Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14954.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija fil-mistoqsija qatt ma kellha mpjieg mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jew id-dekasteru tiegħu.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — ħlas lil persuna
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qatt ma sar ebda ħlas mill-baġit tal-Ministeru lill-persuna imsemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għandhiex xi MoU jew MoUs ma’ entitajiet regolatorji Maltin oħra? Jekk hemm xi MoU jista’ f’kull każ jgħid ma’ min, kemm ilhom operattivi u x’inhi l-materja koperta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) għandha numru ta’ MoUs li ġew iffirmati tul is-snin ma’ diversi awtoritajiet jew entitajiet oħra lokali sabiex tkun tista’ twettaq id-dmirijiet tagħha skont il-liġi b’mod aktar effettiv u effiċjenti, u wkoll sabiex min naħa tagħha hija tkun tista’ tassisti awtoritajiet jew entitajiet oħra fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom.
Il-lista li telenka dawn l-MoUs tinsab fuq il-
website
tal-istess Awtorità, u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data”, jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable”, u taħt liċenzja miftuħa (open licence), wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna.
F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’
datasets
li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data”, tlesta abbozz ta’ avviz legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546, li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali
datasets
li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-
data
u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala
data
mhux sensittiva, dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali, u jekk ikun il-kaz fuq portal jew siti oħrajn.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — konsulenti ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal rispettiv.
Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
SENA
KONSULENT
NATURA TAL-KONSULENZA
ĦLAS
2017
Policy Consultant (3/6/2017-31/12/2017)
Policy Consultant to the Minister for Finance
Skala ta' Salarju 4
2020
Policy Consultant
Policy Consultant to the Parliamentary Secretary for Financial Services and Digitial Economy
Skala ta' Salarju 3
2020
Policy Consultant
Legal Policy Consultant to the Parliamentary Secretary for Financial Services and Digitial Economy
Pro rata ta' Skala ta' Salarju 3
Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15196 dwar l-użu tal-frekwenzi electromagnetiċi fir-range bejn 2GHZ u 300GHZ u b’mod partikolari għall-mistoqsija (b) fejn staqsejt lill-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni (MCA) jekk l-Awtorità staqsietx għal parir tas-Supretendent tas-Saħħa fejn hu pubblikament hu magħruf, fejn anke l-MCA hi mgħarrfa wkoll, li Superetendent tas-Saħħa stqarret hekk:
“Given 5G devices and networks are a new concept, the potential increase in overall exposure to EMF is unclear
. In view of the uncertainty of exposure potential exposure from 5G and the possible resulting health effects especially in the long term, and considering the high level of urbanization in Malta, the precautionary principle underlying public health should be more upheld and more time allowed for international studies to be carried out and updated guidelines from ICNIRP ...which are currently being revised be issued.” Malta Public Health Authority, (Sep 2019), għaldaqstant
jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-MCA qed tinnega dan il-fatt u din id-dikjarazzjoni pubblika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konklużjoni li hu għamel li l-MCA qiegħda tinnega direzzjoni uffiċjali tas-Supretendent tas-Saħħa mhix korretta. L-MCA taħdem b’mod kontinwu mal-entitajiet responsabbli mis-saħħa pubblika fejn tinforma lill-istess entitajiet bir-riżultati miksuba mill-miżuri dwar emissjonijiet tar-radjazzjoni mhux jonizzanti kif iġġenerati minn sistemi ta’ komunikazzjoni bla fili. Għaldaqstant, kif ġie diġà spjegat fir-risposta mogħtija għall-PQ 15196, l-MCA tesiġi l-konformità mal-istandard ta’ emissjoni tar-radjazzjoni adottat u ppubblikat mill-ICNIRP peress li ma ġie identifikat l-ebda standard ieħor ta’ din ix-xorta mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa hekk kif jista’ jiġi speċifikat bil-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-banek humiex se jkomplu jagħtu loans lil dawk li ħadu loans meta kienu bil-full wage u issa spiċċaw bi 3 u 4 day week?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, permezz ta Avviz Legali Nru142 ta l-2020, kien ppubblika Regolamenti tal-2020 dwar Moratorju għal Faċilitajiet ta’ Kreditu f’Ċirkostanzi Eċċezzjonali.
Dawn ir-regolamenti ppermettew lill-banek liċenzjati mill-MFSA sabiex jagħtu moratorju għal ¿mien ta’ sitt xhur fuq il-pagamenti ta’ kapital u/jew imgħax fuq self li kienu ħadu individwi, kif ukoll kumpaniji, qabel il-pandemija, u allura fi żmien meta kienu qed jaħdmu bil-“
full wage
”.
Dawn l-individwi, kif ukoll kumpaniji, għandhom sat- 30 ta’ Ġunju 2020 biex japplikaw mal-banek minn fejn kienu issellfu biex jagħtihom moratorju. Dan il-moratorju kien sar speċifikament għaliex kien qed jiġi antiċipat li xi ħaddiema jistgħu jitnaqqsilhom iż-żmien ta’ xogħol jew is-salarju tagħhom, għal żmien temporanju, li ma kienx jippermittilhom li jagħmlu il-pagament sħiħ li kienu jagħmlu lill-bank qabel ma faqqghet il-pandemija.
Garanzija statali favur il-kumpanija Malta Air Travel
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ inkorporazzjoni (ie. Numru ta’ Reġistrazzjoni u Data ta’ Inkorporazzjoni) tal-kumpanija msemmija?
COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14713, li tirrigwardja d-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), peress li din l-interpellanza taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, jista' l-Ministru:
a. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li juru biċ-ċar li l-użu tal-frekwenza
electromagnetics
fir-
range
bejn 2GHz u 300GHz b’mod
pulsating
huma
safe
għas-saħħa tal-bniedem u tal-entitajiet bioloġiċi oħra; u
b. jgħid meta kienu l-okkażżjonijiet fejn l-MCA talbet u ħadet il-parir tas-Supretendenza tas-Saħħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal ma diġà ġie spjegat fi tweġibiet oħra mogħtija:
(a.) L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) mhix l-awtorità kompetenti u m’ għandiex responsabbilitajiet u kompetenzi fuq aspetti tas-saħħa.
(b.) Ir- Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali) (L.S.399.28), jirrkjedu li intrapri¿i awtorizzati mill-MCA għandhom iħarsu ordnijiet mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika bħala adegwati biex tiġi zgurata l-limitazzjoni għall-espozizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi. L-MCA ma rċeviet l-ebda direzzjoni minn awtoritajiet oħra biex tenforza standards ta’ emissjoni tar-radjazzjoni aktar stretti minn dawk tal-ICNIRP kif stipulati fl-istess regolamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw każini tal-banda għal skema ta’ għotja ta’ fondi li ħareġ il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzarji? Kemm ħadet kull banda mill-€200,000 allokati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 90 każin tal-banda applikaw għal skema ta’ għotja ta’ fondi li ħareg il-Ministeru. Kull banda ħadet is-somma ta’ 2,200 Ewro.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-figura tal-qagħad fil-ġurnata li jwieġeb din d-domanda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Dan l-Uffiċċju jippublika żewġ figuri differenti tal-qgħad kif spjegat:
a. Stima mil-
Labour Force Survey
- Skont l-aħħar News Release Nru 089/2020 dwar ir-rata ta’ qgħad matul ix-xahar ta’ April li ħarġet fit-28 ta’ Mejju, in-numru ta’ persuni qegħda kien ta’ 11,019.
b. Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol skont il-Jobsplus – Skont l-aħħar News Release Nru 085/2020 dwar in-numru ta’ persuni qegħda fix-xahar ta’ April li ħarġet fit-22 ta’ Mejju, in-numru kien ta’ 3,979.
L-istima maħruġa mil-Labour Force Survey hi bbazata fuq kriterji internazzjonali li huma applikati mill-UE, fejn id-definizzjoni ta’ persuna qegħda , hi bbazata fuq tliet kriteriji, li huma:
1. li persuna ma jkolliex xogħol, u
2. qegħda tfittex xogħol, u
3. lesta li tibda taħdem fi zmien ġimagħtejn jekk issib xogħol.
Minn naħa l-oħra d-definizzjoni ta’ persuna qegħda skond il-Jobsplus hi li persuna tkun bla xogħol u qed tirreġistra ma’ Jobsplus taħt Part 1 jew Part 2 tar-reġistru sabiex issib xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15073, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-figura tal-labour force f’pajjiżna fil-ġurnata li jwieġeb din d-domanda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO tippublika zewġ figuri tal-labour force kif spjegat:
a. Stima bbazata fuq il-
Labour Force Survey
- Skont l-aħħar News Release Nru 089/2020 li ħarġet fit-28 ta’ Mejju, in-numru ta’ persuni fil-
labour force
stmati matul April kien ta’ 266,427.
b. Statistika amministrattiva miġbura mil-Jobsplus – Skont l-aħħar News Release Nru 079/2020 li ħarġet fit-12 ta’ Mejju in-numru ta’ persuni reġistrati matul Novembru 2019, kien ta’ 226,409.
proċedura ta' oġġezzjoni fuq stima ta' perit tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15009, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li persuna għandha, kemm-il darba toġġezzjona għal deċiżjoni tal-perit tal-Gvern fil-mument li jkun qed jagħti stima għall-ħlas ta' taxxa tas-suċċessjoni fuq proprjetà li tkun wirtet jew li tkun għaddiet għandha kif preżentament qiegħda bil-liġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk xi persuna toġġezzjona għal deċiżjoni tal-perit tal-Gvern, hi tista’ tapplika għand il-Kummissarju tat-Taxxi għal revoka jew għal reviżjoni tal-istima bil-miktub fejn jiġi speċifikat ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim mal-Kummissarju dwar l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas, il-persuna tista’ tagħmel appell lit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. Dan skont Artikoli 56 u 58, Kapitolu 364 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att Dwar it-Taxxa Fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-25 ta’ Jannar sal-lum, kien hemm zewġ (2) persuni li kienu mpjegati fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari, li telqu/rrizenjaw mill-impjieg tagħhom.
Fond konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-fond konsolidat f’Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastruttura u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-fond konsolidat għall-istess oqsma ta' investiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nefqa kapitali reali fuq Għawdex trid tiġbor fiha n-nefqa kapitali mill-Fond Konsolidat ta’ kull ministeru li parti minnha timpatta l-Għawdex. Din l-informazzjoni ma tinġabarx.
L-informazzjoni li tinġabar u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hi biss n-nefqa kapitali li tiġi rrappurtata taħt il-Ministeru għal Għawdex u għalhekk ma hix n-nefqa sħiħa. Il-persentaġġi li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant għandhom għalhekk jiġu nterpretati f’dan is-sens.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14319 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/po¿izzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
L-istess fil-kaz ta’ ingaġġ ta’ konsulenza.
Mill-bqija, hemm zewġ (2) Drivers u Senior Trade Official, bi spiza totali ta’ €68,858 fis-sena, ingaġġati ma’ Awtoritajiet.