Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Direttur tal-Ħabs - kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratt għandu d-Direttur tal-Ħabs li għadu kemm issospenda ruħu, x’rimunerazzjoni jgawdi minnha u meta jiskadi dan il-kuntratt? Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-imsemmi Direttur jista’ jirritorna għall-kariga meta jrid hu? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant. Ir-risposta għall-bqija tal-mistoqsija qiegħda ġja fid-dominju pubbliku, cioe li l-kariga ta' Direttur tal-Ħabs hi okkupata minn Aġent Uffiċjal Kap Eżekuttiv, u li d-direttur sospiż tal-ħabs qiegħed għal żmien qasir jieħu nofs is-salarju bażiku.

Għawdex — Għases tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22132 u jgħid kemm hemm għases tal-Pulizija f'Għawdex u jindika fejn huma dawn l-għases? Jista' jgħid f'kull każ, il-post fejn hemm l-għassa hux proprjetà tal-Gvern jew inkella huwiex mikri mingħand terzi? Jekk mikri mingħand terzi, kemm hi l-kirja fis-sena ta' kull post li jservi ta' għassa f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm-il siegħa kienet miftuħa kull għassa kull xahar matul ix-xhur tas-sajf 2021 u ċjoè Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li f’Għawdex hemm 16-il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz u f’Kemmuna. 3 għases huma mikrija (Nadur €54.16, Xewkija €189.48, u Żebbug €168.53) u l-bqija propjetà tal-Gvern. 11-il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u tul ix-xhur tas-Sajf tal-2021 l-għases prinċipali kienu miftuħa skont is-siegħat indikati hawn taħt. Rabat: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720 Marsalforn: Ġunju – 671, Lulju – 671, Awwissu – 671, Settembru – 426 Mġarr: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 720 Kemmuna: Ġunju – 720, Lulju – 744, Awwissu – 744, Settembru – 696 Xlendi: Ġunju – 248, Lulju – 622, Awwissu – 636, Settembru – 187 Infurmat ukoll li fi żmien qasir, għall-ewwel darba Għawdex kollu se jkun kopert ukoll bis-servizz tal-Community Policing, bil-għan ewlieni li l-lokalitajiet kollha jkollhom l-uffiċjali jservu lin-nies fil-qalba tal-komunità.

Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20032, jista' l-Ministru jippreżenta l-informazzjoni għaż-żewġ kategoriji msemmija minnu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni li applikaw biex isiru pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwili applikaw biex isiru pulizija tul l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid għal kull waħda minn dawn is-snin, kemm minn dawn l-applikanti ġew reklutati fil-korp? Jista' jgħid ukoll kemm mill-applikanti u r-rekluti l-ġodda kienu Għawdxin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi matul dawn l-aħħar tliet snin u cioe mis-sena 2019 sal-lum, kien hemm sitt mija u sittin (660) individwi li applikaw biex isiru pulizija u wara l-proċess ta’ reklutaġġ mija u ħamsa u sittin (165) minnhom ġew reklutati fil-korp, kif jidher fit tabella hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll dettalji dwar kemm mill-applikanti u r-rekluti l-ġodda kienu Għawdxin, kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. POLICE CONSTABLES Sena Maltese Applicants Applicants from Gozo Maltese Applicants who became Constables Gozitan Applicants who became Constables 2019 119 18 45 11 2020 198 19 35 9 2021 280 26 58 7 Total 597 63 138 27

Attendenza tal-Pulizija mal-iskejjel fil-ħinijiet tad-dħul u tluq tat-tfal tal-iskola

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x’inhi l-policy dwar attendenza ta’ pulizija bħala għassa mal-iskejjel fil-ħinijiet meta jkunu qegħdin jaslu u jitilqu t-tfal tal-iskola?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-bidu ta’ kull sena skolastika il-Korp tal-Pulizija u l-Agenzija LESA jiddiskutu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar dan is-suġġett. Hemm skejjel illi jkun maqbul illi ikunu koperti mill-Korp tal-Pulizija li jinkludi l-Community Police fejn hemm dan is-servizz u hemm skejjel oħrajn illi jkunu koperti minn uffiċjali tal-LESA. Dan sakemm l-esiġenzi tas-servizz ma jitolbux mod ieħor. Infurmat ukjoll illi hemm skejjel oħrajn li jkunu koperti minn uffiċjali ta’ awtoritajiet ohra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Inforzat tal-Liġi — Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet - Contracts of Service

