-attività issir f'mużew pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sala St Angelo Hall fi ħdan il-Mużew Marittimu għadha topera minkejja li l-ispazji tal-wirjiet ġewwa l-mużew bħalissa jinsabu fi proċess ta’ żarmar. Dan huwa possibbli peress li s-sala għandha faċilitajiet separati mill-bqija tal-mużew u tibqa’ aċċessibbli. Infurmat li il-kiri ta’ din is-sala jsir skont il-proċeduri kollha stabbiliti, u jkun jikkonsisti fil-kiri tas-sala biss. Infurmat li f’din l-istanza ukoll, kienet segwita l-istess proċedura fis-sħiħ.
Parlament Ewropew - Esebizzjoni - Kriterji tal-esebituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-esebituri tal-esebizzjoni kulturali li ttellgħet ġewwa l-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddiet fosthom dawk li tellgħu xogħol abbinat mal-Karnival flimkien ma' oħrajn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-aspetti artistiċi tal-esebizzjoni kienu kompletament taħt ir-responsabbiltà u d-direzzjoni tal-Artistic Directors.