Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment
Question
B’referenza għall-istqarrija ppubblikata fis-7 ta’ Ottubru 2026, li fiha ġie ddikjarat li aktar minn 15,000 persuna bbenefikaw mill-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-figura tirreferix għal persuni li sempliċiment bdew jew ipparteċipaw f’kors, għal persuni li temmew it-taħriġ, jew għal persuni li kisbu riżultat konkret fl-impjieg? Jista’ jipprovdi ċ-ċifri eżatti separatament għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji, għal kull programm u għal kull sena mill-bidu tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll fejn id-data mitluba ma tinżammx jew ma tkunx disponibbli, jindika dan espliċitament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment
Question
B’referenza għall-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, jista’ l-Ministru jipprovdi separatament għal kull programm u għal kull sena mill-bidu tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2026, l-istatus tal-parteċipanti qabel ma bdew il-programm, billi jindika:
a. kemm kienu qiegħda u jirreġistraw ma’ Jobsplus;
b. kemm ma kinux qed jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu (NEETs);
ċ. kemm kienu diġà impjegati; u
d. kemm kienu qed ifittxu li jtejbu l-ħiliet jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?
Jista’ jgħid ukoll fejn id-data mitluba ma tinżammx jew ma tkunx disponibbli, jindika dan espliċitament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jobsplus - Programmi tal-Youth Guarantee u Training for Employment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-figura ta’ aktar minn 15,000 persuna li, skont l-istqarrija tas-7 ta’ Ottubru 2026, ibbenefikaw mill-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, tirrappreżentax persuni uniċi jew tinkludix persuni li pparteċipaw aktar minn darba fl-istess programm, f’korsijiet differenti jew fiż-żewġ programmi? Jista’ wkoll jipprovdi n-numru totali ta’ persuni uniċi u n-numru totali ta’ parteċipazzjonijiet irreġistrati sat-30 ta’ Settembru 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba fil-mistoqsija parlamentari 2465, u minkejja li l-proċeduri dwar il-permess ta’ żvilupp PA/04777/20 għadhom pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk, il-permess għadux fis-seħħ u jekk ix-xogħlijiet relatati miegħu jistgħux legalment jinbdew jew jitkomplew? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi ordni ta’ sospensjoni jew miżuri oħra fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jsir żvilupp irriversibbli f’Kemmuna qabel ma t-Tribunal jerġa’ jiddeċiedi l-każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li fir-rigward tal-permess imsemmi għadha pendenti proċedura ta’ appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Fid-dawl tal-fatt li l-proċeduri għadhom pendenti quddiem il-fora kompetenti, ma jkunx xieraq jew prudenti li jsir kwalunkwe kumment ulterjuri f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 3146 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-passat? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-fondi għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u kemm kienu f’Diċembru 2024 u f’Diċembru 2025? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex jinbidlu l-kriterji li fuqhom il-kunsilli lokali jistgħu jaċċessaw dawn il-fondi biex bihom ikunu jistgħu jwettqu bosta xogħlijiet li sal-lum mhux permess li jwettqu skont il-kriterji ta’ użu ta’ dawn il-fondi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir fi Triq Blat il-Qamar fis-Siġġiewi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara t-tlestija tax-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi u l-ftuħ tat-triq għat-traffiku, il-prijorità li jmiss hija li titkompla l-implimentazzjoni tal-proġetti skedati taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd.
Sussegwentement, Infrastructure Malta terġa’ tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-aħjar żmien biex jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Pjazza ta’ Ħal Tarxien – Ċerimonja tal-inawgurazzjoni – Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3594 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċerimonja uffiċjali tal-inawgurazzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Tarxien li saret fl-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għall-iskema Irrinova Darek għal kull reġjun fejn din l-iskema ħarġet? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew rifjutati, kemm minnhom ġew approvati biex jidħlu fit-tielet fażi, u kemm minnhom ġie ffirmat il-kuntratt, maqsuma reġjun b’reġjun?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskema maħruġa fl-2025, fir-Reġjun tat-Tramuntana, kien hemm 2,139 applikazzjoni, li 1818 għaddew għat-tieni fażi, filwaqt li s’issa kien hemm 431 li għaddew għat-tielet fażi. Min-naħa l-oħra, fl-iskema maħruġa fl-2026, fir-Reġjun tan-Nofsinhar, kien hemm 1815 applikazzjoni li 1423 applikazzjoni għaddew għat-tieni fażi, filwaqt li għadu għaddej il-proċess għat-tielet fażi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) bejn Jannar u Ġunju 2026? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn il-każijiet id-dipartiment aġixxa ta’ intermedjarju bejn min iħaddem u l-ħaddiem?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
DIER - TCNs li rrikorrew għall-għajnuna matul l-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025 u li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskema għax-Xogħol fil-Komunità għadhiex fis-seħħ u, jekk iva, kif qed titħaddem u kif tista’ tiġi aċċessata? Jekk le, hemm il-ħsieb li jkun hemm skema ekwivalenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi I-implimentazzjoni tal-Community Work Scheme għadha għaddejja. Klijenti jiġu rreferuti minn Jobsplus skont il-kriterji stabbiliti.
Tenders għal sinjali tat-traffiku – Kumpaniji/koperattivi – Ksur tal-kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ħames snin qatt itteħdux passi kontra l-kumpaniji/koperattivi li ngħataw tenders biex jipprovdu sinjali tat-traffiku għal xi ksur tal-kuntratti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Infrastructure Malta – Sinjali tat-traffiku – Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ħames snin sarux spezzjonijiet biex ikun żgurat li s-sinjali tat-traffiku li tqiegħdu huma konformi mal-istandards mitluba minn Infrastructure Malta? Jekk iva, jista’ jgħid x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Infrastructure Malta twettaq spezzjonijiet regolari sabiex tivverifika l-kundizzjoni u l-konformità tas-sinjali tat-traffiku mal-istandards u r-rekwiżiti applikabbli. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, inħarġu diversi ordnijiet ta’ xogħol sabiex isiru l-interventi meħtieġa fejn ġie identifikat li kien hemm bżonn ta’ azzjoni korrettiva.
Tenders għal sinjali tat-traffiku – Kumpaniji/koperattivi – Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset kull waħda mill-kumpaniji/koperattivi li ngħataw tenders biex jipprovdu sinjali tat-traffiku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.