Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry? Jista’ jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni waslet s'issa, jekk bdewx isiru l-pagamenti jew l-għajnuna mwiegħda, u jekk le, x'qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jħallsu għal servizz ta’ carer privat ikunux eżentati milli jħallsu l-VAT? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn mhux qed jiġu eżentati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn carer ikun impjegat direttament mill-anzjan jew mill-familja tiegħu u jkun qed jaġixxi fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg, il-ħlas li jsir lill-carer ma jkunx suġġett għall-VAT.
Fejn is-servizz jiġi pprovdut minn persuni terzi, dan jġi eżentat jekk ikun mogħti minn istituzzjoni tal-gvern, jew minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt, jew minn organizazzjoni li tissodisfa ir-rekwiżiti legali kollha determinati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jingħataw tali servizzi.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Gvern qed jipproġetta li se tikber (jew tiċkien) il-popolazzjoni ta’ Malta sal-aħħar ta’ kull sena bejn l-2026 u l-2030, meta mqabbla mal-aħħar ċifra uffiċjali disponibbli tal-popolazzjoni, maqsuma sena b’sena, kemm f’termini ta’ numru ta’ persuni kif ukoll f’termini perċentwali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni ta' pajjiżna llum qegħda fl-istatistika uffiċjali li tinsab fid-dominju pubbliku. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jippubblikax proġezzjonijiet nazzjonali tal-popolazzjoni għal Malta.
Ministeru għall-Finanzi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 704.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid b’mod reali x’inhu l-impatt li l-koperattivi qed iħallu fuq l-ekonomija f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024, huwa stmat li l-koperattivi ġġeneraw fatturat taʼ €140 miljun, li jirrappreżenta 0.2% tal-ekonomija domestika kollha. L-impjiegi laħqu s-684, li jiġu wkoll daqs 0.2% tal-impjiegi kollha fl-ekonomija domestika.
MFSA - Penalitajiet amministrattivi - Dritt ta’ appell
Question
Fid-dawl tal-penali imposti mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) kif ukoll minn regolaturi finanzjarji oħra f’dawn l-aħħar snin, ikkontestati b’suċċess fil-qrati primarjament fuq allegat ksur tal-Kostituzzjoni, u b’referenza għas-sentenza mogħtija mill-Prim Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) fil-kawża f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kontra l-MFSA li ġiet deċiża fis-27 ta’ April 2026 u li bħalissa qed tiġi kkontestata, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi meqjus x’miżuri leġiżlattivi jistgħu jittieħdu biex jiġi rifless dak li qalet il-qorti fejn għarfet il-ħtieġa li jkun hemm dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet tal-MFSA dwar penalitajiet amministrattivi imposti minnha lill-qorti, kemm fuq punt ta’ liġi kif ukoll punt ta’ fatt?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tikkonferma illi l-MFSA kienet qiegħda taħdem fuq proposti biex il-liġi, fuq dan l-aspett, tiġi emendata qabel ma kien hemm id-deċiżjoni tal-Prim Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) tas-27 ta’ April 2026.
Infatti, dawn il-proposti ġew aċċettati mill- Parlament aktar kmieni din is-sena, permezz ta’ ATT Nru XV tal-2026, liema Att għadu irrid jidħol fis-seħħ.
Tali proposti iċċaraw il-fatt illi it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji (FST) għandu jkollu ġurisdizzjoni sħiħa sabiex jirrevedi deċiżjonijiet tal-MFSA kemm fuq punti ta’ liġi u kemm fuq punti ta’ fatt. Apparti minn hekk, dawn il-proposti jgħidu wkoll illi għandu jkun hemm appell lill-Qorti tal-Appell fuq kwistjoni ta’ liġi biss, minn deċiżjoni tal- FST.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Finanzi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
B’referenza għar-rapport annwali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) li jkopri l-2025, fejn ġie rrappurtat li ġew imposti €570,673 bħala penalitajiet finanzjarji, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-penalitajiet tħallsu, u kemm minnhom ġew ikkontestati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rigward il-penalitajiet amministrattivi mposti fis-sena 2025 li kienu 68 u li ammontaw għas-somma ta’ €570,673. Tmienja u ħamsin minn dawn il-penalitajiet amministrattivi kienu mħallsa u ħamsa mill-penalitajiet amministrattivi mposti fis-sena 2025 kienu appellati. Hemm ħames penalitajiet oħra li ma ġewx appellati iżda li għadhom ma tħallsux u rigward dawn l-MFSA bdiet jew qegħda fi stadju li tibda l-proċedura ta’ rkupru ta’ dejn skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill-MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 410 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 409 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 70 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 408 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 70 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 407 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 65 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 406 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b' xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.