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

YOURS — abbuż minn prigunier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fil-YOURS fl-Imtaħleb kien hemm priġunier ta’ 18-il sena li abbuża minn priġunier ta’ 15-il sena? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament la rrapporta lill-awtoritajiet tal-ħabs u lanqas għamel rapport mal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li d-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina nbidlet wara pressjoni li kienet saret minnu stess u mis-segretarjat tiegħu u minflok ma tkeċċa, kif suppost sar, ġie trasferit biss? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li dan l-individwu, minkejja li ġie trasferit lejn l-Akkademja tal-Pulizija, xorta għadu detailed mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-persuna referuta mill-Onorevoli Interpellanta ittieħdu proceduri dixxiplinari fil-konfront tieghu mill-Agenzija ghas-Servizzi Korrettivi, u sussegwentament il-każ tiegħu kien eżaminat mill-Bord tad-Dixxiplina. Il-Ministru jew is-Segretarjat tiegħu ma jkunux involuti f’dan il-proċess. Ir-rakomondazzjoni tal-Bord ta’ dixxiplina ġiet konfermata mill-Kummisjoni ghas-Servizz Pubbliku. Infurmat ukoll illi sar rapport lill-Pulizija u li saru l-investigazzjonijiet kollha mill-istess Pulizija, fejn madanakollu irriżulta li ma kienx hemm lok ta’ proċeduri kriminali fil-Qorti fil-konfront ta’ dan il-persuna. Kull persuna li gej minn Korp Dixxiplinat u jkun assenjat mal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati, jagħmel hekk filwaqt li jibqa' jżomm l-istess grad fil-Korp Dixxiplinat li jkun ġej minnu.

Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi – ħabi ta’ abbuż fuq minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, billi ma tneħħiex id-detailing tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hemmx il-ħsieb li jerġa’ jmur lura jaħdem mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi? Jista’ jgħid kif minkejja li sar rapport bil-Pulizija, u l-Pulizija taf li dan l-individwu ħeba abbuż fuq minorenni, ma ttieħdu l-ebda passi kriminali fil-Qorti fil-konfront tiegħu? Jista’ jgħid jekk japprovax li dan l-individwu jibqa’ jaħdem fl-Akkademja tal-Pulizija fejn suppost iż-żgħażagħ jiġu fformati biex ikunu l-pulizija t’għada?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor Interpellanta għat-tweġiba parlamentari 23446.

Konsum tal-alkoħol f'postijiet pubblici – ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23235, peress li l-informazzjoni mitluba ma ngħatatx fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22041 hekk kif ma ngħatatx l-informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi? Barra minn hekk, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet bejn l-aħħar ta' Settembru u l-14 ta' Novembru, 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Bye-Law numru K.L.B.L 55/05/2021 Pulizija u Lesa Mejju 2021 22 Ġunju 2021 19 Lulju 2021 3 Awissu 2021 2 Settembru 2021 4 Ottubru 2021 0 Novembru 2021 0 50

Il-Fgura — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Fgura tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-għassa tal-Fgura tkun mifutħa 24 siegħa kuljum. L-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew il-Fgura fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Infurmat wkoll li r-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, u li eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Fgura Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 0 Attentat ta’ offizi 11 Offizi fuq il-persuna 10 Uzu hazin tal- computer 7 Hsarat 86 Vjolenza domestika 42 Drogi 3 Frodi 28 Hasil ta’ Flus 0 Pornografija 0 Pretended rights 5 Offizi sezzwali 5 Serq 50 Theddid u vjolenza 7 Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku 1 Total 255

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16356, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 16356.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Contracts of service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21272 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ebda entità jew dipartiment taħt il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi ma jirċievu State Aid.

