Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ Data Breach – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ data breach f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kien hemm l-ebda każ irrapportat ta’ data breach fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fl-2025.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kienx hemm bidliet mir-risposta li tajt f’PQ 19413.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fil-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Karozzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tagħha u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat huwa ta’ 6.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Karozzi

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat hemm karozza waħda (GM). Din il-karozza hija tal-kiri liema kirja ssir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procurement Regulations.

Residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34551 dwar ir-residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport, tista’ l-Ministru tgħid f’liema belt u raħal jinsabu dawn ir-residenzi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenzi jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Bormla, il-Fgura, Kirkop, Birżebbuġa, Ħaż-Żabbar, Pembroke, ir-Rabat (Għawdex), l-Imtarfa u s-Siġġiewi.

Aġenzija Sapport - Support Workers li jitkellmu bil-lingwa Maltija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34571, tista’ l-Ministru tassigura li f’kull xift, kemm ta’ billejl kif ukoll ta’ binhar, ikun hemm dejjem support worker li jitkellem bil-lingwa Maltija?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sapport, kemm jista’ jkun, torganizza x‑xiftijiet fis‑servizzi residenzjali tagħha b’mod li jkun hemm minn tal‑inqas ħaddiem wieħed li jitkellem bil‑lingwa Maltija matul kull xift, kemm ta’ binhar kif ukoll ta’ billejl. Isiru wkoll sforzi kontinwi sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ħaddiem li ma jitkellimx bil‑Malti waħdu waqt xift. L‑Aġenzija qed tinvesti fit‑taħriġ tal‑impjegati li mhumiex Maltin billi toffrilhom korsijiet fil‑lingwa Maltija, bl‑għan li jsaħħu l‑ħiliet lingwistiċi tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jirrispondu aħjar u b’mod aktar effettiv għall‑bżonnijiet tal‑klijenti. Barra minn hekk, it‑timijiet tat‑tmexxija fis‑servizzi residenzjali huma magħmulin minn professjonisti li jitkellmu bil‑Malti u li jassistu skont il‑bżonn. Barra l‑ħinijiet tal‑uffiċċju, is‑servizz residenzjali jopera sistema ta’ on‑call fejn il‑professjonisti u s‑senior support workers li jkunu on‑call jitkellmu bil‑Malti, u għalhekk f’każ ta’ bżonn, l‑impjegati jistgħu dejjem jirrikorru għall‑appoġġ tagħhom.

Aġenzija Sapport - Support Workers - Każijiet ta’ dixxiplina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34573, fejn intqal li nħarġu 50 twissija f’sena waħda biss, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx limitu sakemm wieħed jista’ jkollu twissijiet qabel ma jittieħdu passi dixxiplinarji?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura hija li wara li individwu jirċievi tliet "warnings" f’sena relatati man-nuqqasijiet minuri, ir-raba’ nuqqas fl-istess sena jiġi meqjus bħala nuqqas maġġuri, u għaldaqstant tittieħed deċiżjoni f’dan ir-rigward minn Bord Dixxiplinarju.

Aġenzija Sapport - Każijiet ta’ dixxiplina - Proċeduri dixxiplinarji

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 34573 u 34574, fejn intqal li informazzjoni fuq proċeduri dixxiplinarji ma jinżammux għal iktar minn sena, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-informazzjoni tibqax fil-file tal-impjegat u kemm din l-informazzjoni ddum fl-istess file?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twissija bil-miktub titneħħa mill-file tal-individwu wara sena mid-data tal-ħruġ tagħha.

Ir-Rabat – Inclusion Hub

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda jopera l-Inclusion Hub fir-Rabat?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tat-"tender sustainable demolition, construction, and excavation" tal-Inclusion Hub fir-Rabat. Kif tħabbar fil-konferenza stampa tad-19 ta’ Jannar 2026, il-proġett mistenni jiġi komplut fl-aħħar tas-sena 2027.

Aġenzija Sapport - Life Map

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tibda tieħu ħsieb il-programm ‘Life Map’ tal-Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħatar “taskforce” magħmula minn entitajiet differenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. F'dan l-istadju r-rwol tat-taskforce hu li tagħmel evalwazzjoni tal-programm LifeMap u tirrakkomanda l-aħjar triq ‘il quddiem għall-fażi li jmiss tal-programm inkluż titjib fis-servizz provdut.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Frar 2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Diċembru 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149, 34300, 34676 u 35000 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li huwa l-obbligu tal-Ministeru, kif ukoll tad-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, li jipprovdu lill-pubbliku inġenerali b’informazzjoni dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi li l-Gvern ikun qed jimplimenta minn żmien għal żmien. Dan sabiex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: Diversi servizzi u skemi offruti mill-Aġenzija Sapport, b’rabta mas-settur tad-diżabilità; u Proġetti tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota li diġà weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-bqija tal-perjodu mitlub.