Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14918 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-weġiba se tingħata waqt seduta oħra.

In-Naxxar — Proġett tal-Aġenzija Sapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett tal-Aġenzija Sapport qrib it-Trade Fair grounds fin-Naxxar? Peress li dan il-proġett iġġenera volum ta' trab li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti taż-żona, jista’ l-Ministru jara li dan it-trab jitneħħa mill-aktar fis possibbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett REACH fin-Naxxar huwa proġett ko-finanzjat mill-UE u x-xogħol hu mifrux fuq medda ta’ 3 snin, imniedi fl-2019. Għalhekk il-proġett hu mistenni li jitlesta sal-2022. L-Aġenzija Sapport li topera dan il-proġett tat struzzjonijiet permezz ta’ ittra legali lill-kuntrattur involut sabiex il-materjal kollu tal-iskavar jitneħħa.

persuni b'inkapaċita mentali — voucher ta' €100

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 15618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuna b’inkapaċità mentali li konsegwenza ta’ hekk m’humiex fuq ir-Reġistru Elettorali, hux ser jirċievu l-voucher ta’ €100?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paule — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani miktuba fuq il-waiting list sabiex jiddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid meta kien l-aħħar anzjan li ddaħħal fir-residenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-weġiba se tingħata waqt seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14887 u 14329 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuna b’Diżabilità, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi, fuq bażi ta’ fiduċja, huma dawk ta’ Maintenance Officer, Housekeeper, Expert on Diability Services, żewġ Personal Assistants, Secretary, Coordinator, IT Officer, Customer Care Assistant, Client Service Coordinator, Assistant Client Relations Coordination Officer, żewġ Assistant Events & Logistics Coordinators, Sports and Day Centre Activites Coordinator, tlett Policy & Operations Coordinators, Administrative Coordinator, Technical Expert on Drugs, Alcohol and Other Dependencies, Administration Officer, Head of Customer Care u żewġ Customer Care Officers, bi spiża ta’ €576,846.02 fis-sena. Din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari u l-entitajiet, Dipartimenti, Aġenziji, u Awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, ma ħarġu l-ebda għotijiet għall-programm Għajta Waħda.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14968.

Benefiċċju marbut mal-qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar minn Januar 2020 sa Mejju 2020, kemm kien hemm benefiċjarji ta’ xi forma ta’ benefiċċju marbut mal-qgħad u jaqsam l-informazzjoni għal kull benefiċċju speċifiku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ benefiċċjarji li rċevew xi forma ta’ benefiċċju marbut mal-qgħad, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċju Jannar Frar Marzu April Mejju Diżimpjieg (UB) 281 317 332 641 623 Speċjali għal Diżimpjieg (SUB) 43 48 39 39 55 Għajnuna għal Qgħad (UA) 639 624 588 590 631 Benefiċċju Addizjonali għal Qgħad (COUB) 0 0 154 975 1,766

Rapport Annwali tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali: Ispettorat

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ każijiet li ġew identifikati mis-Sezzjoni tal-Ispettorat li kellhom bżonn jiġu rranġati? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nuqqasijiet u f’liema oqsma seħħew dawn in-nuqqasijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 15583.

Tfal jistennew biex jiġu fostered

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm tfal li qegħdin fi Djar Residenzjali li jistgħu jiġu fostered? X’etajiet għandhom dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba s-sensittività ta’ dan is-suġġett, ma nħossx li huwa etiku li nwieġeb mistoqsijiet parlamentari fir-rigward ta’ dawn il-minuri, fejn dawn il-minuri nħarsu lejhom biss f’termini ta’ numri. Għandi kull fiduċja li l-professjonisti li qed jaħdmu f’dan il-qasam tant delikat, jafu eżattament x’qed jagħmlu u li dejjem jimxu fuq il-prinċipju li jagħmlu dak li hu fl-aħjar interess tat-tfal.

Aġenzija Sapport – Ċentru ta’ Matul il-Jum — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum immexxija mill-Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża għal kull persuna b’diżabilità li tattendi ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport tammonta għal medja ta’ €72 kuljum.

