Billi madwar il-pajjiż għandna eluf ta' arbli tad-dawl u tat-telephone, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx xi xogħol ta' kordinazzjoni biex l-entitajiet li huma sidien ta' dawn l-arbli jassiguraw li fil-fatt l-arbli jkunu l-ħin kollu fi stat tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tagħmilx traffic counts b'mod regolari fuq it-toroq tagħna, b'mod partikulari fuq dawk arterjali u distributorji, biex jiġi assigurat li jkollha l-aħħar informazzjoni dwar l-istess traffiku? Billi skont risposta parlamentari riċenti intqal li Transport Malta se ddaħħal xi forma ta' intelligent traffic management, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux qed issir koordinazzjoni mal-pulizija dwar dan il-fatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tagħmel studji dwar il-volum tat-traffiku fuq it-toroq b'mod regolari. Infurmat ukoll li Transport Malta kienet tkellmet mal-pulizija rigward proġetti ta' Intelligent Traffic Management fejn il-pulizija spjegaw l-importanza li jkunu involuti fil-moniteraġġ tat-traffiku flimkien ma' Transport Malta.
San Ġwann — Triq il-Għargħur u Dun Karm Psaila bypass - speed cameras
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu speed cameras fl-inħawi ta' fejn tisbokka Triq il-Għargħur f'San Ġwann fit-Triq Dun Karm Psaila bypass minħabba l-frekwenza ta' over speeding, inċidenti u anke ħbit mal-crash barriers li ta' spiss ikun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rreferejt il-każ għall-kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
Imsida — Conception Street - stallazzjoni ta' bus stop
Question
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta flimkien mal-Arriva tara li jkun hemm bus stop oħra apparti minn dik li hemm ħdejn il-Kennedy u qrib il-BOV fil-Pietà/Imsida Marina, għaliex in-nies li joqgħodu fl-akwati ta' Conception Street, l-Imsida fosthom anzjani, jkollhom jimxu dik id-distanza kollha biex jmorru l-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nies li joqgħodu fl-akwati ta’ Conception Street jistgħu jagħmlu użu mill-bus stop ‘MSIDA’ li jinsab quddiem il-Każin tal-Banda u jaqbdu r-rotta 22 li għandha frekwenza ta’ karozza kull għoxrin minuta. Dan il-bus stop jinsab biss madwar 75 metru bogħod mit-triq imsemmija u huwa kkumplimentat b’bus shelter kif ukoll b’pedestrian lights li jinsabu eżatt kif wieħed ikun se jaqbad Triq M.A. Vassalli, mal-ġenb tal-Każin Laburista.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed isir studju longitudinali biex jara x'effett kellhom l-ispeed cameras fuq is-sewqan f'Malta? Jekk sar dan l-istudju, jista' jippubblikah? Jista' jgħid allura x'effett kellhom l-ispeed cameras fuq is-sewqan f'Malta ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għamlet l-istudji li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant u r-riżultati ta' tali studji ġew ippubblikati fid-dokument 'Speed Management on Maltese Roads - Policy and Technical Guidance Manual' li jinsab fil-website ta' Transport Malta, wara li saret konsultazzjoni estensiva mal-entitajiet ikkonċernati.
Mill-istudji li saru jirriżulta li fejn ġew installati l-i
speed cameras
, il-veloċità
85th Percentile
tas-sewqan naqas f'kull lokalita' kif muri fl-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Transport Malta ġew istallati CCTV cameras li mhumiex konformi mal-liġi b'dan li qed jiksur in-normi kontemplati mid-data protection act fil-konfront tal-impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru sostanzjali ta' xufiera mal-kumpanija Arriva ilhom xhur isuqu l-istess vetturi mingħajr tag u koperti b'sempliċi dikjarazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 307 xufiera li t-tag tagħhom kienet se tiskadi fl-aħħar ta’ Settembru 2012 u minħabba raġunijiet amministrattivi, Transport Malta ma laħqitx ġeddithom kollha individwalment sa dak iż-żmien.
B’hekk Transport Malta ġeddithom b’mod kollettiv permezz ta’ ittra sakemm dawn jiġu proċessati individwalment.
Palumbo Malta Ship Yards Ltd — xogħol ta' sand blasting
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Palumbo Malta Ship Yards Ltd għandhix tuża jew teseġwixxi xogħol ta' sand blasting fil-miftuħ fil-faċilità li huwa jmexxi ġewwa Dock 6? Jekk fin-negativ, jista' jgħid jekk l-istess kumpanija fl-istess post kellix xi speċjali sabiex tesegwixxi xogħlijiet simili reċentament u dan għad-detriment tar-residenti tal-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministu jgħid kemm suppost iħallsu passiġġieri b'diżabilità biex jużaw is-servizz tal-Arriva, bħar-rata tal-anzjani? Għaliex sewwieqa differenti qed jitolbu rati ta' ħlasijiet differenti lill-persuni diżabbli biex jużaw is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi passiġġieri li għandhom problema ta' mobilita’ u li huma fil-pussess tal-"Blue Badge" maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ jħallsu l-istess tariffi li jħallsu l-anzjani u t-tfal, jiġifieri €0.50 għal ġurnata, jew €0.30 għal sagħtejn, jew €2.30 għal ġimgħa.