Raħal Ġdid — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew irrappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq u kemm ma’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew Raħal Gdid tul is-sena 2020 u sa Ottubru 2021 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità’. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti – Paola Ammont 2020 Ammont 2021 Sa Ottubru Hruq 4 1 Attentat ta’ offizi 16 17 Offizi fuq il-persuna 29 26 Uzu hazin tal- computer 8 2 Hsarat 85 111 Vjolenza domestika 34 25 Drogi 9 18 Frodi 22 45 Offizi relatati ma immigrazzjoni 7 8 Pretended rights 3 4 Serq 102 80 Thedid u vjolenza 5 6 Vjolazzjoni ta’ postijiet ta’ confinement 1 1 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 3 7 Abbuz mill- awtorita’ pubblika 0 1 Hasil ta’ flus 0 1 Pornografija 0 2 Offizi sesswali 0 2 Total 328 357

Immigranti llegali — ripatriazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22941, 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u 18282 jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ immigrant rregolari li ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom bejn Jannar u Ottubru 2021 jammonta għal 361, inkluż 36 persuna oħra minn pajjiżi terzi li ġew irritornati lejn pajjiżhom wara li aċċettaw li jirritornaw volontarjament. L-ispiża relatata mal-vjaġġi ta’ ripatrijazzjoni sfurzata tammonta għal €359,899.49 li tinkludi ko-finanzjarjament mill-Unjoni Ewropea ta’ 75% tal-ispiża totali. Kien hemm istanzi fejn l-Unjoni Ewropea provdiet ukoll għajnuna lill-awtoritajiet Maltin permezz tal-liaison officers tagħha preżenti fil-pajjiż tal-oriġinu, partikolarment f’dawk il-pajjiżi fejn Malta ma għandhiex rappreżentanza diplomatika.

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22942, 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

In-numru ta’ immigranti irregolari u applikanti għall-asil li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u Stati Assoċjati mill-2010 huma dawn: Sena Numru ta’ persuni li ġew rilokati 2010 221 2011 164 2012 105 2013 16 2014 - 2015 - 2016 - 2017 - 2018 423 2019 619 2020 273 2021 (sa 18/11) 234 Total 2,055 Matul dan il-perjodu sal-lum, l-Unjoni Ewropea iffinanzjat tlett proġetti relatati mar-rilokazzjoni tal-immigranti minn Malta: Titlu Perjodu Ammont totali tal-proġett (€) Ko-finanzjament UE (€) Proġett pilota għar-ri-allokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA) 1/1/2010 – 31/08/2011 1,397,653 1,107,379 Proġett pilota għar-rilokazzjoni intra-UE minn Malta (EUREMA II) 1/1/2012 – 31/12/2013 149,200 134,280 Rilokazzjoni Volontarja minn Malta għal Stati Membri u Assoċjati tal-UE (REMA) 1/7/2019 – 31/12/2021 (mistenni li jiġġedded) 1,060,000 (għadu mhux konkluż) 950,000 (għadu mhux konkluż)

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23224, 22815, 22635, 22575 u 22519 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F'dan il-perjodu qed isir dak kollu possibli sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha disponibbli hekk kif ċertu informazzjani mhux disponibbli. Infurmat li dan il-proċess għandu jintemm fil-jiem li ġejjin u wara tkun imwieġba din il-mistoqsija.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23225, 22816, 22636, 22576, 22520 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F'dan il-perjodu qed isir dak kollu possibbli sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni kollha disponibbli hekk kif ċertu informazzjano mhux disponibbli. Infurmat li dan il-prċcess għandu jintemm fil-jiem li ġejjin u wara tkun imwieġba din il-mistoqsija.

Santa Luċija (Malta) — għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Santa Luċija (Malta) tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għassa ta’ Santa Lucia li hija għassa sekondarja tinsab magħluqa. Infurmat ukoll illi fiż-żona ta’ Santa Lucija ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma' din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalitá ser ikun introdott ukoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalitá li jkopri l-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq. Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 43 13 2021 (sa Ottubru) 49 11

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22956.