Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem — Dritt tal-espressjoni ħielsa ta’ kull ċittadin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tad-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt tal-espressjoni ħielsa ta’ kull ċittadin fid-dawl ta’ statistika riċenti mill-Ewrobarometru fejn tindika li madwar 47% tal-Maltin jemmnu li jekk jesprimu l-opinjoni politika tagħhom jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi u fid-dawl li din hija t-tieni l-għola rata fl-Unjoni Ewropea wara l-Ungerija, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jagħmel id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jindirizza din il-problema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru jirrispetta l-opinjoni ta’ kull min ipparteċipa fl-istħarriġ indikat minnha. Id-dritt tal-espressjoni huwa garantit mill-Kostituzzjoni ta’ Malta kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem li hija parti mil-Liġijiet ta’ Malta. Id-dmir tad-Direttorat huwa li jieħu pożizzjoni fuq il-fatti u mhux fuq opinjonijiet jew possibiltajiet.

Persuni jfittxu l-ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jfittxu l-ażil f’Malta bħalissa u jagħti l-informazzjoni skont il-livell ta’ protezzjoni (jew applikazzjonijiet rifjutati), il-ġeneru, hux minorenni jew le, minn liema pajjiżi u l-persentaġġi minn kull pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fl-2023 l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali rċeviet total ta’ 491 applikazzjoni ġdida. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra analisi skont in-nazzjonalità u l-ġeneru tan-nies li talbu l-ażil fl-2023. Matul l-istess perjodu, l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali kompliet bil-proċess sabiex jinqata' backlog tal-passat u ħarġet total ta’ 2205 deċiżjoni fuq applikazzjonijiet għall-ażil. Minn dawn, 327 kienu deċiżjonijiet pożittivi filwaqt li 715 kienu applikazzjonijiet li ġew rifjutati fuq il-mertu. L-1163 applikazzjoni oħra jew twaqqfu, jew ingħalqu bħala inammissibbli, jew tqiesu li ma kinux ir-responsabbiltà ta’ Malta, jew huma każijiet ta’ nies li tneħħitilhom il-protezzjoni.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Forzi Armati ta’ Malta – suldati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Dicembru 2022 kien ta’ 1825. Fis-sena 2022 irtiraw jew telqu 51 Other ranks u 7 Officers. Fis-sena 2022 issieħbu fil-FAM 94 persuna.

Forzi Armati ta’ Malta – suldati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Diċembru 2021 kien ta’ 1805. Fis-sena 2021 irtiraw jew telqu 175 Other ranks u 14 Officers. Fis-sena 2021 issieħbu fil-FAM 230 persuna.

Forzi Armati ta’ Malta – suldati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta sal-31 ta’ Dicembru 2020 kien ta’ 1870. Fis-sena 2020 irtiraw jew telqu 122 Other ranks u 7 Officers. Fis-sena 2020 issieħbu fil-FAM 120 persuna.

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Korp tal-Pulizija – rendikont ta’ pulizija

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' pulizija mal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Speed guns li ntużaw matul is-sena 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw speed guns matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023, f’dawn il-Gżejjer sar użu minn ħames speed guns.  Erbgħa (4) speed guns jappartjenu lill-Pulizija, u wieħed (1) jappartjeni lill-Aġenzija LESA.

Speed guns — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mogħtija ċitazzjonijiet minn meta ġew introdotti l-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bdew jinżammu d-dettalji elettronikament fis-sistema LES mis-sena 2020. Infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 ingħataw 11253 taħrika minn speed guns. Infurmat ukoll illi l-għola veloċita rekordjata li tinsab fid-data miġbura mill-LESA huwa ta’ 147km/h fi Triq M.A Vassalli, il-Gżira.

Speed guns — Valur taċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur taċ-ċitazzjonijiet li saru permezz tal-ispeed guns?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi b’żieda ma’ dak provdut fi tweġiba Parlamentari numru 15515, il-valur ta’ taħrikiet imħallsa huwa ta’ € 761,110.61, filwaqt li l-valur ta’ taħrikiet li huma deċiżi u għadhom mhux imħallsa huwa ta’ € 48,662.44.

Persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14243 u 14781, jista' l-Ministru jagħti tagħrif, xahar b'xahar, dwar kemm minn dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza ħadu ċ-ċittadinanza għax iżżewġu lil Malti jew Maltija? Jista' wkoll jagħti tagħrif, xahar b'xahar, dwar kemm ingħataw iċ-ċittadinanza fuq bażi ta' mertu, permezz ta' skemi ta' investiment, u kemm fuq skemi oħra separatament għal kull raġuni għaliex ingħatat din iċ-ċittadinanza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-mistoqsija numru 15611 ninsab infurmat li l-informazzjoni mogħtija fir-risposti 14243 u 14781 tikkonsisti f’dik l-informazzjoni li tingħata lill-Eurostat li Malta hi obbligata li tagħti skont ir- REGULATION (EC) No 862/2007 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 11 July 2007 on Community statistics on migration and international protection u liema nformazzjoni tiġi pubblikata minn din l-Entita tal-Kummissjoni Ewropea mingħajr ebda dettalji dwar il-bażi tal-akkwist. Biss ninforma lill-Onor Interpellant ukoll li kif mitlub bil-liġi, il-quddiem se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport, mħejji mir-Regolatur, maħtur taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, li jkun fih informazzjoni għas-sena 2023, li tirrigwarda l-akkwist taċ-ċittadinanza taħt ir-Regolamenti dwar l-Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali.

Rabat, Malta – Każijiet ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fil-lokalità tar-Rabat, Malta matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità tar-Rabat, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar. Xahar għas-sena 2023 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Każi ta’ serq irrappurtati ir-Rabat 5 2 5 3 5 5 11 5 2 6 5 2

Ħaż-Żebbuġ — Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar. Xahar mis-sena 2023 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Rapporti ta' serq Ħaż-Żebbuġ 3 2 3 10 14 4 9 2 10 6 4 3

Ħad-Dingli — Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ Ħad-Dingli, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar. Xahar mis-sena 2023 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Każi ta’ serq irrappurtati Ħad-Dingli 2 3 2 0 2 0 1 0 0 1 2 0

L-Imġarr, Malta — Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq fil-lokalità tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta' serq irrappurtati fil-lokalità ta’ l-Imġarr, Malta matul is-sena 2023 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, fejn id-dettalji huma maqsuma xahar b’xahar. Xahar fi-sena 2023 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Każi ta’ serq irrappurtati l-Imgarr 1 1 1 4 3 4 1 3 1 0 2 0

Liċenzji li jħaddmu/jagħtu s-servizz ta’ bouncers f’Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14650, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liċenzja mogħtija għas-servizz ta’ bouncers f’Malta hijiex għal numru ta’ snin u hemmx bżonn li tkun imġedda? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji użati biex dawn il-liċenzji jkunu approvati mill-ġdid?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-liċenzja ta’ gwardjan privat f’post ta’ divertiment tiġi mġedda kull sena. Gwardjan privat ma jikkwalifikax biex il-liċenzja tiegħu tiġġedded jekk kemm il-darba ma jissodisfax lill-Kummissarju tal-Pulizija li huwa persuna ta’ kondotta tajba, u li matul is-sena ta’ qabel, jkun attenda kors jew korsijiet ta’ taħrig kontinwu. Jekk jirrizulta illi d-detentur ta’ liċenzja ma jkunx mexa skont xi waħda mill-patti jew kundizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet il-liċenzja jew jinqalgħu ċirkostanzi li jiġġustifikaw li applikazzjoni għal dik il-liċenzja kienet tkun miċħuda, skond l-Artikolu 10 tal-Kap 389 tal-Liġijiet ta’ Malta dwar Rifjut għall-ħruġ ta’ liċenzja, il-Kummissarju jista’ jew jirtira jew jissospendi tali liċenzja.