Għabex – spiża għal kull resident

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm tiġi l-ispiża ta’ kull resident/a li jirrisjedi fl-Għabex li huwa xelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif elenkat hawn taħt: Għabex – Skont l- Accounts għas-sena 2019 Euro (€) Salarji 273,351 Dawl, Ilma, Kera u telefonija 89,229 Spejjeż mediċi 27 Sipiża għas-sigurtà 2,934 Tiswijiet u mantenzjoni fil-post 5,210 Ikel, assikurazzjoni, liċenzji u transport 21,351 Spiża Totali € 392,102 Bed Nights (għal 87 resident) 3,324 Cost per person per night (ppn) € 117.96

Aġenzija Appoġġ, Sapport u Sedqa – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13369 u jindika kemm hemm każijiet pendenti fl-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fejn jirrigwarda l-Aġenziji Appoġġ u Sedqa, l-FSWS se tippubblika dan it-tagħrif fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena 2019 li se jkun ippubblikat f’Lulju 2020. L-informazzjoni mitluba għall-Aġenzija Sapport hija kif elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Servizzi ta’ Matul il-Jum 160 Servizzi Residenzjali 294 Servizz ta’ Respite (ĦILA) 2 Servizzi fil-Komunità 91 każ pendenti jistennew li l-Bord jara l-każ tagħhom 42 każ approvat jistennew Servizz fil-Komunità 20 każ approvat jistennew Servizz ta’ Direct Payment 5 każijiet approvat jistennew Independent Community Living Servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali 0 Servizz ta’ Ħidma Soċjali 145 People Assistance Schemes 50 STILC 123 ACTU 124 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni miġjuba fit-tabella t’hawn fuq, tista’ tkun qiegħda tirreferi għal numru ta’ klijenti li jkunu applikaw għal aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin. Għaldaqstant, in-numri jistgħu ma jkunux qed jirreferu għal unique beneficiaries, hekk kif l-istess klijent jista’ applika għal numru ta’ servizzi, u għalhekk l-istess klijent ikun qiegħed fuq listi ta’ stennija differenti.

Mellieħa – servizz tas-servizzi soċjali — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li għamlu użu mis-servizz tas-servizzi soċjali li kien jingħata mill-bini tal-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fl-aħħar 10 snin, liema servizz inbeda fl-2010?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qatt ma nżammet statistika ta’ kemm persuni għamlu użu mis-servizz li jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-Kunsilli Lokali.

Mellieħa – servizz tas-servizzi soċjali — twaqqif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni u għal-liema raġuni li s-servizz tas-servizzi soċjali li kien jingħata mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, twaqqaf fl-aħħar jiem, liema servizz kien ilu jingħata sa mill-2010?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15668.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15279 u 15062 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizz tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Socjali (FSWS) huwa servizz miftuħ għall-vittmi ta’ kull ġeneru. L-istess kwalità ta’ servizz tingħata lill-vittmi kemm irġiel u kemm nisa. Is-servizz ma jiddiskriminax abbażżi ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, nazzjonalita’, età, jew twemmin fost l-oħrajn. Is-servizz li jingħata huwa wieħed kunfidenzjali u l-ħaddiema soċjali jagħtu sapport kemm emozzjonali u anke fuq livell personali lill-persuna li tkun qed tesperjenza dan it-tip ta’ abbuż. Il-ħaddiema soċjali jgħinu lill-persuna tagħraf dak li għaddejja minnu u tiġi infurmata ukoll b’alternattivi differenti li tista’ tadotta. Il-persuna li tersaq għall-għajnuna se tiġi mgħarrfa ukoll bid-drittijiet tagħha u mwieżna sabiex tieħu dawk id-deċiżjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tagħha u tat-tfal li jistgħu ikunu involuti. Il-ħaddiema soċjali jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi oħra inkluż dawk residenzjali u flimkien mal-vittmi jaħdmu fuq pjan skont l-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi tal-każ. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-vittmi rġiel jistgħu jaċċessaw shelters li joffru akkomodazzjoni għal dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom f’Malta u Għawdex. In-numru ta’ vittmi rġiel li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dawk is-shelters jammonta għal 3.

Djar Residenzjali tal-Gvern — Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14479, jista’ l-Ministru issa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern f’din il-Leġiżlatura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern inklużi s-sodod mixtrija mill-Gvern f’din il-Leiġislatura, jammontaw għal 2,092.