Infurmat ukoll li persuni li jużaw is-siġġu tar-roti jivvjaġġaw fuq it-trasport pubbliku mingħajr ħlas.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien infurmat li Transport Malta qatt ma' rċeviet ilmenti f'dan ir-rigward u li ser tieħu ħsieb tinforma lill-operatur tat-trasport b’dan l-ilment.
Marsa — Triq Diċembru 13 - xogħlijiet li twaqqfu ħabba l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi indirizzat l-inkonvenjent li qed isoffru r-residenti u n-negozjanti tal-lokal tal-Marsa, issa li ġie ddikjarat li x-xogħlijiet li kienu bdew fi Triq Diċembru 13 se jitwaqqfu minħabba l-maltemp? Jista' jgħid kif il-Gvern li huwa responsabbli mill-proġett, issa li hu wieqaf, se jindirizza l-problema tad-drenaġġ li qed tolqot lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f.xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37613 u 36904 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta marret fuq il-post u vverifikat li fit-triq in kwistjoni vera hemm biċċa art fejn trid tiġi triq (ritratti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra), li hija proprjeta' ta' terzi u għalhekk l-obbligu li ssir it-triq hija tal-privat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-camera li hemm imwaħħla fuq is-Saqqajja fir-Rabat/Imdina hiex waħda awtorizzata minn Transport Malta jew le? Jista' jgħid ukoll meta din il-camera ġiet istallata u minn min?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma toħroġx permessi għal surveillance cameras bħal dik li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari u lanqas ma' tistalla tali cameras.
Mosta — Triq id-Difisa Ċivili - zebra crossing u pelican lights ħdejn l-Mcast
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-probabilità li f'Triq Difisa Ċivili il-Mosta, quddiem it-triq li hija aċċess għal MCAST, isir pelican lights sabiex f'din it-triq ikun hawn il-possibilità li jkun hemm ż-zebra crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu għall-kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
Marsa — Triq Diċembru 13 - Monument tar-Repubblika
Question
Jista' l-Ministru jindika fejn qed jinżamm il-monument tar-Repubblika li nqala' ma' Triq Diċembru 13 fil-Marsa? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dan il-monument?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36452 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li kellu mis-sena 2008 sal-lum? Għal kull każ jista' jindika:
a. l-isem/kumpanija tal-konsulent;
b. l-iskop tax-xogħol;
ċ. direttorat/dipartiment għal min huwa jew sar ix-xogħol;
d. kemm ġiet tiswa/swiet il-konsulenza (ex VAT);
e. jekk ix-xogħol hux komplut;
f. min iċċertifika x-xogħol;
g. kienx hemm
open call for application
;
h. id-durata tal-kuntratt; u
i. jekk hemmx ippjanat aktar xogħol fil-futur? Jekk fl-affirmattiv kemm qed jistma li din ġejja tiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jikkunsidra l-possibilità li matul it-triq tal-Kosta (Coast Road) mis-Salina sa St. Andrews jitqegħdu crash barriers, li jipproteġu lis-sewwieqa mill-possibiltà li jaqgħa fuq il-blat jew taħt it-triq? Billi din it-triq hu mistenni li jsir investiment qawwi fiha, biex tiġi upgraded, jista' jikkunsidra li tali crash barriers jitwaħħlu fejn hemm l-ikbar problemi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi meta kienu qed jiġu mfassla l-pjanti tal-upgrading tal-Coast Road, ġew identifikati il-pożizzjonijiet fejn hemm l-ikbar riskji fejn wieħed jista’ joħroġ mil-linja tal-istess triq b’konsegwenza li jkun hemm ukoll riskju li jaqa’ xi għoli għax ikun hemm diżlivell konsiderevoli. Dawn il-pożizzjonijiet tul it-triq in kwistjoni ġew protetti permezz ta’ crash barriers biex dan ir-riskju jonqos b’mod li jtejjeb is-sigurta` tas-sewwieq b’mod effettiv. Minbarra hekk, ser ikun hemm ukoll sistema ta’ crash barriers installata bejn il-karreġġjati biex jonqos ukoll ir-riskju ta’ kolliżżjonijiet frontali fl-istess triq.
Billi fil-media dehru rapporti li l-Kunsill lokali ta' Ta' Sliema se jattiva l-iskema ta' parkeġġ għar-residenti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta biddlitx il-policies tagħha dwar l-istess skemi ta' parkeġġ? Jekk iva, kif se jiġi assigurat li talbiet oħra jiġu kkunsidrati? Minbarra hekk fejn m'hemmx talbiet pendenti bħalissa, xi proċedura se tiġi użata biex tali skemi jiġu introdotti f'lokalitajiet oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma' biddlitx il-policies tagħha dwar skemi ta' parkeġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37871 u jivverfika jekk it-traffic hump li hemm fit-Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ viċin ta' Triq il-Ħlewwa hijiex aktar għolja mid-daqs speċifikat u ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħħokku l-qiegħ magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta' Transport Malta, irriżulta li din ir-Road Hump li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant, fi Triq il-Kbira, ma' ġietx approvata minn Transport Malta.
Infurmat ukoll, li Transport Malta ħarġet notifika ta' nfurzar lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37869 u jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa ix-shelter taż-żwiemel fil-Valletta Waterfront? Kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.