Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar Pulizija — każ ta’ użu eċessiv
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala "heavy-handed", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018 u li ġie ppreżentat nhar il-5 ta' Frar 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid minn liema toroq f'Tas-Sliema saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' San Ġiljan? Jista' jgħid minn liema toroq f'San Ġiljan saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità tal-Gżira? Jista' jgħid minn liema toroq fil-Gżira saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista’ jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Pembroke? Jista' jgħid minn liema toroq f'Pembroke saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu? Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista’ tingħatalu. Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b’rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar ebda reklamar minn kull entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru, fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex kull darba li qed jintalab permess mill-organizzaturi tal-festi f'Għawdex biex iġibu logħob tan-nar minn Malta lejn Għawdex, qed jiffaċċjaw problemi dwar fejn għandu jidħol dan in-nar f'Għawdex? Jista' jgħid liema huma l-portijiet f'Għawdex li huma dikjarati bħala siguri biex jiddaħħal logħob tan-nar li jiġi trasportat minn Malta? Jista' jgħid min jiddeċiedi fejn għandu jiddaħħal in-nar ta' kull festa f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Pulizija u Trasport Malta, fejn il-materja indikata fil-mistoqsija qed tiġi indirizzata.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9867, jista' l-Ministru jgħid, ġaladarba l-għases imsemmija minnu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634 ma ġewx rinnovati biex ikunu konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, dan ifisser li ebda għassa f'Malta u f'Għawdex ma sarilhom xogħol biex ikunu konformi mal-istess konvenzjoni kif titlob il-liġi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-pulizija f’kull każ jieħdu dawk il-miżuri kollha possibbli biex jipproteġu l-privatezza tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9714, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni tal-Independent Police Complaints Board intemmitx? Jekk iva, x’kien l-eżitu tagħha u jekk le, meta mistennija tintemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Independent Police Complaints Board wasal fl-aħħar tal-investigazzjoni tiegħu u mistenni li jibgħat ir-rapport tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9852 u jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9852.
Il-Kappara — Triq Antonio Schembri - buon ordni waqt ħinijiet ta' skola
Question
B'referenza għal Triq Antonio Schembri fil-Kappara, jiġifieri t-triq fejn hemm iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex din it-triq residenzjali jkollha aktar boun ordni u pparkjar u aċċess ferm aħjar waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li rigward Triq Antonio Schembri fil-Kappara, fejn iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, qed isiru konsultazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet konċernati kollha, sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet biex waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola, ikun hemm titjib fil-bon ordni, ipparkjar u aċċess fl-istess triq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8198 issa li bdew jittieħdu l-proċeduri kriminali, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-każ ma sar ebda rapport mill-Uffiċjal Investigattiv lill-Magistrat tal-Għassa sabiex issir inkjesta u jiġu nominati l-esperti u jsir il-proċess verbali in vista tal-fatt li f'dan l-inċident korrew diversi persuni, uħud minnhom serjament u addirittura dawn in-nies li korrew daħlu biex jiġu rikoverati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li wara l-frakass, li esponiet il-ħajja ta' diversi nies għal periklu serju u gravi u li l-istess żiemel li hu involut mhux biss ma ġiex identifikat, imma sal-lum il-Pulizija Eżekuttiva lanqas biss jafu x’sar minnu, aħseb u ara kemm saru testijiet fuqu, anki tad-doping, u meta dan kien ukoll każ ċar ta' moħqrija fuq annimal, li huwa reat 'per se'? X'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dan l-Uffiċjal Għoli fil-Korp tal-Pulizija li lanqas biss indenja li jagħmel rapport lill-Maġistrat tal-Għassa tal-akkadut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dakinhar tal-inċident li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, il-Pulizija ma infurmatx lill-Maġistrat tal-Għassa peress li ma kienu twettqu ebda reati li jġorru piena ’l fuq minn tliet snin priġunerija u ħadd mill-persuni li sofrew xi ġrieħi fl-inċident, ma kien f’xi ħin fil-periklu tal-mewt. Dakinhar tal-inċident kemm il-kuċċier kif ukoll iż-żiemel kienu identifikati mill-pulizija li min-naħa tagħha ma rċeviet ebda rapport jew allegazzjoni mingħand xi persuna, li kien hemm moħqrija tal-annimali jew inkella suspett ta’ doping u aġixxiet bħalma taġixxi f’każi ta’ din ix-xorta. Infurmat li wara xhieda li ngħatat quddiem il-Qorti t’Għawdex fil-bidu ta’ Mejju 2019, ġie allegat moħqrija tal-annimali minn vittma fl-inċident, u għalhekk il-pulizija qed tindaga aktar biex tieħu l-passi meħtieġa jekk issib il-provi. Kif diġà indikat fi tweġiba oħra, ġew inizjati proċeduri kriminali kontra s-sewwieq taż-żiemel inkwistjoni, liema proċeduri għadhom pendenti. Dwar dan il-każ jiena nfurmat li ma hemmx lok li jittieħdu xi passi kontra l-Uffiċċjal Għoli fil-Korp tal-Pulizija.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ arma tan-nar f’vettura
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10022, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Maġistrat tal-Għassa ma ġiex infurmat biex tiskatta Inkjesta Maġisterjali wara s-sejba tal-arma tan-nar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li meta l-arma li hija suġġett għall-mistoqsija parlamentari 10022 instabet, il-pulizija tad-Distrett infurmat lill-Maġistrat tal-Għassa li min-naha tagħha ddeċidiet li ma kienx hemm lok ta’ inkjesta Maġisterjali.