Rapport Annwali tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali: Ispettorat

Question

B'referenza għall-Awtorità tal-Istandards, jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ każijiet li ġew identifikati eżempju; djar residenzjali Ċentri ta' Matul il-Jum eċċ. mis-Sezzjoni tal-Ispettorat li kellhom bżonn jiġu irranġati? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nuqqasijiet u f’liema oqsma seħħew dawn in-nuqqasijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-ispezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju tal-Ispettorat fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, instab li 81% tan-nuqqasijiet misjuba kienu jikkonċernaw is-servizzi msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari. Dan jommanta għal total ta’ 406 nuqqas li ġie identifikat u rrimarkat lil provditur tas-servizz. Ta’ min wieħed isemmi li wara li jkunu ġew identifikati dawn in-nuqqasijiet, l-Awtorita’ ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex kull provditur tas-servizz jipprovdi l-pjan ta’ azzjoni biż-żmien sa meta jkun ser jwettaq it-titjib neċessarju elenkat. F’dan ir-rigward, permezz ta’ spezzjonijiet kontinwi, l-Awtorita’ tagħmel żgur li t-titjieb meħtieġ ikun verament twettaq.

Aġenzija Appoġġ – assistenza minħabba abbużi fuq it-tfal

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14480, jista’ l-Ministru jagħti issa r-risposta ta’ din il-mistoqsija u jgħid kemm ilhom dawn il-138 tifel u tifla jistennew din l-assistenza mill-Aġenzija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor.Interpellant li r-responsabbilità għall-Protezzjoni tal-Minuri issa ma hiex se tibqa’ aktar tal-Aġenzija Appoġġ, imma bis-saħħa ta’ liġi mgħoddija minn dan il-Parlament, Att XXIII tas-16 ta’ Lulju 2019, issa se tgħaddi għal għand id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri. Dan l-Att sar Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta u f’Artiklu 4 tal-istess Att hwua stabbilit li: ‘‘4. (1) Għandu jkun hemm Direttur li jkollu responsabbilita’ li jipproteġi minuri f’riskju, magħruf bħala Direttur (Protezzjoni Minuri), liema Direttur għandu jinħatar wara sejħa pubblika u minn fost persuni li għandhom minimu ta’ ħames snin esperjezna relatati ma’ servizzi lil-minuri u jkollhom ukoll kompetenzi maniġerjali. (2) Id-direttur (Protezzjoni Minuri) għandu jkun uffiċjal tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u jaqdi l-funzjonijeit tiegħu minn ħdanha: Iżda d-Direttur (Protezzjoni Minuri) għandu dejjem jaġixxi b’mod imparzjali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu.’’ Fil-lista rraportata fir-rapport tal-NAO f’Marzu 2020 kien hemm 138 minn dawn il-każijiet. Id-Direttorat jixtieq hawn jispjega li l-kejl ta’ kemm qed isir xogħol fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal m’huwiex biss il-waiting list. Din il-waiting list trid tittieħed fil-kuntest ta’ kriterji oħra li huma: a. Kemm jidħlu każijiet ġodda (referrals) b. Kemm jinħadmu minn dawn il-każijiet, il-clearance rate c. Kemm hi qadima u/ jew xiħa l-waiting list d. Kemm jibqgħu jiġu segwti l-każijiet fuq il-waiting list u kemm ikun ilu ma jsir intervent ma’ dawn il-każijiet. Tajjeb għalhekk illi hawn jiġi spjegat x’jiġri meta jidħol referral. Bħala fatt, kull każ ikun assesjat immedjatament biex jiġi stabbilit kemm hu serji, gravi u urġenti. Dawk li huma l-aktar serji u gravi u urġenti jiġu allokati mill-ewwel lill-professjonisti sabiex jibdew jaħdmu fuqu mill-ewwel. Tajjeb li wieħed isemmi ukoll li hemm sistema kif isiru l-allokazzjonijiet lil profesjsonisti. Din is-sistema li tikkunsidra l-fatturi kollha tax-xogħol (bħal laqgħat, xogħol mal-klijenti, etc), hi dik illi fl-aħħar tiipreskrivi ammont ta’ ħin verament disponnibli għall-professjonisti sabiex ikunu jistgħu jagħtu servizzi tajjeb lill-klijenti. L-istess rapport li hu kkwotat f’din il-mistoqsija jfaħħar din is-sistema, u saħansitra sab il-marġinu ta’ under allocation hu t’ammont baxx ħafna ta’ 2.45%. Dan jindika li r-riżorsi umani disponnibli qed jintużaw bl-aħjar mod u bl-inqas ħela possibli.