Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' konvenji għall-bejgħ/xiri ta' proprjetà li ġew iffirmati matul is-sena 2023, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kif jitqabbel dan in-numru man-numru tas-snin 2021 u 2022 u kemm minn dawn il-konvenji fil-fatt kienu tiġdid/estensjoni ta’ konvenji li kienu diġà ffirmati qabel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta' konvenji għall-bejgħ/xiri ta' proprjetà li ġew iffirmati matul is-sena 2023, maqsuma xahar b'xahar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed tingħata l-istess informazzjoni għas-snin 2021 u 2022.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li fuq dawn l-istess konvenji kien hemm dan in-numru ta’ tiġdid/estensjoni:
Sena
Ammont
2021
19,846
2022
11,375
2023
3,736
Persuni mhux Maltin reġistrati li qed jaħdmu Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mhux Maltin, li kienu reġistrati bħala li qed jaħdmu hawn Malta matul is-sena 2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn il-ħaddiema u jaqsam din l-informazzjoni pajjiż pajjiż, kemm għal dawk li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll in-numru li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntratti għall-bejgħ/xiri ta' proprjetà li ġew iffirmati matul is-sena 2023, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kif jitqabbel dan in-numru man-numru tas-snin 2021 u 2022 u kemm minn dawn il-kuntratti fil-fatt kienu tiġdid/estensjoni ta’ kuntratti li kienu diġà ffirmati qabel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratti ma jiġux estiżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet Malta fuq hydrocarbons (fossil fuels, inkluż gass naturali, LPG, petrol, diesel, aviation fuel, eċċ.), kull sena għas-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u fl-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jagħti l-informazzjoni kemm bħala nefqa mill-privat u kemm bħala nefqa minn fondi pubbliċi?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li wieħed għandu jissodisfa biex persuna li għandha kundizzjoni, marda jew diżabilità jiġu mwieżna mill-Istat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jippubblika d-dati tal-laqgħat li saru mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) inkluż ir-rassenja ta' min attenda u min le, u r-raġuni għan-nuqqas ta' attendenza għal-laqgħat kollha li saru fl-2020, 2021, 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament deċiża fil-25 ta' Frar 2021 u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kienux parti imma li għandhom interess?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
In-Work Benefit – Ħaddiema li bbenefikaw jew se jibbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li bbenefikaw jew se jibbenefikaw mill-In-work Benefit għal sigħat atipiċi fis-sena 2023? Minn liema setturi ġejjin dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati minn temping agency jew aġenzija ta’ outsourcing jew impjegati direttament jistgħux jibbenefikaw ukoll? Jekk iva, jista’ jgħid jekk ikunux eleġibbli fil-każ li dawn ikunu ħaddiema temporanji jew ħaddiema ta’ outsourcing agency, kif kien qed jiġi interpretat? Jista’ jgħid ukoll kemm aktar impjegati bbenefikaw din is-sena fuq is-sena li għaddiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023 inħarġu 26,471-il ċekk għal ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atipiċi. Dawn il-ħaddiema jaħdmu (xogħol primarju) f’wieħed min dawn is-setturi:
- l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel;
- is-servizzi amministrattivi u ta’ sapport;
- il-manifattura;
- it-trasport; u
- l-ħażna u l-wholesale u r-retail.
Kull ħaddiem/a kemm ta’ nazzjonalita Maltija, mill-Unjoni Ewropea u kif ukoll pajiżi terzi, li kien/et impjegat/a ma’ kumpanija/intrapriża f’wieħed mis-setturi imsemmija hawn fuq skont il-kriterji stabbiliti li huma: impjegati għal minimu ta’ sitt xhur fis-sena 2022 u l-qliegħ tagħhom ma qabiżx €20,000 fis-sena 2022, kien/et intitolat/a għal dan il-benefiċċju.
Is-sena li għaddiet inħarġu 35,644-il ċekk għal ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atipiċi. Dan ifisser li fl-2022, inħarġu 9,173 ċekk iżjed mill-2023.
Kreditu tat-taxxa għal terapija tat-tfal b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità ghal kull sena minn mindu beda jingħata dan il-kreditu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din hija miżura ġdida, l-informazzjoni tkun tista' tibda tingħata mis-sena d-dieħla, meta jinħadmu l-kontijiet tat-taxxa għas-sena 2023, kif diġà spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13526.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
B’referenza għall-proġett taċ-chatbot bil-lingwa Maltija, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-finanzjament li ngħata lil dan il-proġett minn fondi pubbliċi jew Ewropej, direttament jew indirettament? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’inhuma l-għanijiet u r-riżultati mistennija minn dan il-proġett u jekk kienx hemm xi kundizzjonijiet jew rekwiżiti mehmuża ma’ tali finanzjament? Fl-aħħar nett jista’ l-Ministru jgħid ukoll x’inhu l-impatt mistenni minn dan il-proġett fis-setturi bankarji u finanzjarji, b'mod partikolari f'termini ta' titjib fl-appoġġ lill-klijenti u l-effiċjenza operattiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t'hawn taħt:
MINISTERU/DIPARTIMENT/ENTITÀ
DATA
NATURA TAX-XOGĦOL
VALUR
Malta Financial Services Authority
28/04/2023
ICDL Course
Eur 600
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamel il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.