Forzi Armati ta’ Malta – background check fuq membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel persuna tiġi ingaġġata bħala membru tal-Forzi Armati ta' Malta, isirx iċċekkjar jekk dik il-persuna għandhiex każijiet kriminali pendenti fil-konfront tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li LS 220.3 Nomini u Kundizzjonijiet dwar il-Forza Regolari jobbligaw lill-kandidati magħżula, qabel l-ingaġġ, biex jiddikjaraw każijiet kriminali passati u pendenti. Barra minn hekk, fl-2015 il-CAP 77 ġiet emendata biex tagħti aċċess għall-FAM għall-fedina penali ta' kull applikant. Kwalunkwe każ jiġi eżaminat skont il-policies tal-FAM.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura adottata mill-Armata meta jirriżultalha li jkunu nbdew proċeduri kriminali fil-Qorti fil-konfront ta’ membru tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-FAM tosserva u tirrispetta l-preżunzjoni tal-innoċenza meta każ ikun għadu pendenti. Dan id-dritt huwa wieħed sagrosant u jappartjeni lil kull individwu. F’każijiet li jitqiesu ta’ natura serja, il-FAM taħtar immedjatament Bord ta’ Uffiċjali li jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ kif għandu jitħaddem l-individwu u x’restrizzjonijiet għandu jkun hemm fuq l-impjieg tiegħu. Jiġi aċċertat ukoll li tali individwu jkun qed jaħdem taħt sorveljanza diretta. Meta każ imbagħad jiġi deċiż mill-Qorti, il-FAM tevalwa sew l-offiża u s-sentenza mogħtija kif ukoll il-kondotta tal-individwu fuq il-post tax-xogħol, u abbażi ta’ dan tikkunsidra ż-żamma tiegħu jew le fis-servizz. Dan anke fl-isfond tal-prinċipju ta’ riforma u rijabilitazzjoni li l-FAM tħaddan. F’każ li l-individwu jinżamm, ikun imwissi sabiex ma jagħmilx reati oħra, u jaf ikun hemm riperkussjonijiet u implikazzjonijiet fuq is-servizz tiegħu. Din hija l-pożizzjoni li ilha tiġi adottata fil-Forza għal diversi snin u li hija applikabbli għal kull membru tal-Forza.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta’ Malta, li fid-19 ta’ Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-tletin ta’ Ottubru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta’ Malta, li fid-19 ta’ Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-tletin ta’ Ottubru 2017.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabel id-19 ta’ Mejju 2019? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra dan l-individwu pendenti dawn il-proċeduri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-imsemmija persuna kienet iffaċċjat każ ta’ proċeduri kriminali qabel id-19 ta’ Mejju 2019. L-ebda miżura addizzjonali ma kienet meqjusa neċessarja peress li ngħata libertà kondizzjonata li skont l-Att dwar il-Probation u r-regola 45 (1) (f) tal- L.S. 220.03 din l-għotja m'għandhiex titqies bħala kundanna. Dan anke fl-isfond tal-fatt li l-Qorti, fis-sentenza tagħha, qieset li kien għadu minuri meta wettaq ir-reat.
B'referenza għall-Police Sentry Box li qiegħda fil-Kappara ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa, jista' l-Ministru jgħid meta din is-Sentry Box se tiċċaqlaq għal post ferm aktar adegwat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li m’hemmx ħsieb li l-Police Sentry Box li hemm ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa tiċċaqlaq minn fejn hi, peress li l-post fejn qiegħda hu meqjus adegwat.